<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-418/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0418</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20191219">19.12.2019</DATE> – Kawża C‑418/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dritt istituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Inizjattiva taċ-ċittadini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Wieħed Minna<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u r-raġunijiet għalfejn mhux ser jittieħdu l-azzjonijiet mitluba fl-inizjattiva taċ-ċittadini</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑418/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit‑<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Patrick Grégor Puppinck</HT>, residenti fi Strasbourg (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Filippo Vari</HT>, residenti f’Ruma (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Josephine Quintavalle</HT>, residenti f’Londra (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">Edith Frivaldszky</HT>, residenti f’Tata (l-Ungerija),</P><P><HT TYPE="BOLD">Jakub Baltroszewicz</HT>, residenti f’Kraków (il-Polonja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Alicia Latorre Canizares</HT>, residenti f’Cuenca (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Manfred Liebner</HT>, residenti f’Zeitlofs (il-Ġermanja),</P><P>irrappreżentati minn R. Kiska, solicitor, u minn P. Diamond, barrister,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">European Citizens’ Initiative One of Us,</HT></P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn H. Krämer, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT></P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Prechal, M. Vilaras, E. Regan, S. Rodin (Relatur), P. G. Xuereb, L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, M. Ilešič, J. Malenovský u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Patrick Grégor Puppinck, Filippo Vari, Jakub Baltroszewicz u Manfred Liebner kif ukoll Josephine Quintavalle, Edith Frivaldszky u Alicia Latorre Canizares jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180423">23 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>One of Us <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑561/14</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:210">EU:T:2018:210</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 final tat‑<DATE ISO="20140528">28 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Wieħed Minna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>komunikazzjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20110216">16 ta’ Frar 2011</DATE> dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 65, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil‑<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="49" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 94, p. 49</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 354, p. 90</REF.DOC.OJ>) hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Dik il-proċedura tagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li l-Kummissjoni tiġi avviċinata direttament b’talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati b’mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 20 ta’ dan ir-regolament tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-Kummissjoni għandha teżamina inizjattiva taċ-ċittadini u tistipula l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha b’mod separat. Hija għandha tistipula wkoll l-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu b’rispons għaliha, f’perijodu ta’ tliet xhur. Sabiex turi li inizjattiva taċ-ċittadini appoġġata minn tal-anqas miljun ċittadin tal-Unjoni u s-segwitu possibbli tagħha jiġu eżaminati bir-reqqa, il-Kummissjoni għandha tispjega b’mod ċar, li jinftiehem u b’mod dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, u għandha wkoll tagħti r-raġunijiet tagħha jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni. Meta l-Kummissjoni tkun<?PAGE NO="3"?> irċeviet inizjattiva taċ-ċittadini appoġġjata min-numru meħtieġ ta’ firmatarji li tkun tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, l-organizzaturi għandhom ikunu intitolati li jippreżentaw dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-għan ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Inizjattiva taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser inizjattiva ppreżentata lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, li tistieden lill-Kummissjoni, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, biex tippreżenta kwalunkwe proposta adatta dwar kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jqisu li att legali tal-Unjoni hu meħtieġ għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati, li tkun irċeviet l-appoġġ ta’ mill-anqas miljun firmatarju eliġibbli li jkunu ġejjin minn kwart tal-Istati Membri kollha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 211/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jibda l-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta, l-organizzaturi għandhom ikunu meħtieġa jirreġistrawha mal-Kummissjoni, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, b’mod partikolari dwar is-suġġett u l-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.</ALINEA><ALINEA>Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, f’reġistru online li jkun disponibbli għal dak il-għan mill-Kummissjoni (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ir-reġistru<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>).</ALINEA><ALINEA>L-organizzaturi għandhom jipprovdu, għar-reġistru u fejn ikun xieraq fuq il-websajt tagħhom, informazzjoni aġġornata b’mod regolari dwar is-sorsi ta’ appoġġ u l-iffinanzjar għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.</ALINEA><ALINEA>Wara li r-reġistrazzjoni tkun ikkonfermata skont il-paragrafu 2, l-organizzaturi jistgħu jipprovdu l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni biex tiddaħħal fir-reġistru. It-traduzzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni għandha tkun ir-responsabbiltà tal-organizzaturi.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt ta’ kuntatt li jagħti informazzjoni u assistenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tirreġistra proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini taħt numru ta’ reġistrazzjoni uniku u tibgħat konferma lill-organizzaturi, bil-kondizzjoni li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kumitat taċ-ċittadini jkun ġie ffurmat u l-persuni ta’ kuntatt ikunu ġew maħtura skont l-Artikolu 3(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta’ implimentazzjoni tat-Trattati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jistipula, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Wara li jkunu kisbu ċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 8(2), u bil-kondizzjoni li l-proċeduri u l-kondizzjonijiet rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament ikunu ġew irrispettati, l-organizzaturi jistgħu jissottomettu l-inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni, akkumpanjata mill-informazzjoni rigward kwalunkwe appoġġ u ffinanzjar li jkunu rċevew għal dik l-inizjattiva. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fir-reġistru.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 9 hija għandha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tippubblika l-inizjattiva taċ-ċittadini mingħajr dewmien fir-reġistru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tirċievi lill-organizzaturi f’livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma mill-inizjattiva taċ-ċittadini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>fi żmien tliet xhur, tistabbilixxi f’komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk ser tieħu, u r-raġunijiet għalfejn biħsiebha tieħu jew ma tieħux dik l-azzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-komunikazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata lill-organizzaturi kif ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha ssir pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 211/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Smigħ pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Meta l-kondizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10(1) ikunu sodisfatti, u sal-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1), l-organizzaturi għandhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-inizjattiva taċ-ċittadini waqt smigħ pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li dan is-smigħ jiġi organizzat fil-Parlament Ewropew, jekk ikun xieraq flimkien ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni li juru x-xewqa li jipparteċipaw, u li l-Kummissjoni tkun rappreżentata f’livell xieraq.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness II ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Informazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-informazzjoni li ġejja għandha tkun provduta sabiex tiġi reġistrata inizjattiva taċ-ċittadini proposta fir-reġistru online tal-Kummissjoni:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, f’mhux aktar minn 100 karattru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Is-suġġett, f’mhux aktar minn 200 karattru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Deskrizzjoni tal-għanijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li fuqha l-Kummissjoni hija mistiedna taġixxi, f’mhux aktar minn 500 karattru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati meqjusa rilevanti mill-organizzaturi għall-azzjoni proposta;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>L-organizzaturi jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar is-suġġett, l-għanijiet u l-isfond tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’anness. Jekk jixtiequ, jistgħu wkoll jippreżentaw abbozz ta’ att legali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża jinsabu fil-punti 1 sa 30 tas-sentenza appellata u jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 211/2011, irreġistrat il-proposta tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Wieħed Minna<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>IĊE kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Is-suġġett tal-IĊE kontenzjuża kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[i]l-protezzjoni ġuridika tad-dinjità, tad-dritt tal-ħajja u tal-integrità ta’ kull bniedem sa mill-konċepiment f’oqsma ta’ kompetenza tal-[Unjoni Ewropea] meta din il-protezzjoni tkun partikolarment importanti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-għanijiet ta’ din l-IĊE kienu deskritti kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kull embrijun uman jixraqlu rispett għad-dinjità u l-integrità tiegħu. U dan tħeġġu l-[Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea] fil-kawża Brüstle, meta tiddefinixxi li l-embrijun tal-bniedem hu l-bidu tal-iżvilupp tal-bniedem. Għaldaqstant, sabiex l-[Unjoni] tiżgura konsistenza f’kull qasam ta’ kompetenza tagħha li jkollu x’jaqsam mal-embrijun uman, din għandha tistabbilixxi projbizzjoni u ttemm il-finanzjament ta’ attivitajiet li jippreżupponu l-qerda tal-embrijuni umani, b’mod partikolari l-oqsma tar-riċerka, l-għajnuna għall-iżvilupp u s-saħħa pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’anness mehmuż mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-IĊE kontenzjuża, kienu proposti tliet emendi għal atti tal-Unjoni, li kienu jeżistu jew li kienu proposti. L-organizzaturi ta’ din l-IĊE talbu, fl-ewwel lok, li jiddaħħal artikolu ġdid fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal‑<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE> rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74) li jistipula li l-għoti ta’ fondi tal-Unjoni għal attivitajiet li jeqirdu l-embrijuni umani jew li jippresupponu l-qerda tagħhom għandu jkun ipprojbit. Fit-tieni lok, dawn ipproponew li jiddaħħal subparagrafu ġdid fl-Artikolu 16(3) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014‑2020) (COM(2011) 809 final), li jeskludi minn finanzjament taħt dan il-programm qafas l-attivitajiet ta’ riċerka li jeqirdu l-embrijuni umani, b’mod partikolari dawk intiżi għall-ksib ta’ ċelloli staminali, u attivitajiet ta’ riċerka li jinvolvu l-użi ta’ ċelloli staminali tal-embrijuni umani fi stadji suċċessivi għall-kisba tagħhom. Fit-tielet lok, huma pproponew li jiżdied paragrafu 5 fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" PAGE.FIRST="41" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 378, p. 41</REF.DOC.OJ>), li jipprevedi, essenzjalment, li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex isservi, direttament jew indirettament, għall-finanzjament tal-abort.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati meqjusa rilevanti mill-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża kienu l-Artikoli 2 u 17 TUE kif ukoll l-Artikolu 4(3) u (4) u l-Artikoli 168, 180, 182, 209, 210 u 322 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140228">28 ta’ Frar 2014</DATE>, konformement mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 211/2011, l-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża ppreżentawha lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE>, konformement mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament Nru 211/2011, rappreżentanti tal-Kummissjoni rċevew l-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża. L-għada, konformement mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament, dawn ingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw din l-IĊE waqt smigħ pubbliku organizzat fil-Parlament Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140528">28 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat, abbażi tal-Artikolu 10(1)(c) tal-istess regolament, il-komunikazzjoni kontenzjuża, maqsuma f’erba’ partijiet, li fiha hija indikat li ma kienet ser tieħu l-ebda azzjoni wara l-IĊE kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Taħt il-punt 1 ta’ din il-komunikazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Introduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, il-Kummissjoni ppreżentat, b’mod partikolari, is-suġġett u l-għanijiet tal-IĊE kontenzjuża kif ukoll it-tliet emendi leġiżlattivi proposti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Taħt il-punt 2 tal-imsemmija komunikazzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Is-sitwazzjoni attwali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, il-Kummissjoni, l-ewwel nett, esponiet l-istat attwali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u ppreċiżat il-kompetenzi tal-Unjoni f’dan ir-rigward billi osservat, b’mod partikolari, li l-kwistjoni dwar jekk ir-riċerka xjentifika li tagħmel użu mill-embrijuni umani tistax issir u tiġi ffinanzjata mill-Unjoni ma kinitx indirizzata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni esponiet l-istat tar-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali tal-embrijuni umani (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>riċerka fuq iċ-ĊSEU<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), il-kompetenzi u l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni f’dan il-qasam, kif ukoll il-mekkaniżmi stabbiliti mill-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dinjità tal-bniedem fil-kuntest tal-finanzjament ta’ din ir-riċerka. F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-kompetenzi tal-Unjoni, il-Kummissjoni rrilevat li r-riċerka fuq iċ-ĊSEU topera f’kuntest etiku strett li jinkludi sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>triple lock<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li tipprovdi, fl-ewwel lok, li l-proġetti tal-Unjoni għandhom jobdu l-liġijiet tal-pajjiż li fih saret ir-riċerka, fit-tieni lok, li l-proġetti kollha għandhom ikunu xjentifikament ivvalidati abbażi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari u jkunu suġġetti għal eżami etiku rigoruż u, fit-tielet lok, li l-fondi tal-Unjoni ma jistgħux jintużaw sabiex jiġu dderivati linji ta’ ċelloli staminali ġodda, u lanqas għal riċerka li tinvolvi l-qerda ta’ embrijuni umani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ppreżentat il-kompetenza u l-attivitajiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda s-saħħa materna u tal-ulied fil-kuntest tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Taħt il-punt 3 tal-komunikazzjoni kontenzjuża, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Valutazzjoni tat-talbiet tal-[IĊE]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-Kummissjoni esponiet ir-raġunijiet għalfejn ma kellhiex l-intenzjoni li tieħu l-ebda waħda mill-azzjonijiet proposti mill-organizzaturi ta’ din l-IĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija rrilevat li r-Regolament Finanzjarju kien diġà jiżgura li l-ispejjeż kollha tal-Unjoni, inklużi dawk sostnuti fl-oqsma tar-riċerka, tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp u tas-saħħa pubblika, kienu josservaw id-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja u d-dritt għall-integrità tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>It-tieni nett, hija ppreċiżat li d-dispożizzjonijiet tal-Programm qafas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Horizon 2020<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> dwar ir-riċerka fuq iċ-ĊSEU kienu diġà jissodisfaw diversi talbiet importanti tal-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża, b’mod partikolari dik intiża sabiex l-Unjoni ma tiffinanzjax il-qerda ta’ embrijuni umani u li tistabbilixxi kontrolli xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija indikat li projbizzjoni ta’ finanzjament tal-abort ipprattikat fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, kif proposta mill-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża, ixxekkel il-kapaċità tal-Unjoni li tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-punt 4 tal-komunikazzjoni kontenzjuża, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Il-konklużjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jinkludi sunt tal-iżviluppi esposti fil-punti preċedenti ta’ din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20140725">25 ta’ Lulju 2014</DATE>, l-entità msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>European Citizens’ Initiative One of Us<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> kif ukoll is-seba’ persuni fiżiċi li huma l-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża u li jikkostitwixxu l-kumitat taċ-ċittadini ta’ din tal-aħħar ippreżentaw rikors intiż għall-annullament tal-komunikazzjoni kontenzjuża u, sussidjarjament, għall-annullament tal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>One of Us <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑561/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:917">EU:T:2015:917</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan ir-rikors bħala inammissibbli sa fejn dan kien indirizzat kontra l-Artikolu 10(1)(c) ta’ dan ir-regolament. Il-Parlament u l-Kunsill, li ma setgħux iktar jiġu kkunsidrati bħala konvenuti fl-istanza, konformement mat-talba tagħhom, ġew ammessi bħala intervenjenti permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="20151130">30 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Wara li kkunsidrat, fil-punti 53 sa 65 ta’ din is-sentenza, li r-rikors kien inammissibbli sa fejn kien ġie ppreżentat mill-entità European Citizens’ Initiative One of Us, il-Qorti Ġenerali eżaminat, fil-punti 68 sa 101 tal-imsemmija sentenza, in-natura kontestabbli, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, tal-komunikazzjoni kontenzjuża. Hija qieset, fil-punt 77 tal-istess sentenza, li din il-komunikazzjoni kienet tipproduċi effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-appellanti, billi tbiddel s-sitwazzjoni legali tagħhom b’mod serju. Il-Qorti Ġenerali rrilevat f’dan ir-rigward li, skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011, il-Kummissjoni kienet obbligata tippreżenta komunikazzjoni, bħalma hija l-komunikazzjoni kontenzjuża, li tesponi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini inkwistjoni. Għaldaqstant, hija kkunsidrat li r-rikors ippreżentat kontra din il-komunikazzjoni kien ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżami fuq il-mertu ta’ dan ir-rikors, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 105 sa 118 tas-sentenza appellata, l-ewwel motiv tar-rikors, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011 minħabba n-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ proposta ta’ att ġuridiku bħala tweġiba għall-IĊE kontenzjuża, minħabba li l-Kummissjoni għandha, skont kemm din id-dispożizzjoni kif ukoll l-Artikoli 11 TUE u 24 TFUE, is-setgħa li tieħu azzjoni wara IĊE. Il-Qorti Ġenerali fakkret f’dan ir-rigward li t-Trattati jagħtu lill-Kummissjoni kważi monopolju fuq l-inizjattiva leġiżlattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, fil-punti 122 sa 125 tas-sentenza appellata, hija ċaħdet it-tieni motiv tar-rikors, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(4) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 128 sa 132 ta’ din is-sentenza, it-tielet motiv tar-rikors, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011, moqri fid-dawl tal-premessa 20 ta’ dan tal-aħħar, peress li ma ppreżentatx, b’mod separat, il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar l-IĊE kontenzjuża. F’dan ir-rigward, hija fakkret li, għalkemm din il-premessa tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta separatament il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha, din ma tistax tinftiehem bħala li stabbilixxiet obbligu f’dan is-sens fuq il-Kummissjoni, peress li l-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti. Barra minn hekk, peress li mill-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu 10 ma jirriżultax li l-Kummissjoni hija obbligata tipproċedi b’tali preżentazzjoni, hija ma tistax tiġi kkritikata li ma pproċedietx b’preżentazzjoni separata tal-konklużjonijiet tagħha. Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, anki jekk jitqies li tali obbligu kien jeżisti, il-ksur tiegħu ma setax iwassal għall-annullament tal-komunikazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll, fil-punti 141 sa 158 tas-sentenza appellata, ir-raba’ motiv tar-rikors, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, minħabba li l-elementi li jinsabu fil-komunikazzjoni kontenzjuża kienu suffiċjenti sabiex jippermettu lill-appellanti jifhmu r-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni rrifjutat li tieħu azzjoni wara l-IĊE kontenzjuża. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-argument li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni billi la ddefinixxiet u lanqas ikkjarifikat l-istatus legali tal-embrijun uman fil-komunikazzjoni kontenzjuża kien ineffettiv u kellu jiġi miċħud, peress li n-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni kellha tiġi evalwata biss fir-rigward tal-għan tal-IĊE kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 168 sa 183 tas-sentenza appellata, il-ħames motiv tar-rikors, li kien jirrigwarda żbalji ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hija kkunsidrat li, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandha l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha ta’ inizjattiva leġiżlattiva, id-deċiżjoni tagħha li ma tissottomettix proposta ta’ att ġuridiku lil-leġiżlatur kellha tkun suġġetta għal stħarriġ ristrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset, l-ewwel nett, fil-punti 172 sa 175 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma kinitx rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-legalità tal-komunikazzjoni kontenzjuża, peress li din is-sentenza tikkonċerna biss il-kwistjoni tan-natura brevettabbli tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi u ma tittrattax dik tal-finanzjament tal-attivitajiet ta’ riċerka li jimplikaw jew jippresupponu l-qerda ta’ embrijuni umani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 176 tas-sentenza appellata, li l-appellanti ma kinux urew l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda l-approċċ etiku tal-Kummissjoni fir-rigward tar-riċerka fuq iċ-ĊSEU. Hija ċaħdet ukoll, minħabba li ma kinitx suffiċjentement żviluppata, l-allegazzjoni tagħhom li din ir-riċerka ma kinitx neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 180 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni lanqas kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi bbażat ruħha fuq pubblikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li tgħid li teżisti rabta bejn l-aborti mhux siguri u l-imwiet materni, sabiex minn dan ġie dedott li l-projbizzjoni ta’ finanzjament tal-abort tostakola l-kapaċità tal-Unjoni li tilħaq l-għan relatat mat-tnaqqis tal-imwiet materni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar u r-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 182 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kienet wettqet l-ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ddeċidiet li ma tissottomettix lil-leġiżlatur tal-Unjoni proposta ta’ emenda tar-Regolament Finanzjarju sabiex jiġi pprojbit il-finanzjament tal-attivitajiet li jidhru li huma kuntrarji għad-dinjità tal-bniedem u għad-drittijiet tal-bniedem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-komunikazzjoni kontenzjuża, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet, fil-punti 118 u 125 tas-sentenza appellata, l-argument tagħhom dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(4) TUE u tar-Regolament Nru 211/2011. Huma jqisu li l-Qorti Ġenerali injorat in-natura speċifika tal-imsemmi mekkaniżmu meta ddeċidiet, fil-punti 111 u 113 tas-sentenza appellata, li l-kważi monopolju fuq l-inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni ma kienx affettwat bl-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-IĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-appellanti jikkunsidraw li, għalkemm l-Artikolu 17(2) TUE jipprevedi li att leġiżlattiv tal-Unjoni jista’ jiġi adottat biss fuq proposta tal-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni ma tistax madankollu tiġi interpretata fis-sens li tagħti lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali illimitata fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi dwar kwistjonijiet li kienu s-suġġett ta’ inizjattiva taċ-ċittadini li tkun irċeviet l-appoġġ meħtieġ, fis-sens tal-Artikolu 2(l) tar-Regolament Nru 211/2011. Mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) l-appellanti jiddeduċu li s-setgħa diskrezzjonali ta’ inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni għandha tkun limitata meta din tiddeċiedi li ma tippreżentax proposta ta’ att leġiżlattiv wara IĊE, peress li l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex tostakola l-għanijiet ta’ IĊE għandu għalhekk jiġi kkunsidrat bħala illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Huma jsostnu li, minn naħa, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippreżentax proposta leġiżlattiva wara IĊE għandha tiġi mmotivata, peress li r-raġunijiet għandhom ikunu sostnuti minn provi konvinċenti u li ma jmorrux kontra l-għan tal-IĊE inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, huma jqisu li s-setgħa diskrezzjonali ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi eżerċitata b’osservanza tal-politiki ġenerali u tal-għanijiet ta’ politika pubblika, taħt l-istħarriġ tal-qorti. Issa, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali la ttrattat u lanqas identifikat l-għanijiet ta’ politika pubblika tal-IĊE kontenzjuża u l-interdipendenza bejn it-Titolu III tat-Trattat TUE u l-Artikolu 24 TFUE li jirriżulta mir-Regolament Nru 211/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punt 124 tas-sentenza appellata, li l-mekkaniżmu tal-IĊE kellu biss bħala għan li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jistieden<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> lill-Kummissjoni li tissottometti proposta. Peress li l-Artikolu 11(4) TUE ma jipprovdix li huma biss il-persuni li jkunu kisbu mill-inqas miljun firma li jistgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jistiednu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa, l-appellanti jqisu li kull persuna jew kull grupp jista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>jistieden<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> lill-Kummissjoni sabiex tieħu tali miżuri. Skonthom, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħha, tal-ispejjeż u tad-diffikultajiet ta’ organizzazzjoni li din tinvolvi, IĊE ma tistax tiġi assimilata ma’ sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>stedina<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-interpretazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ IĊE adottata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 111, 113 u 124 tas-sentenza appellata ċċaħħad il-mekkaniżmu tal-IĊE minn kull effett utli u ma tippermettix li jiġi rrimedjat id-defiċit demokratiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Huma jqisu li, fid-dawl tal-influwenza tal-Kunsill u tal-Parlament fuq il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali messha rrikonoxxiet lil grupp ta’ mill-inqas miljun ċittadin li appoġġjaw IĊE bl-istess saħħa bħal dik li jgawdu minnha dawn l-istituzzjonijiet. Huma jikkunsidraw li s-setgħa tal-Kummissjoni dwar jekk tiħux azzjoni wara IĊE jew le għandha tkun ibbażata fuq kriterji ta’ evalwazzjoni li qorti tista’ tistħarreġ l-osservanza tagħhom. Skonthom, l-evalwazzjoni li twettqet mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata hija inkoerenti peress li l-eżistenza stess tal-istħarriġ tal-legalità tal-komunikazzjoni kontenzjuża, imwettqa mill-Qorti Ġenerali f’din is-sentenza, issostni l-argument tagħhom li l-Kummissjoni ma hijiex libera li tiddeċiedi tiħux azzjoni jew le wara IĊE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li r-Regolament Nru 211/2011 kellu jiġi interpretat fis-sens li kien jippermetti lill-Kummissjoni li ċċaħħad liċ-ċittadini mid-dritt tagħhom li jaraw, fil-kuntest ta’ IĊE, il-proposti tagħhom ta’ atti leġiżlattivi jiġu eżaminati mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li hija allegat quddiem il-Qorti Ġenerali li l-komunikazzjoni kontenzjuża ma kinitx tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Hija tqis, fir-rigward tal-mertu, li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(4) TUE, introdott permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, jirrikonoxxi liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li, taħt ċerti kundizzjonijiet, jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, tissottometti proposta xierqa dwar kwistjonijiet li għalihom dawn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att ġuridiku tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Anagnostakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑589/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:663">EU:C:2017:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ IĊE jikkostitwixxi, bħal fil-każ, b’mod partikolari, tad-dritt ta’ petizzjoni quddiem il-Parlament, strument relatat mad-dritt taċ-ċittadini li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, previst fl-Artikolu 10(3) TUE, sa fejn dan jippermettilhom jindirizzaw ruħhom direttament lill-Kummissjoni sabiex jippreżentawlha talba intiża sabiex din tiġi mistiedna tissottometti proposta ta’ att ġuridiku tal-Unjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Anagnostakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑589/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:663">EU:C:2017:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ IĊE ġew speċifikati fir-Regolament Nru 211/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata, skont l-Artikolu 11(4) TUE u r-Regolament Nru 211/2011, li tissottometti proposta ta’ att leġiżlattiv wara l-IĊE kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jiġi rrilevat li mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 11(4) TUE jirriżulta li l-IĊE hija intiża sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>titlob<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> lill-Kummissjoni tissottometti proposta xierqa għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati, u mhux, kif isostnu l-appellanti, sabiex tobbliga lil din l-istituzzjoni li tieħu l-azzjoni jew l-azzjonijiet previsti mill-IĊE inkwistjoni. Din l-interpretazzjoni testwali hija kkorroborata mill-formulazzjoni tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 211/2011, li jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>inizjattiva taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> bħala inizjattiva ppreżentata lill-Kummissjoni, konformement ma’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>li tistieden<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> lil din l-istituzzjoni li tippreżenta proposta bħal dik imsemmija fl-Artikolu 11(4) TUE. Barra minn hekk, mill-kliem tal-Artikolu 10(1)(c) u tal-premessa 20 tal-imsemmi regolament jirriżulta li, meta tirċievi IĊE, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-azzjoni li hija biħsiebha, jekk ikun il-każ, tieħu, u r-raġunijiet għalfejn biħsiebha tieħu jew ma tiħux azzjoni, li jikkonferma li l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ proposta ta’ att tal-Unjoni wara IĊE għandha natura fakultattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kuntest li fih jinsab il-mekkaniżmu tal-IĊE, ma jistax, kif sostniet il-Kummissjoni, jiġi dedott mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna l-irtirar, mill-Kummissjoni, ta’ proposta ta’ att tal-Unjoni matul il-proċess leġiżlattiv, li din l-istituzzjoni hija obbligata tippreżenta proposta ta’ att tal-Unjoni wara IĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza, kemm l-Artikolu 17(2) TUE kif ukoll l-Artikolu 289 TFUE jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva, li jimplika li hija din l-istituzzjoni li għandha tiddeċiedi li tippreżenta, jew le, proposta ta’ att leġiżlattiv, minbarra l-każ fejn<?PAGE NO="11"?> hija tkun obbligata, skont id-dritt tal-Unjoni, li tippreżenta tali proposta. Bis-saħħa ta’ din is-setgħa, fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ proposta ta’ att leġiżlattiv, hija wkoll il-Kummissjoni li għandha, konformement mal-Artikolu 17(1) TUE, tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan l-għan, sabiex tiddetermina s-suġġett, l-iskop kif ukoll il-kontenut ta’ din il-proposta (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Din is-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni hija waħda mill-espressjonijiet tal-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali, li huwa karatteristika tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li jimplika li kull waħda mill-istituzzjonijiet għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha b’osservanza ta’ dawk tal-oħrajn (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑409/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:217">EU:C:2015:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif dan jrriżulta mill-premessa 1 tar-Regolament Nru 211/2011, l-IĊE hija intiża sabiex tagħti liċ-ċittadini tal-Unjoni dritt paragunabbli għal dak li għandhom, skont, rispettivament, l-Artikoli 225 u 241 TFUE, il-Parlament u l-Kunsill li jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tissottometti kull proposta xierqa għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati. Issa, minn dawn iż-żewġ artikoli jirriżulta li d-dritt hekk irrikonoxxut lill-Parlament u lill-Kunsill ma jippreġudikax is-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni, li tibqa’ libera li ma tissottomettix proposta sakemm hija tikkomunika r-raġunijiet għal dan lill-istituzzjoni kkonċernata. Għaldaqstant, IĊE ppreżentata abbażi tal-Artikolu 11(4) TUE u tar-Regolament Nru 211/2011 ukoll ma tistax taffettwa din is-setgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tal-appellanti li l-Kummissjoni hija obbligata, fi kwalunkwe każ, li tilqa’ l-proposti li jinsabu f’IĊE rreġistrata u li tkun ġabret l-appoġġ neċessarju ma jistax jiġi rrikonċiljat mas-setgħa diskrezzjonali li tgawdi minnha l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17(1) TUE, fil-kompitu tagħha li tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u li tieħu kull inizjattiva xierqa għal dan l-għan, kif ukoll mal-obbligu ġenerali li din l-istituzzjoni għandha, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, li taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ inizjattiva tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ġustament qieset, fil-punt 111 tas-sentenza appellata, li l-kważi monopolju fuq l-inizjattiva leġiżlattiva mogħti mit-Trattati lill-Kummissjoni ma huwiex affettwat mid-dritt għal IĊE previst fl-Artikolu 11(4) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argument tal-appellanti li l-interpretazzjoni tal-mekkaniżmu tal-IĊE mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata ċċaħħad lil dan il-mekkaniżmu minn kull effett utli, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 10(1) TUE, il-funzjonament tal-Unjoni huwa bbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva, li tikkonkretizza l-valur ta’ demokrazija. Din tikkostitwixxi, skont l-Artikolu 2 TUE, waħda mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Din is-sistema ta’ demokrazija rappreżentattiva ġiet ikkompletata, permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, permezz ta’ strumenti ta’ demokrazija parteċipattiva, bħall-mekkaniżmu tal-IĊE, li għandhom l-għan li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku u li jippromwovu d-djalogu bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Issa, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-għan jagħmel parti mill-ekwilibriju istituzzjonali preeżistenti u huwa eżerċitat fil-limiti tas-setgħat mogħtija lil kull istituzzjoni tal-Unjoni permezz tat-Trattati, peress li l-awturi tagħhom ma kellhomx l-intenzjoni, permezz tal-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu, li jċaħħdu lill-Kummissjoni mis-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva li hija rrikonoxxuta lilha permezz tal-Artikolu 17 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Dan premess, il-fatt li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu azzjoni wara IĊE ma jfissirx li tali inizjattiva tkun imċaħħda minn effett utli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, IĊE li tkun ġiet irreġistrata skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 211/2011 u li tosserva l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kollha previsti minn dan tal-aħħar tagħti bidu għal sensiela ta’ obbligi speċifiċi għall-Kummissjoni, elenkati fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Qabel kollox, minn meta tirċievi IĊE, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10(1)(a) ta’ dan ir-regolament, tippubblikaha mingħajr dewmien fir-reġistru previst għal dan l-għan, sabiex tagħti lill-pubbliku l-għarfien dwar il-kwistjonijiet, li jinsabu f’din l-IĊE, li fir-rigward tagħhom iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att ġuridiku tal-Unjoni. Sussegwentement, skont il-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni hija obbligata tilqa’, f’livell xieraq, lill-organizzaturi ta’ IĊE li tkun ġabret l-appoġġ ta’ mill-inqas miljun firmatarju, sabiex dawn ikunu jistgħu jesponu fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma minn din l-IĊE. Fl-aħħar nett, il-punt (c) tal-imsemmija dispożizzjoni jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, permezz ta’ komunikazzjoni, il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar l-IĊE, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk ikun il-każ, kif ukoll ir-raġunijiet għalfejn biħsiebha tieħu jew ma tiħux din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 211/2011 jirriżulta wkoll li l-organizzaturi ta’ IĊE li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) ta’ dan ir-regolament għandhom il-possibbiltà li jippreżentaw din l-inizjattiva matul smigħ pubbliku, organizzat fil-Parlament, jekk ikun il-każ flimkien mal-istituzzjonijiet u mal-korpi l-oħra tal-Unjoni li jixtiequ jipparteċipaw, u fil-preżenza tal-Kummissjoni, u dan jiggarantixxilhom aċċess ipprivileġġat għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat, fil-punt 124 tas-sentenza appellata, li ċ-ċaħda tal-argument tal-appellanti fir-rigward tal-obbligu tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni wara l-IĊE kontenzjuża ma ċċaħħadx il-mekkaniżmu tal-IĊE minn effett utli. Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-valur miżjud partikolari ta’ dan il-mekkaniżmu jinsab mhux fiċ-ċertezza tal-eżitu tiegħu, iżda fil-possibbiltajiet u fl-opportunitajiet li dan joħloq għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jingħata bidu għal dibattitu politiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tagħha mingħajr ma jkollhom jistennew li tinbeda proċedura leġiżlattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti Ġenerali kellha raġun tqis, fil-punti 105 sa 118 tas-sentenza appellata, li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011, adottata mill-appellanti, hija żbaljata fil-liġi. Hija wkoll ġustament ċaħdet, fil-punti 122 sa 125 tas-sentenza appellata, l-argument tal-appellanti li l-Artikolu 11(4) TUE jagħti bidu għal obbligu għall-Kummissjoni li tibda proċedura leġiżlattiva wara IĊE tiġi rreġistrata u tirċievi l-appoġġ meħtieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 128 u 132 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata, skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011, li tippreżenta b’mod separat il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar l-IĊE li ġew sottomessi lilha. Huma jsostnu li din id-dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-premessa 20 ta’ dan ir-regolament, li minnha jirriżulta li l-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>legali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>politiċi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tagħha b’mod separat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, filwaqt li taqbel mal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti u ma jistax jiġi invokat la sabiex issir deroga minn dispożizzjoni u lanqas sabiex din id-dispożizzjoni tiġi interpretata f’sens manifestament kuntrarju għall-formulazzjoni tagħha, li dan it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-preambolu ta’ att tal-Unjoni jista’ jispeċifika l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi att (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>IATA u ELFAA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:10">EU:C:2006:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 93 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-premessi ta’ att tal-Unjoni jikkostitwixxu, fil-fatt, elementi importanti ta’ interpretazzjoni, li huma ta’ natura li jiċċaraw ir-rieda tal-awtur ta’ dak l-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-preambolu ta’ att tal-Unjoni ma għandux valur legali vinkolanti u ma jistax jiġi invokat la sabiex issir deroga mid-dispożizzjonijiet stess tal-att ikkonċernat u lanqas sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu interpretati b’mod manifestament kuntrarju għall-formulazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Deutsches Milch‑Kontor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:716">EU:C:2005:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali, wara li fakkret, fil-punt 128 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza stabbilita dwar il-valur legali ta’ preambolu, ikkunsidrat, fil-punti 129 u 130 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni ma kinitx suġġetta għall-obbligu li tippreżenta b’mod separat il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha, peress li dan l-obbligu, li jinsab fil-premessa 20 tar-Regolament Nru 211/2011, ma huwiex inkluż fl-Artikolu 10(1)(c) tal-imsemmi regolament. Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 131 tas-sentenza appellata, li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni kienet obbligata, skont din id-dispożizzjoni, li tippreżenta b’mod separat il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha, dan l-obbligu jkun biss wieħed formali, b’mod li l-ksur tiegħu ma jwassalx għall-annullament tal-komunikazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjonijiet rispettivi tal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011 u tal-premessa 20 ta’ dan ir-regolament huma differenti biss sa fejn din il-premessa biss tagħmel riferiment għal preżentazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>separata<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> mill-Kummissjoni tal-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha. Għalhekk, tali riferiment jippreċiża l-obbligu li għandha l-Kummissjoni bis-saħħa tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>b’mod separat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, użat fil-premessa 20 tal-imsemmi regolament, għandu jinftiehem fis-sens li kemm il-konklużjonijiet legali kif ukoll il-konklużjonijiet politiċi tal-Kummissjoni għandhom jidhru fil-komunikazzjoni dwar l-IĊE inkwistjoni b’mod li jippermetti li wieħed jifhem in-natura legali u politika tar-raġunijiet inklużi f’din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmi terminu ma jistax jinftiehem bħala li jimponi obbligu ta’ separazzjoni formali tal-konklużjonijiet legali, minn naħa, u tal-konklużjonijiet politiċi, min-naħa l-oħra, obbligu li l-ksur tiegħu jista’ jiġi ssanzjonat permezz tal-annullament tal-komunikazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 104 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-punti 13 sa 30 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-komunikazzjoni kontenzjuża tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fil-punt 79 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument żviluppat mill-appellanti fil-kuntest tat-tieni aggravju ma jistax, fi kwalunkwe każ, jirnexxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għalhekk, dan it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 170 tas-sentenza appellata billi kkunsidrat li l-komunikazzjoni kontenzjuża kellha tkun suġġetta għal stħarriġ ristrett tal-Qorti Ġenerali, limitat għall-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Huma jqisu, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq ġurisprudenza li ma tapplikax għall-mekkaniżmu tal-IĊE u, min-naħa l-oħra, li hija ma pproponiet l-ebda kriterju li jippermetti li ssir distinzjoni bejn l-iżbalji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>manifesti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u dawk li ma humiex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu, b’mod iktar partikolari, li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta rrikonoxxiet lill-Kummissjoni, meta din tippreżenta komunikazzjoni wara IĊE, setgħa diskrezzjonali wiesgħa li tista’ titqabbel ma’ dik li hija għandha fil-qasam tal-politika soċjoekonomika. Huma jżidu li l-Qorti Ġenerali ma esponietx il-motivi għalfejn ibbażat ruħha b’analoġija fuq is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Rica Foods vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑40/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:455">EU:C:2005:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li madankollu hija sentenza li ma hijiex trasponibbli għall-mekkaniżmu tal-IĊE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-tielet aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-punt 169 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha tibbenefika minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa, sa fejn, permezz ta’ dan l-eżerċizzju, hija mitluba, skont l-Artikolu 17(1) TUE, tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni billi twettaq, eventwalment, arbitraġġi diffiċli bejn interessi diverġenti. Konsegwentement, hija qieset, fil-punt 170 ta’ dik is-sentenza, li l-komunikazzjoni kontenzjuża għandha tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju ristrett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġie enfasizzat fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel aggravju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiħux azzjoni wara IĊE li tkun ġiet irreġistrata u li tkun ġabret l-appoġġ meħtieġ taqa’ taħt l-eżerċizzju, minn din l-istituzzjoni, tas-setgħa ta’ inizjattiva leġiżlattiva tagħha stabbilita fl-Artikolu 17 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Issa, peress li, kif enfasizzat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 169 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni għandha, fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, setgħa diskrezzjonali wiesgħa, huwa wkoll ġust li ddeċidiet, fil-punt 170 tal-imsemmija sentenza, li l-komunikazzjoni kontenzjuża kienet suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju ristrett, u mhux għal stħarriġ komplet kif sostnew l-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat f’dan ir-rigward li, għalkemm huwa minnu, kif ġie enfasizzat mill-Kummissjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schönberger vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2423">EU:C:2014:2423</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li deċiżjoni tal-Parlament dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f’petizzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 227 TFUE taħrab mill-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni, tali deċiżjoni hija madankollu distinta minn komunikazzjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011, b’diversi modi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-fatt, kuntrarjament għal tali petizzjoni, IĊE rreġistrata abbażi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 211/2011 hija suġġetta, skont dan ir-regolament, għal kundizzjonijiet stretti u għal garanziji proċedurali preċiżi. Barra minn hekk, filwaqt li deċiżjoni tal-Parlament bħal dik imsemmija fil-punt preċedenti taqa’ taħt setgħa diskrezzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ta’ natura politika<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schönberger vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2423">EU:C:2014:2423</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), mill-Artikolu 10(1)(c) ta’ dan<?PAGE NO="15"?> ir-regolament jirriżulta li l-Kummissjoni hija obbligata tippreżenta, permezz ta’ komunikazzjoni, il-konklużjonijiet tagħha, kemm legali kif ukoll politiċi, dwar l-IĊE inkwistjoni, l-azzjoni li biħsiebha tieħu kif ukoll ir-raġunijiet għalfejn biħsiebha tieħu jew ma tiħux din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Tali rekwiżiti huma intiżi mhux biss sabiex jinformaw, b’mod ċar, iddettaljat u li jinftiehem, lill-organizzaturi ta’ IĊE dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-inizjattiva tagħhom, iżda wkoll sabiex jippermettu lill-qorti tal-Unjoni tistħarreġ il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati konformement mal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament Nru 211/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata ta’ dan l-istħarriġ, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 170 tas-sentenza appellata, li l-imsemmi stħarriġ għandu jkun intiż sabiex jivverifika, minbarra n-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tal-komunikazzjoni kontenzjuża, l-eżistenza, b’mod partikolari, ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu japplika, bħala prinċipju, għal kull att tal-Unjoni li jipproduċi effetti legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Kunsill (CMR‑15</NAME.CASE>), <NO.CASE>C‑687/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:803">EU:C:2017:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-motivazzjoni għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, li hija l-awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti, minn naħa, lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda sabiex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, lill-qorti tal-Unjoni sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170912">12 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Anagnostakis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑589/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:663">EU:C:2017:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom, bħall-Kummissjoni f’dan il-każ, setgħa diskrezzjonali wiesgħa u, b’mod partikolari, meta jkollhom jagħmlu għażliet ta’ natura, b’mod partikolari, politika u evalwazzjonijiet kumplessi, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-evalwazzjonijiet li fuqhom huwa bbażat l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa għandu jikkonsisti f’li tiġi vverifikata l-assenza ta’ żbalji manifesti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 169 u 170 tas-sentenza appellata, li l-komunikazzjoni kontenzjuża taqa’ taħt l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni u għandha, konsegwentement, tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju ristrett, intiż sabiex tiġi vverifikata, b’mod partikolari, in-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tagħha u l-assenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, wettqet żbalji ta’ liġi meta wettqet stħarriġ ristrett tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, wettqet stħarriġ mhux komplut tal-komunikazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 159 sa 165 tas-sentenza appellata, identifikat l-iżbalji ta’ evalwazzjoni allegati u llimitat, fil-punti 166 sa 177 tal-imsemmija sentenza, l-istħarriġ tagħha għad-determinazzjoni tan-natura manifesta ta’ tali żbalji. Madankollu, skont l-appellanti, mill-punti 172 sa 183 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali applikat dan l-istħarriġ biss għal ċerti żbalji ta’ evalwazzjoni allegati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huma jsostnu, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, minn naħa, billi naqset milli tikkonstata inkoerenza bejn il-projbizzjoni, stabbilita fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal-ibbrevettar tal-invenzjonijiet li jippresupponu l-qerda ta’ embrijuni umani u l-finanzjament tar-riċerka fir-rigward ta’ tali invenzjonijiet u, min-naħa l-oħra, billi ma ddeduċietx minn dik is-sentenza li l-embrijun uman għandu jiġi rrikonoxxut bħala bniedem. Huma jikkunsidraw li l-punti 33 u 34 tal-imsemmija sentenza jistabbilixxu d-dinjità tal-bniedem bħala prinċipju ta’ dritt li jipprevali fuq id-dritt tal-privattivi u li għandu wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi deċiża l-kontribuzzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni għall-qerda ta’ embrijuni umani<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appellanti jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonstata li l-Kummissjoni kienet obbligata tesponi, minn qabel, l-istatus legali ta’ embrijun uman, sabiex ikun jista’ jinstab bilanċ bejn l-interessi tar-riċerka fuq iċ-ĊSEU u d-dinjità tal-embrijun uman. Skont dawn, ir-rikonoxximent mill-Kummissjoni tad-dinjità tal-bniedem tal-embrijun ma kienx ippermettilha tfittex bilanċ bejn din id-dinjità u kull interess tas-soċjetà kompetitur, peress li l-kunċett stess tad-dinjità tal-bniedem jipprojbixxi bbilanċjar bħal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tar-riċerka fuq iċ-ĊSEU, l-appellanti jsostnu li d-dikjarazzjoni li s-sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>triple lock<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tikkostitwixxi kriterju adegwat mill-perspettiva etika sabiex jiġu evalwati l-proġetti ta’ riċerka hija manifestament żbaljata sa fejn tali sistema ma tipprekludix il-finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka illegali u tikkostitwixxi wkoll inċentiv għall-Istati Membri sabiex inaqqsu l-istandards etiċi tagħhom. Huma jsostnu li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 176 tas-sentenza appellata, li l-approċċ etiku tal-Kummissjoni, li huwa differenti minn dak tal-IĊE kontenzjuża, ma huwiex ivvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, jikkostitwixxi żball ta’ liġi. Skont l-appellanti, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti Ġenerali li tiddetermina l-merti ta’ benefiċċji soċjoetiċi kompetituri sa fejn tali konstatazzjoni hija ta’ natura politika u mhux legali. L-appellanti jżidu li l-istħarriġ imwettaq mill-Qorti Ġenerali ma huwiex komplut, minħabba li din tal-aħħar ma eżaminatx l-iżbalji ta’ evalwazzjoni allegati kollha. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali la eżaminat in-natura manifestament żbaljata tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>triple lock<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u lanqas esprimiet osservazzjonijiet addizzjonali dwar tali dikjarazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-appellanti jsostnu li huwa manifestament paradossali li jiġi ddikjarat, mingħajr ma tiġi prodotta ebda prova f’dan ir-rigward, li l-provvista ta’ servizzi ta’ abort iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni tnaqqas l-aborti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 164 tas-sentenza appellata, żnaturat l-argumenti tagħhom, sa fejn dawn kienu jirrigwardaw, fir-realtà, il-fatt li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod żbaljat l-impenji meħuda fil-kuntest tal-għanijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>MDGs<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>) u tal-Programm ta’ Azzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>KIPI<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>) bħala li jikkostitwixxu obbligi legali vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud minħabba li huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument tal-appellanti li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat, fil-punti 173 sa 175 tas-sentenza appellata, li l-kwistjoni dwar jekk riċerka xjentifika li tinvolvi l-użu ta’ embrijuni umani tistax tiġi ffinanzjata minn fondi tal-Unjoni hija b’mod ċar distinta minn dik li wasslet għall-għoti tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 40 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19980706">6 ta’ Lulju 1998</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 395), li<?PAGE NO="17"?> l-interpretazzjoni tagħha kienet inkwistjoni fl-imsemmija sentenza, ma għandhiex l-għan li tirregola l-użu tal-embrijuni umani fil-kuntest ta’ riċerki xjentifiċi, peress li l-għan ta’ din id-direttiva huwa limitat għan-natura brevettabbli tal-invenzjonijiet teknoloġiċi (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>International Stem Cell</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑364/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2451">EU:C:2014:2451</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tinkludi l-ebda evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li r-riċerki xjentifiċi li jużaw embrijuni umani fl-ebda każ ma jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat li din is-sentenza ma tistax tiġi invokata mill-appellanti sabiex tintwera l-inkoerenza fl-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-użu ta’ embrijuni umani fil-kuntest ta’ riċerki xjentifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argument tal-appellanti dwar l-obbligu ta’ kjarifika tal-istatus legali ta’ embrijun uman isemmi, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 136 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-punt 156 tas-sentenza appellata li jikkonċerna r-raba’ motiv invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u lil hinn mill-fatt li dan l-argument jirrepeti biss argument żviluppat fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kontra l-komunikazzjoni kontenzjuża, l-imsemmi argument ma jistax utilment isostni r-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-assenza ta’ konstatazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, ta’ allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argumenti relatati mar-riċerka fuq iċ-ĊSEU, li skont dawn il-Qorti Ġenerali ddeterminat, fil-punti 176 u 177 tas-sentenza appellata, il-merti tal-benefiċċji soċjoetiċi kompetituri, hemm lok li jiġi rrilevat li dawn huma bbażati fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-punt 176 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ppreżentat l-approċċi etiċi relatati mar-riċerka fuq iċ-ĊSEU li ġew segwiti, rispettivament, fl-IĊE kontenzjuża u mill-Kummissjoni. Hija kkunsidrat li l-approċċ ta’ din l-istituzzjoni ma kienx ivvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, fil-punt 177 tal-imsemmija sentenza, hija ċaħdet l-argument tal-appellanti bbażat fuq l-eżistenza ta’ soluzzjonijiet alternattivi għar-riċerka fuq iċ-ĊSEU li jrendu din ir-riċerka skaduta, bħala mhux suffiċjentement żviluppat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Billi pproċediet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma wettqet l-eżami tal-merti rispettivi ta’ approċċi soċjoetiċi kompetituri. Fil-fatt, hija vverifikat biss jekk il-Kummissjoni, fl-għażla tal-approċċ li hija ddeċidiet li tadotta, kinitx wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argumenti tal-appellanti relatati mar-riċerka fuq iċ-ĊSEU għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-argument dwar l-allegat żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-punti 179 u 180 tas-sentenza appellata, li jipprovdu li l-provvista ta’ servizzi ta’ abort iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni tnaqqas l-aborti, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punt 180 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament irrilevat li, fil-komunikazzjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni, billi bbażat ruħha fuq pubblikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, indikat il-fatt li t-titjib tas-sigurtà tas-servizzi tas-saħħa marbuta, b’mod partikolari, mal-abort jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-imwiet u tal-mard materni, fejn waħda mill-kawżi kienet il-prattika ta’ aborti mhux siguri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li l-Kummissjoni ma kienet wettqet l-ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-finanzjament mill-Unjoni ta’ għadd ta’ servizzi tas-saħħa siguri u effikaċi, b’mod partikolari fil-qasam tal-abort, kien jikkontribwixxi għat-tnaqqis tan-numru ta’ aborti mhux siguri u, għaldaqstant, tar-riskju tal-imwiet u tal-mard materni. Minn dan isegwi li l-argument tal-appellanti għandu jiġi miċħud bħala manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq l-iżnaturament tal-argument tal-appellanti riprodott fil-punt 164 tas-sentenza appellata, relatat mal-MDGs u mal-Programm ta’ Azzjoni tal-KIPI, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 146 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-imsemmi argument ma jistax, fi kwalunkwe każ, jintlaqa’ sa fejn il-komunikazzjoni kontenzjuża ma tinkludix dikjarazzjoni li l-MDGs u l-Programm ta’ Azzjoni tal-KIPI jinkludu obbligi legali vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrilevat, fil-punt 156 tas-sentenza appellata, li ma kienx neċessarju li jiġi kkjarifikat l-istatus legali tal-embrijun uman sabiex jiġu miċħuda t-tliet proposti ta’ emenda ta’ atti tal-Unjoni li kienu jeżistu jew li kienu proposti ssuġġeriti mill-IĊE kontenzjuża. L-għan tal-IĊE kontenzjuża ma jirrigwardax biss l-adozzjoni tat-tliet miżuri ssuġġeriti lill-Kummissjoni, iżda jikkonċerna prinċipalment il-protezzjoni legali tad-dinjità, tad-dritt għall-ħajja u tad-dritt għall-integrità ta’ kull bniedem mill-konċepiment. L-appellanti jikkunsidraw li l-Kummissjoni kienet obbligata tikkoopera mal-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża u li tippreżenta proposta ta’ att leġiżlattiv wara din tal-aħħar. Il-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-għan speċifiku ta’ din l-IĊE meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tieħu azzjoni wara din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ħames aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan il-ħames aggravju, l-appellanti jsostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta, fil-punt 156 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tifhem l-IĊE kontenzjuża bħala li hija intiża biss għall-preżentazzjoni minn din l-istituzzjoni tat-tliet proposti leġiżlattivi li kienu deskritti f’din l-IĊE u mhux ukoll għat-tfassil ta’ definizzjoni jew ta’ kjarifika tal-istatus legali tal-embrijun uman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 211/2011 jirriżulta li l-organizzaturi ta’ IĊE, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha, għandhom jipprovdu l-informazzjoni deskritta fl-Anness II tal-imsemmi regolament. Fost ir-rekwiżiti elenkati f’dan l-anness jinsabu t-titolu tal-proposta ta’ IĊE, is-suġġett tal-imsemmija IĊE, id-deskrizzjoni tal-għanijiet tagħha, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li l-organizzaturi jikkunsidraw rilevanti għall-azzjoni proposta. Barra minn hekk, l-organizzaturi jistgħu jannettu informazzjoni iktar iddettaljata dwar is-suġġett, l-għanijiet u l-isfond tal-imsemmija IĊE jew abbozz ta’ att ġuridiku mal-applikazzjoni tagħhom għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 2 sa 4 tas-sentenza appellata jirriżulta li, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fir-reġistru li tqiegħed online mill-Kummissjoni għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-IĊE, l-ewwel nett, is-suġġett tal-IĊE kontenzjuża kien jikkonsisti fil-protezzjoni legali tad-dinjità, tad-dritt għall-ħajja u tad-dritt għall-integrità ta’ kull bniedem mill-konċepiment, fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni fejn din il-protezzjoni hija ta’ importanza partikolari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>It-tieni nett, din l-IĊE kellha bħala għan il-protezzjoni tad-dinjità u tal-integrità tal-embrijun uman wara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, skont l-organizzaturi, tiddefinixxi l-embrijun uman bħala l-bidu tal-proċess tal-iżvilupp tal-bniedem. L-organizzaturi indikaw, f’dan ir-rigward, li, sabiex tiġi żgurata koerenza fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha, l-Unjoni għandha tipprojbixxi u ttemm il-finanzjament ta’ attivitajiet li jinvolvu l-qerda ta’ embrijuni umani, b’mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka, tal-għajnuna għall-iżvilupp u tas-saħħa pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-organizzaturi għamlu riferiment għall-Artikoli 2 u 17 TUE, għall-Artikolu 4(3) u (4), kif ukoll għall-Artikoli 168, 180, 182, 209, 210 u 322 TFUE bħala dispożizzjonijiet rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>L-organizzaturi tal-IĊE kontenzjuża kienu annettaw tliet proposti ta’ emenda ta’ atti tal-Unjoni li kienu jeżistu jew li kienu proposti mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, kif tfakkar fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, huma talbu, l-ewwel nett, li tiddaħħal, fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni, dispożizzjoni intiża li tipprojbixxi l-finanzjament mill-Unjoni ta’ attivitajiet li jeqirdu l-embrijuni umani jew li jippresupponu l-qerda tagħhom, it-tieni nett, li tiżdied, fi proposta għal regolament tal-Unjoni li jistabbilixxi l-Programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, dispożizzjoni intiża li teskludi minn kull finanzjament skont dan il-programm qafas l-attivitajiet ta’ riċerka li jeqirdu embrijuni umani, b’mod partikolari dawk intiżi sabiex jinkisbu ċelloli staminali, u r-riċerka li tinvolvi l-użu ta’ ċelloli staminali tal-embrijuni umani fi stadji suċċessivi għall-kisba tagħhom, u, fit-tielet lok, li tiżdied, fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp, dispożizzjoni li tipprevedi, essenzjalment, li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex isservi, direttament jew indirettament, għall-finanzjament tal-abort.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Mill-elementi preċedenti jirriżulta li, fil-punt 156 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament qieset li l-għan tal-IĊE kontenzjuża kien li tistieden lill-Kummissjoni li tippreżenta tliet proposti leġiżlattivi li jikkonsistu fl-emenda tal-atti tal-Unjoni, li kienu jeżistu jew li kienu proposti, relatati, rispettivament, mal-baġit tal-Unjoni, mar-riċerka u mal-innovazzjoni kif ukoll mal-kooperazzjoni fl-iżvilupp, u mhux li tiġi sottomessa wkoll proposta intiża sabiex tiddefinixxi jew tikkjarifika l-istatus legali tal-embrijun uman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud u, konsegwentement, l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfu, hemm lok li jiġu ordnati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni, kif mitlub minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="20"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Patrick Grégor Puppinck, Filippo Vari, Jakub Baltroszewicz u Manfred Liebner kif ukoll Josephine Quintavalle, Edith Frivaldszky u Alicia Latorre Canizares huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>