|
4.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/352
tat-3 ta’ Marzu 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, u jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li tista’ ssir importazzjoni tal-prodotti jew li dawn jgħaddu mill-Unjoni bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti li hemm imniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (l-HPAI). |
|
(3) |
L-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur minn ċerti partijiet tat-territorju tagħha skont il-preżenza tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/193 (4), wara li ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-30 ta’ Novembru 2016 u fl-4 ta’ Jannar 2017. |
|
(4) |
L-Ukrajna rrapportat dwar it-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni wara l-politika ta’ qerda fuq dawk iż-żoni fejn instabu dawk it-tifqigħat fl-2016 u fl-2017 u ressqet informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid tal-marda, li ġew evalwati mill-Kummissjoni. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, ġie konkluż li dawk it-tifqigħat ġew ikklerjati u li ma hemm l-ebda riskju assoċjat mal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tat-tjur miż-żoni tal-Ukraina elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 minn fejn l-importazzjonijiet ġew sospiżi minn dak ir-Regolament, kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/193. |
|
(5) |
Madankollu, fid-19 ta’ Jannar 2020 l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5 f’azjenda agrikola tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju kollu tal-Ukrajna ma jistax jibqa’ jitqies bħala ħieles minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna ma jistgħux, għalhekk, jibqgħu jiċċertifikaw kunsinni ta’ prodotti tat-tjur għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha, miż-żoni kkonċernati minn dik it-tifqigħa. |
|
(6) |
L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna kkonfermaw li wara t-tifqigħa f’Jannar 2020, huma ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati għall-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Ukrajna ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha u indikat iż-żoni mqiegħda taħt restrizzjonijiet kif ukoll il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI barra minn dawk iż-żoni ristretti. Din l-informazzjoni issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni u abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni u l-garanziji li tat l-Ukrajna, jenħtieġ li jiġi konkluż li jkun biżżejjed li r-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tat-tjur jiġu limitati għal dawk iż-żoni affettwati mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa attwali, biex jiġu koperti r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni. |
|
(8) |
Għaldaqstant, l-entrata għall-Ukrajna fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/193 tat-3 ta’ Frar 2017 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-annotazzjonijiet għall-Ukrajna fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta’ ċerti prodotti lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 13).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Ukrajna hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Kodiċi tal-ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur |
Status tal-kontroll tas-salmonella |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq |
Data tal-ftuħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“UA – Ukrajna |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP, E |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UA-1 |
Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna minbarra ż-żona UA-2 |
WGM |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UA-2 |
Iż-żona tal-Ukrajna li tikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UA-2.1 |
Kherson Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
30.11.2016 |
is-7 ta’ Marzu 2020 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
P2 |
30.11.2016 |
is-7 ta’ Marzu 2020 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UA-2.2 |
Odessa Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
4.1.2017 |
is-7 ta’ Marzu 2020 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
P2 |
4.1.2017 |
is-7 ta’ Marzu 2020 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UA-2.3 |
Chernivtsi Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
4.1.2017 |
is-7 ta’ Marzu 2020 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
P2 |
4.1.2017 |
is-7 ta’ Marzu 2020” |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UA-2.4 |
Vinnytsia Oblast (reġjun), Nemyriv Raion (distrett), muniċipalitajiet:
il-villaġġ ta’ Zelenianka |
WGM |
|
P2 |
19.1.2020 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
P2 |
19.1.2020 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||