|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5906 |
27.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11698 – PROMAN / VALENZ)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5906)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Proman AG (“Proman”, l-Iżvizzera), |
|
— |
Valenz Holding AG (“Valenz”, l-Iżvizzera), ikkontrollata b’mod konġunt minn Proman u MFH Holding GesmbH (l-Awstrija). |
Proman se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Valenz.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Proman hija kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Iżvizzera li tipproduċi l-metanol. Tipproduċi wkoll fertilizzanti (ammonju u nitrat tal-ammonju tal-urea), kif ukoll melamina. Proman hija attiva fl-Ewropa, fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel u fl-Asja. L-impjanti tal-produzzjoni tal-metanol ta’ Proman huma bbażati fl-Istati Uniti, fl-Oman u fi Trinidad u Tobago. Proman twassal il-metanol esklussivament lil Valenz, |
|
— |
Valenz hija kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Iżvizzera, li l-attività ewlenija attwali tagħha hija l-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-metanol ta’ Proman lill-klijenti madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11698 – PROMAN / VALENZ
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5906/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)