|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6715 |
16.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12268 — EDF / NEOENERGIA / ENERGÉTICA ÁGUAS DA PEDRA JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6715)
1.
Fit-8 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EDF BRASIL HOLDING S.A. (“EDF Brasil”, il-Brażil), finalment ikkontrollata minn Électricité de France S.A. (“EDF Group”, Franza) li hija kkontrollata mill-Gvern Franċiż, |
|
— |
Neoenergia S.A. (“Neoenergia”, il-Brażil), finalment ikkontrollata minn Iberdrola S.A. (“Iberdrola”, Spanja), |
|
— |
Energética Águas da Pedra S.A. (“EAPSA”, il-Brażil), li bħalissa hija proprjetà ta’ Neoenergia. |
EDF Brasil u Neoenergia se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ EAPSA.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
EDF Brasil hija s-sussidjarja Brażiljana ta’ EDF Group. EDF Group huwa grupp multinazzjonali attiv fis-segmenti kollha tas-swieq tal-elettriku. EDF Brasil hija partikolarment attiva fis-settur tal-idroenerġija. |
|
— |
Neoenergia hija l-kumpanija azzjonarja tal-grupp Neoenergia, li jikkonsisti f’kumpaniji li huma attivi fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku fil-Brażil. Il-grupp Iberdrola huwa grupp multinazzjonali tal-enerġija, li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu fi Spanja, attiv fis-segmenti kollha tas-swieq tal-elettriku. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ EAPSA huma l-iżvilupp ta’ attività relatata mal-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-impjant idroelettriku UHE Dardanelos fl-istat ta’ Mato Grosso, il-Brażil, u l-ġestjoni tal-linji ta’ trażmissjoni fl-istess reġjun, unikament għall-fini tat-trażmissjoni tal-elettriku ġġenerat f’UHE Dardanelos.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12268 — EDF / NEOENERGIA / ENERGÉTICA ÁGUAS DA PEDRA JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6715/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)