12004V034

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU V - EŻERĊIZZJU TAL-KOMPETENZI TA' L-UNJONI - KAPITOLU I - DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu I-34

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0027 - 0027


Artikolu I-34

Atti leġislattivi

1. Liġijiet u liġijiet kwadru Ewropej għandhom jiġu adottati, fuq bażi ta' proposti mill-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill skond il-proċedura legislattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu III-396. Jekk dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ma jistgħux jilħqu qbil dwar att, dan m'għandux jiġi adottat.

2. Fil-każijiet speċifiċi previsti mill-Kostituzzjoni, liġijiet u liġijiet kwadru Ewropej għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill, jew minn dan ta' l-aħħar bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, skond il-proċeduri leġislattivi speċjali.

3. Fil-każijiet speċifiċi previsti mill-Kostituzzjoni, liġijiet Ewropej u liġijiet kwadru Ewropej jistgħu jiġu adottati fuq l-inizjattiva ta' grupp ta' Stati Membri jew tal-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

--------------------------------------------------