16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

88


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BIH/9/2006

tas-27 ta’ Ġunju 2006

dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

(2006/497/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza ta' l-UE.

(2)

Skond id-Deċiżjoni tal-KPS, BiH/6/2005, il-Maġġur Ġeneral Gian Marco CHIARINI nħatar Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammiral Hans-Jochen Witthauer bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Herzegovina.

(4)

Il-Kumitat Militari ta' l-UE appoġġa n-nomina.

(5)

Konformement ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li stqarret li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implementazzjoni tagħhom sejrin japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew Partijiet għall-“Isħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim bilaterali ta' sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammiral Hans-Jocken Witthauer huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forzi ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-5 ta' Diċembru 2006.

Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

F.J. KUGLITSCH


(1)   ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.