|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1297 |
27.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1297
tas-26 ta’ Ġunju 2025
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (il-“Ftehim Intern”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għal kull parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa stabbilit bl-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2025 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2025. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877 sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati għal- FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal kontribuzzjonijiet għall-Kummissjoni u għall-BEI skont ir-Regolament (UE) 2018/1877. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 (3) tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2025 għal EUR 800 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 9 000 000 għall-BEI. Il-BEI talab is-sehem kollu tiegħu tal-11-il FEŻ bl-ewwel pagament parzjali tal-2025. |
|
(6) |
Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) bħala t-tieni pagament parzjali għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 250 000 000 għall-Kummissjoni.
Artikolu 2
Il-partijiet għall-FEŻ għandhom iħallsu t-tieni pagament parzjali tal--kontribuzzjonijiet individwali tagħhom tal-FEŻ għall-2025 lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment f’konformità mal-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_eums/2013/806/oj.
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1877/oj.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2026, l-ammont annwali għall-2025, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2025 u previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2027 u 2028, (ĠU L, 2024/2906, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2906/oj).
ANNESS
It-tieni pagament parzjali tal-Kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2025 (f’EUR)
|
L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT |
Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ FEŻ f’% |
Il-Kummissjoni Il-11-il FEŻ |
Il-BEI Il-11-il FEŻ |
Total |
|
Il-BELĠJU |
3,24927 |
8 123 175 |
0 |
8 123 175 |
|
Il-BULGARIJA |
0,21853 |
546 325 |
0 |
546 325 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
0,79745 |
1 993 625 |
0 |
1 993 625 |
|
ID-DANIMARKA |
1,98045 |
4 951 125 |
0 |
4 951 125 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,57980 |
51 449 500 |
0 |
51 449 500 |
|
L-ESTONJA |
0,08635 |
215 875 |
0 |
215 875 |
|
L-IRLANDA |
0,94006 |
2 350 150 |
0 |
2 350 150 |
|
IL-GREĊJA |
1,50735 |
3 768 375 |
0 |
3 768 375 |
|
SPANJA |
7,93248 |
19 831 200 |
0 |
19 831 200 |
|
FRANZA |
17,81269 |
44 531 725 |
0 |
44 531 725 |
|
IL-KROAZJA |
0,22518 |
562 950 |
0 |
562 950 |
|
L-ITALJA |
12,53009 |
31 325 225 |
0 |
31 325 225 |
|
ĊIPRU |
0,11162 |
279 050 |
0 |
279 050 |
|
IL-LATVJA |
0,11612 |
290 300 |
0 |
290 300 |
|
IL-LITWANJA |
0,18077 |
451 925 |
0 |
451 925 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,25509 |
637 725 |
0 |
637 725 |
|
L-UNGERIJA |
0,61456 |
1 536 400 |
0 |
1 536 400 |
|
MALTA |
0,03801 |
95 025 |
0 |
95 025 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,77678 |
11 941 950 |
0 |
11 941 950 |
|
L-AWSTRIJA |
2,39757 |
5 993 925 |
0 |
5 993 925 |
|
IL-POLONJA |
2,00734 |
5 018 350 |
0 |
5 018 350 |
|
IL-PORTUGALL |
1,19679 |
2 991 975 |
0 |
2 991 975 |
|
IR-RUMANIJA |
0,71815 |
1 795 375 |
0 |
1 795 375 |
|
IS-SLOVENJA |
0,22452 |
561 300 |
0 |
561 300 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,37616 |
940 400 |
0 |
940 400 |
|
IL-FINLANDJA |
1,50909 |
3 772 725 |
0 |
3 772 725 |
|
L-IŻVEZJA |
2,93911 |
7 347 775 |
0 |
7 347 775 |
|
IR-RENJU UNIT (1) |
14,67862 |
36 696 550 |
0 |
36 696 550 |
|
TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT |
100,00 |
250 000 000 |
0 |
250 000 000 |
(1) Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (OJ L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign), ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tagħti rifużjoni tas-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit. Dik it-tpaċija ser tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1297/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)