|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/42 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom [2020/110]
|
|
Is-Suppliment 5 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: Il-15 ta’ Ottubru 2019 |
KONTENUT
REGOLAMENT
1. Kamp ta’ Applikazzjoni
2. Definizzjonijiet: Ġenerali
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
4. Approvazzjoni
5. Parti I: Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha
6. Parti II: Approvazzjoni ta’ sistema tas-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali
7. Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew ta’ komponent
8. Konformità tal-produzzjoni
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
10. Produzzjoni mwaqqfa għal kollox
11. Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
ANNESSI
Anness 1 - Dokumenti ta’ informazzjoni u formoli ta’ komunikazzjoni
Anness 2 - Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
Anness 3 - Rekwiżiti għas-sistemi tat-tisħin li jaħdmu bis-sħana rkuprata - Arja
Anness 4 - Proċedura tat-test għall-kwalità tal-arja
Anness 5 - Proċedura tat-test għat-temperatura
Anness 6 - Proċedura tat-test għall-emissjoni tal-egżost mill-heaters tal-kombustjoni
Anness 7 - Rekwiżiti addizzjonali għall-heaters tal-kombustjoni
Anness 8 - Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-heaters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG
Anness 9 - Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
|
1.1. |
Dan ir-regolament japplika għall-vetturi kollha fil-kategoriji M, N u O (1) mgħammra b’sistema tat-tisħin. |
L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:
|
1.2. |
Parti I – Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha. |
|
1.3. |
Parti II – Approvazzjoni ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha |
2. DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Vettur a” tfisser vettura tal-kategorija M, N u O1 mgħammra b’sistema tat-tisħin. |
|
2.2. |
“Manifattu r” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b’mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li hija/huwa s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni. |
|
2.3. |
“Ġewwien i” tfisser il-partijiet ta’ ġewwa tal-vettura li jintużaw għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti tal-vettura u/jew għat-tagħbija. |
|
2.4. |
“Sistema tat-tisħin għall-kompartiment tal-passiġġier i” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat iddiżinjat biex iżid it-temperatura tal-kompartiment tal-passiġġieri. |
|
2.5. |
“Sistema tat-tisħin għaż-żona tat-tagħbij a” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat iddiżinjat biex iżid it-temperatura taż-żona tat-tagħbija. |
|
2.6. |
“Żona tat-tagħbij a” tfisser il-parti ta’ ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda t-tagħbija, esklużi l-passiġġieri. |
|
2.7. |
“Kompartiment tal-passiġġier i” tfisser il-parti ta’ ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda lis-sewwieq u lill-passiġġieri. |
|
2.8. |
“Fjuwil gassu ż” tinkludi fjuwils li f’temperatura normali (288,2 K u 101,33 kPa) jinsabu f’forma ta’ gass, bħal ma hu l-gass likwifikat miż-żejt (LPG) u l-gass naturali kkompressat (CNG). |
|
2.9. |
“Tisħin żejje d” tfisser il-kondizzjoni li teżisti meta l-bokka tad-dħul għall-arja tat-tisħin lejn il-heater tal-kombustjoni tkun totalment imblukkata. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha
|
3.1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq. |
|
3.1.2. |
Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin: |
|
3.1.2.1. |
deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha; |
|
3.1.2.2. |
tpinġijiet tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha |
|
3.1.3. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 1. |
|
3.1.4. |
Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni trid tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
3.1.5. |
Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni tkun mgħammra b’heater b’approvazzjoni tat-tip tal-KEE, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip tal-manifattur ta’ din it-tip ta’ heater għandhom jintbagħtu flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. |
|
3.1.6. |
Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni tkun mgħammra b’heater li ma għandux l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, għandu jintbagħat lis-servizz tekniku kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni. |
3.2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ heater
|
3.2.1. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ heater bħala komponent għandha titressaq mill-manifattur tas-sistema tat-tisħin. |
|
3.2.2. |
Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin: |
|
3.2.2.1. |
deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tal-istruttura, tad-dimensjonijiet, tal-konfigurazzjoni u tal-materjali kostitwenti tagħha; |
|
3.2.2.2. |
tpinġijiet tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha |
|
3.2.3. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 2. |
|
3.2.4. |
Kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip għall-approvazzjoni għandu jitressaq lis-servizz tekniku. |
|
3.2.5. |
Il-kampjun għandu jiġi mmarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-applikant u l-ispeċifikazzjoni tat-tip. |
4. APPROVAZZJONI
|
4.1. |
Jekk it-tip ippreżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata. |
|
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tat-tisħin kif definiti f’dan ir-Regolament. |
|
4.3. |
Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola minn dawk li jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, skont il-każ, ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament u għal kull komponent manifatturat separatament li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jitwaħħal, b’mod li jispikka u f’post li huwa aċċessibbli malajr u speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru ta’ distinzjoni tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip (2). |
|
4.5. |
Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4.2. |
|
4.6. |
Jekk it-tip ikun konformi ma’ approvazzjoni tat-tip skont Regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament(i) li skontu/hom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.8. |
Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur. |
|
4.9. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni. |
5. PARTI I: APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA
5.1. Definizzjoni
Għall-finijiet tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,
|
5.1.1. |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħi n” tfisser vetturi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma hu l-prinċipju/i tas-sistema tat-tisħin. |
5.2. Speċifikazzjonijiet
|
5.2.1. |
Il-kompartiment tal-passiġġieri ta’ kull vettura għandu jkun mgħammar b’ sistema tat-tisħin. Jekk fiż-żona tat-tagħbija ta’ vettura jkun hemm sistema tat-tisħin, din għandha tkun konformi ma’ dan ir-Regolament. |
|
5.2.2. |
Is-sistema tat-tisħin tal-vettura li titressaq għall-approvazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament. |
5.3. Rekwiżiti għall-Istallazzjoni tal-Heaters tal-Kombustjoni, Heaters tal-Elettriku u Sistemi tat-Tisħin b’Pompa tas-Sħana fil-Vetturi
5.3.1. Kamp ta’ Applikazzjoni
|
5.3.1.1. |
Suġġett għall-paragrafu 5.3.1.2, il-heaters għandhom jiġu installati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3. |
|
5.3.1.2. |
Vetturi tal-kategorija O b’heater tal-fjuwil likwidu jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3. |
5.3.2. Il-pożizzjonar tal-heater
|
5.3.2.1. |
Sezzjonijiet tal-body u tal-komponenti l-oħrajn viċin il-heater għandhom jiġu protetti minn sħana żejda u mill-possibilità ta’ kontaminazzjoni bil-fjuwil jew biż-żejt. |
|
5.3.2.2. |
Il-heater ma għandux jikkostitwixxi riskju ta’ nar, anki f’każ ta’ tisħin żejjed. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk l-istallazzjoni taċċerta distanza adegwata għall-partijiet kollha kif ukoll ventilazzjoni xierqa, bl-użu ta’ materjali reżistenti għan-nar u bl-użu ta’ lqugħ kontra s-sħana. |
|
5.3.2.3. |
Fil-każ ta’ vetturi M2 u M3, il-heater tal-kombustjoni ma jistax ikun fil-kompartiment tal-passiġġieri. Madankollu, tista’ tintuża installazzjoni f’kompartiment issiġillat b’mod effettiv, konformi wkoll mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5.3.2.2. |
|
5.3.2.4. |
It-tikketta msemmija fl-Anness 7, il-paragrafu 4, jew kopja tagħha, trid tkun ippożizzjonata b’mod li tkun tista’ tinqara faċilment meta l-heater ikun installat fil-vettura. |
|
5.3.2.5. |
L-ippożizzjonar tal-heater għandu jsir b’kull prekawzjoni neċessarja biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ xi inċident jew ħsara lill-proprjetà personali. |
5.3.3. Il-provvista tal-fjuwil tal-Heaters tal-Kombustjoni
|
5.3.3.1. |
Il-kontenitur tal-fjuwil ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġieri u għandu jkun mgħammar b’għatu effettiv biex jipprevjeni t-tixrid tal-fjuwil. |
|
5.3.3.2. |
Fil-każ ta’ heaters bil-fjuwil likwidu, jekk tkun preżenti provvista separata minn dik tal-vettura, għandu jkun indikat b’mod ċar it-tip ta’ fjuwil u l-punt minn fejn ikun ittieħed. |
|
5.3.3.3. |
Mal-punt fejn jingħata l-fjuwil għandu jitwaħħal avviż li jindika li l-heater għandu jintefa qabel ma jerġa’ jingħata l-fjuwil. Barra minn hekk, fil-ktejjeb tat-tħaddim maħruġ mill-manifattur għandha tkun inkluża struzzjoni xierqa. |
5.3.4. Is-sistema tal-egżost tal-Heaters tal-Kombustjoni
|
5.3.4.1. |
L-iżbokk tal-egżost għandu jkun ippożizzjonat b’tali mod li l-emissjonijiet ma jitħallewx jidħlu fil-vettura mill-ventilaturi, mill-bokki tal-arja msaħħna jew mit-twieqi li jinfetħu. |
5.3.5. Bokka tad-dħul għall-arja tal-kombustjoni tal-Heaters tal-Kombustjoni
|
5.3.5.1. |
L-arja għall-kompartiment tal-kombustjoni tal-heater ma għandhiex tinġibed mill-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura. |
|
5.3.5.2. |
Il-bokka tad-dħul tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b’tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi mblukkata bl-iskart jew bil-bagalji. |
5.3.6. Bokka tad-dħul tal-arja tat-tisħin
|
5.3.6.1. |
Il-provvista tal-arja tat-tisħin tista’ tkun arja friska jew iċċirkolata mill-ġdid u trid tinġibed minn post nadif fejn ma teżistix il-probabbiltà li tkun ikkontaminata mid-dħaħen tal-egżost mill-magna tal-propulsjoni, mill-heater tal-kombustjoni jew minn xi sors ieħor tal-vettura. |
|
5.3.6.2. |
Il-kanal mnejn tidħol l-arja għandu jkun protett b’xibka jew b’mezz xieraq ieħor. |
5.3.7. Żbokk tal-ħruġ tal-arja tat-tisħin
|
5.3.7.1. |
Il-kanali użati biex titwassal l-arja sħuna fil-vettura għandhom ikunu pożizzjonati jew protetti b’mod li ma jkun hemm ebda riskju ta’ inċident jew ħsara kemm-il darba dawn jintmessu. |
|
5.3.7.2. |
L-iżbokk għall-ħruġ tal-arja għandu jkun pożizzjonat jew protett b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi mblukkat bl-iskart jew bil-bagalji. |
5.3.8. Kontroll awtomatiku tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni
|
5.3.8.1. |
Is-sistema tat-tisħin trid tkun waħda li tintefa awtomatikament u l-provvista tal-fjuwil trid titwaqqaf fi żmien ħames sekondi minn meta tieqaf taħdem il-magna tal-vettura. Jekk ikun diġà attivat apparat manwali, is-sistema tat-tisħin tista’ tibqa’ taħdem. |
6. PARTI II: APPROVAZZJONI TA’ SISTEMA TAT-TISĦIN FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA OPERAZZJONALI TAGĦHA
6.1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,
|
6.1.1. |
“Sistema tat-tisħi n” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat li huwa ddisinjat biex iżid it-temperatura ta’ ġewwa l-vettura, inkluża kwalunkwe żona tat-tagħbija. |
|
6.1.2. |
“Heater tal-kombustjon i” tfisser apparat li juża direttament fjuwil likwidu jew fil-forma ta’ gass u li ma jużax is-sħana rkuprata mill-magna li tintuża għall-propulsjoni tal-vettura. |
|
6.1.3. |
“Tip ta’ sistemi tat-tisħi n” tfisser apparati li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħal ma huma: |
|
— |
il-provvista tal-enerġija (eż. fjuwil likwidu jew elettriku), |
|
— |
il-mezz tat-trasferiment (eż. l-arja jew l-ilma), |
|
— |
il-post fil-vettura (eż. il-kompartiment tal-passiġġieri jew iż-żona tat-tagħbija). |
|
6.1.4. |
“Sistema tat-tisħin bl-użu tas-sħana rkuprat a” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat li juża s-sħana rkuprata mill-magna tal-propulsjoni tal-vettura biex iżid it-temperatura ġewwa l-vettura, u tista’ jinkludi l-ilma, ż-żejt jew l-arja bħala mezz tat-trasferiment. |
|
6.1.5. |
“Heater tal-elettrik u” tfisser apparat li juża l-enerġija elettrika minn sors abbord jew estern sabiex iżid it-temperatura ta’ ġewwa tal-vettura. Apparati elettriċi li jiġu installati flimkien mas-sistema tat-tisħin prinċipali u li l-funzjoni ewlenija tagħhom ma tkunx li jissaħħan il-ġewwieni tal-vettura ma jitqisux bħala heaters tal-elettriku skont dan ir-Regolament. Pereżempju, l-apparati elettriċi installati f’komponenti għall-iskop uniku li jsaħħnu dak il-komponent ma jitqisux bħala heaters tal-elettriku skont dan ir-Regolament. |
|
6.1.6. |
“Sistema tat-tisħin b’pompa tas-sħan a” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat tat-tisħin termodinamiku li juża l-enerġija rinnovabbli biex jiġbed il-kaloriji minn ambjent wieħed (arja jew ilma) u jittrasferihom lejn ambjent ieħor bil-għan li jżid it-temperatura ġewwa l-vettura. Sistemi tat-tisħin b’pompa tas-sħana li jiġu installati flimkien mas-sistema tat-tisħin prinċipali u li l-funzjoni ewlenija tagħhom ma tkunx li jsaħħnu l-ġewwieni tal-vettura ma jitqisux bħala sistemi tat-tisħin b’pompa tas-sħana skont dan ir-Regolament. |
6.2. Speċifikazzjonijiet: Ġenerali
Ir-rekwiżiti għal sistemi tat-tisħin huma li:
|
— |
l-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġieri ma tkunx aktar imniġġsa mill-arja fil-bokka tad-dħul fil-vettura, |
|
— |
is-sewwieq u l-passiġġieri, matul l-użu fit-triq, ma jkunux jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ partijiet tal-vettura jew mal-arja msaħħna li tista’ tikkawża xi ħruq, |
|
— |
l-emissjonijiet tal-egżost minn heaters tal-kombustjoni jkunu fil-limiti aċċettabbli. |
Il-proċeduri tat-test għall-verifika ta’ kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Annessi 4, 5 u 6.
|
6.2.1. |
It-tabella li ġejja tindika liema annessi japplikaw għal kull tip ta’ sistema tat-tisħin f’kull kategorija ta’ vettura: |
|
Sistema tat-tisħin |
Kategorija ta’ vettura |
Anness 4 Kwalità tal-arja |
Anness 5 Temperatura |
Anness 6 Egżost |
Anness 8 Sikurezza tal-LPG |
|
Sħana rkuprata mill-magna - ilma |
M |
|
|
|
|
|
N |
|
|
|
|
|
|
O |
|
|
|
|
|
|
Sħana rkuprata mill-magna - arja Ara n-Nota 1 |
M |
Iva |
Iva |
|
|
|
N |
Iva |
Iva |
|
|
|
|
O |
|
|
|
|
|
|
Sħana rkuprata mill-magna - żejt |
M |
Iva |
Iva |
|
|
|
N |
Iva |
Iva |
|
|
|
|
O |
|
|
|
|
|
|
Heater bil-fjuwil gassuż Ara n-Nota 2 |
M |
Iva |
Iva |
Iva |
Iva |
|
N |
Iva |
Iva |
Iva |
Iva |
|
|
O |
Iva |
Iva |
Iva |
Iva |
|
|
Heater bil-fjuwil likwidu Ara n-Nota 2 |
M |
Iva |
Iva |
Iva |
|
|
N |
Iva |
Iva |
Iva |
|
|
|
O |
Iva |
Iva |
Iva |
|
|
|
Heater tal-elettriku Ara n-Nota 2 |
M |
|
Iva |
|
|
|
N |
|
Iva |
|
|
|
|
O |
|
Iva |
|
|
|
|
Pompa tas-sħana |
M |
Iva |
Iva |
|
|
|
|
N |
Iva |
Iva |
|
|
|
|
O |
Iva |
Iva |
|
|
|
Nota 1: Sistemi tat-tisħin li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 3 huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tat-test. Nota 2: Heaters li jinsabu barra l-kompartiment tal-passiġġieri, u li jużaw l-ilma bħala l-mezz tat-trasferiment, jitqiesu li huma konformi mal-Annessi 4 u 5. |
|||||
6.3. Speċifikazzjonijiet: Heaters tal-kombustjoni
Rekwiżiti addizzjonali għall-heaters tal-kombustjoni huma stipulati fl-Anness 7.
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TA’ KOMPONENT
|
7.1. |
Kull modifika tat-tip approvat għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. L-Awtorità mbagħad tista’ jew: |
|
7.1.1. |
tqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura jew il-komponent xorta jikkonformaw mar-rekwiżiti; inkella |
|
7.1.2. |
teħtieġ rapport ieħor tat-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
|
7.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bi speċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. |
|
7.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2, skont il-każ, ta’ dan ir-Regolament. |
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:
|
8.1. |
Il-vetturi jew komponenti approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. hawn fuq. |
|
8.2. |
L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
9. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
9.1. |
L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata kemm-il darba ma jitħarsux ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta’ hawn fuq. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament. |
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. –
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3 -
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 1
PARTI 1
APPENDIĊI 1
MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI
(għal tip ta’ vettura skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin u ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha)
Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha jkollhom kontrolli elettroniċi trid tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
|
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: … |
|
0.4. |
Fejn tinsab dik il-marka: … |
|
0.5. |
Kategorija tal-vettura (1): … |
|
0.6. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
0.7. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
|
1.1. |
Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva: |
2. GRUPP MOTOPROPULSUR
|
2.1. |
Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: …
(hekk kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni) |
|
2.2. |
Il-prinċipju tat-tħaddim: tqabbid bi spark/tqabbid bil-kompressjoni, four stroke/two stroke (2) |
|
2.3. |
Għadd u tqassim taċ-ċilindri … |
|
2.4. |
Potenza netta massima: … kW f’ … min-1
(valur iddikjarat mill-manifattur) |
|
2.5. |
Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (2) |
|
2.6. |
Is-setting nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: … |
|
2.7. |
Turbo/Kompressur: Iva/Le (2) |
|
2.7.1. |
Tip(i) … |
|
2.7.2. |
Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-ċarġ: … kPa, wastegate, jekk applikabbli) |
3. IL-BODY
|
3.1. |
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin jekk is-sistema tat-tisħin tuża s-sħana tal-fluwidu tat-tkessiħ tal-magna … |
|
3.2. |
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tisħin jekk l-arja tat-tkessiħ jew il-gassijiet tal-egżost tal-magna jintużaw bħala sors tas-sħana, inkluż: … |
|
3.2.1. |
Tpinġija skematika tas-sistema tat-tisħin li turi l-pożizzjoni tagħha fil-vettura: … |
|
3.2.2. |
Tpinġija skematika tal-iskambjatur tas-sħana għas-sistemi tat-tisħin li jużaw il-gassijiet tal-egżost għas-sħana, jew tal-partijiet fejn l-iskambju tas-sħana jseħħ (għas-sistemi tas-sħana li jużaw l-arja tat-tkessiħ tal-magna għas-sħana): … |
|
3.2.3. |
Tpinġija sezzjonali tal-iskambjatur tas-sħana jew tal-partijiet, rispettivament, fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana, b’indikazzjoni tal-ħxuna tal-ħitan, il-materjali użati u l-karatteristiċi tal-wiċċ: … |
|
3.2.4. |
Għandhom jingħataw speċifikazzjonijiet għal komponenti importanti ulterjuri tas-sistema tat-tisħin bħal, pereżempju, il-fann tal-heater, fir-rigward tal-metodu ta’ kostruzzjoni tagħhom u data teknika: … |
|
3.3. |
Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni u tal-kontroll awtomatiku: … |
|
3.3.1. |
tpinġija skematika tal-heater tal-kombustjoni, tas-sistema tad-dħul tal-arja, is-sistema tal-egżost, it-tank tal-fjuwil, is-sistema ta’ provvista tal-fjuwil (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonijiet elettriċi b’mod li tidher il-pożizzjoni tagħhom fil-vettura. |
|
3.4. |
Konsum elettriku massimu: … kW |
APPENDIĊI 2
MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI
(għal tip ta’ sistema tat-tisħin skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha)
Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata l-informazzjoni li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.
1. ĠENERALI
|
1.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
1.2. |
It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
|
1.3. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
1.4. |
Fil-każ ta’ komponenti, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE: … |
|
1.5. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
2. HEATER TAL-KOMBUSTJONI (JEKK RILEVANTI)
|
2.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
2.2. |
It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
|
2.3. |
Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq is-sistema tat-tisħin: … |
|
2.4. |
Fejn tinsab dik il-marka: … |
|
2.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
2.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
|
2.7. |
Il-pressjoni tat-test (fil-każ ta’ heater tal-kombustjoni li jaħdem bi fjuwil fil-forma ta’ gass likwifikat miż-żejt jew simili, il-pressjoni applikata fil-konnettur tal-bokka tal-gass tal-heater): … |
|
2.8. |
Deskrizzjoni dettaljata, disinji ta’ kif inhi mqassma u deskrizzjoni tal-immuntar tal-heater tal-kombustjoni u l-komponenti tagħha kollha: … |
PARTI 2
APPENDIĊI 1
KOMUNIKAZZJONI
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
Maħruġa minn: |
Isem tal-amministrazzjoni: … … |
|
dwar: (4) |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni rrifjutata |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
mwaqqfa għal kollox skont ir-Regolament Nru 122
|
Nru tal-Approvazzjoni … |
Nru tal-Estensjoni … |
Raġuni għall-estensjoni: …
TAQSIMA I
ĠENERALI
|
1.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
1.2. |
Tip: … |
|
1.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (4) (5): … |
|
1.3.1. |
Fejn tinsab dik il-marka: … |
|
1.4. |
Kategorija tal-vettura (6): … |
|
1.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
1.6. |
Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE: … |
|
1.7. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
TAQSIMA II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika) |
|
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): … |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
9. |
L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. |
|
10. |
Il-vettura hija approvata skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9 (ADR): Iva/Le (4). |
APPENDIĊI 2
KOMUNIKAZZJONI
(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))
|
|
Maħruġa minn: |
Isem tal-amministrazzjoni: … … |
|
dwar: (8) |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni miċħuda |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
mwaqqfa għalkollox skont ir-Regolament Nru 122
|
Nru tal-Approvazzjoni … |
Nru tal-Estensjoni … |
Raġuni għall-estensjoni: …
TAQSIMA I
ĠENERALI
|
1.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
1.2. |
Tip: … |
|
1.3. |
L-identifikazzjoni tat-tip, jekk din hija mmarkata fuq l-apparat (9): … |
|
1.3.1. |
Fejn tinsab dik il-marka: … |
|
1.4. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
1.5. |
Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE: … |
|
1.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: … |
TAQSIMA II
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika) |
|
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …
… |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: … |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): … |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: … |
|
9. |
L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż. |
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(3) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/rrifjuta/rtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjoni tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(4) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(5) Jekk l-identifikazzjoni tat-tip ikun fiha karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponenti jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri jridu jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(6) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.
(7) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/rrifjuta/rtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjoni tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(8) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(9) Jekk l-identifikazzjoni tat-tip ikun fiha karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponenti jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri jridu jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ sistema tat-tisħin turi li t-tip ta’ komponent, fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ kostruzzjoni tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 122 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 002439. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 122 fil-forma oriġinali tiegħu.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernata, fir-rigward tas-sistema(i) tat-tisħin tagħha, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 122. In-numri 00 jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 122 fil-forma oriġinali tiegħu.
MUDELL D
(Ara l-paragrafu 4.6 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernata ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 122 u Nru 33 (*1). In-numri 00 jindikaw li, fid-dati ta’ meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, iż-żewġ Regolamenti kienu fil-forma oriġinali tagħhom.
(*1) Dan in-numru qed jingħata sempliċiment bħala eżempju.
ANNESS 3
REKWIŻITI GĦAS-SISTEMI TAT-TISĦIN LI JAĦDMU BIS-SĦANA MITLUFA - ARJA
1.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu ssodisfati fir-rigward ta’ sistemi tat-tisħin li jinkludu skambjatur tas-sħana li minn fuq iċ-ċirkwit ewlieni tiegħu jgħaddu gassijiet tal-egżost jew arja mniġġsa, u dan kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2.
il-ħitan taċ-ċirkwit ewlieni tal-iskambjatur tas-sħana ma jistgħu jippermettu tnixxija fl-ebda pressjoni minn 2 bar (inkluża) jew inqas;
3.
il-ħitan taċ-ċirkwit ewlieni tal-iskambjatur tas-sħana ma għandux jinkludi komponenti li jinqalgħu minn posthom;
4.
il-ħitan tal-iskambjatur tas-sħana fejn isir l-iskambju tas-sħana jridu jkunu ħoxnin mill-inqas 2 mm jekk magħmula minn azzar mhux illigat;
4.1.
fil-każijiet meta jintużaw materjali oħrajn (inklużi materjali komposti jew miksija), il-ħxuna tal-ħajt għandha tkun tali li taċċerta li l-iskambjatur tas-sħana jkollu l-istess tul ħajja operattiva bħal fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4;
4.2.
jekk il-ħitan tal-iskambjatur tas-sħana fejn isir l-iskambju tas-sħana jkunu żmaltati, il-ħajt fejn ikun ġie applikat l-iżmalt għandu jkollu ħxuna ta’ mhux inqas minn 1 mm u dan l-iżmalt għandu jkun durabbli, ma jippermettix tnixxijiet u ma jkunx poruż.
5.
it-tubu li jgħaddu minnu l-gassijiet tal-egżost għandu jinkludi żona tat-test għall-korrużjoni twila mill-inqas 30 mm, u din iż-żona tkun eżattament fin-naħa t’isfel tal-iskambjatur tas-sħana, ma tkunx mgħottija u tkun aċċessibbli malajr;
5.1.
il-ħitan ta’ din iż-żona tat-test tal-korrużjoni ma jistgħux ikunu eħxen mill-pajpijiet għall-gassijiet tal-egżost fl-iskambjatur tas-sħana u l-materjali u l-proprjetajiet tas-superfiċe ta’ din is-sezzjoni għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk ta’ dawn it-tubi;
5.2.
jekk l-iskambjatur tas-sħana jifforma unità waħda mas-silencer tal-egżost tal-vettura, il-ħajt ta’ barra ta’ dan tal-aħħar għandu jitqies bħala ż-żona konformi mal-punt 5.1 fejn tista’ sseħħ il-korrużjoni.
6.
Fil-każ ta’ sistemi tat-tisħin bis-sħana rkuprata li jużaw l-arja li tkessaħ il-magna għal finijiet ta’ tisħin, il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu ssodisfati mingħajr l-użu ta’ skambjatur tas-sħana, u dan kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
6.1.
l-arja li tkessaħ li tintuża biex issaħħan tiġi f’kuntatt biss mal-uċuħ tal-magna li ma jinkludux partijiet li jinqalgħu, u
6.2.
il-konnessjonijiet bejn il-ħitan ta’ dan iċ-ċirkwit tal-arja li tkessaħ u s-superfiċi li jintużaw għat-trasferiment tas-sħana ma jkunux jippermettu l-ħruġ tal-gass u jkunu reżistenti għaż-żejt.Dawn il-kundizzjonijiet jitqiesu ssodisfati jekk, pereżempju:
|
— |
madwar kull spark plug ikun hemm ilqugħ li jiġbed kwalunkwe tnixxija ta’ gass ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin; |
|
— |
il-gasket bejn is-cylinder head u l-manifold tal-egżost ikun jinsab ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin; |
|
— |
ikun hemm protezzjoni doppja kontra t-tnixxijiet bejn is-cylinder head u ċ-ċilindru u kwalunkwe tnixxijiet mill-ewwel gasket jinġibdu ’l barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin, jew il-protezzjoni mit-tnixxijiet bejn is-cylinder head u ċ-ċilindru xorta tibqa’ effettiva meta l-iskorfini tas-cylinder head jiġu ssikkati fil-kiesaħ b’terz tat-torque nominali preskritt mill-manifattur, jew |
|
— |
iż-żona fejn is-cylinder head tingħaqad maċ-ċilindru tinsab ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin. |
ANNESS 4
PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA
1.
Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, għandu jitwettaq it-test li ġej:
1.1.
Ħaddem il-heater għal siegħa fuq l-output massimu f’kundizzjonijiet ta’ arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin u, fil-każ ta’ heater tal-kombustjoni, bil-magna tal-propulsjoni mitfija. Jekk, madankollu, meta jkun intgħażel l-output massimu, il-heater jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa.
1.2.
Il-proporzjon ta’ CO fl-arja ambjentali għandu jitkejjel billi jittieħdu kampjuni minn:
1.2.1.
punt barra l-vettura viċin kemm jista’ jkun għall-bokka tad-dħul tal-arja tat-tisħin, u
1.2.2.
punt ġewwa l-vettura inqas minn 1 m mill-iżbokk tal-ħruġ tal-arja msaħħna.
1.3.
Għandu jittieħed qari għal ħin rappreżentattiv ta’ 10 minuti.
1.4.
Il-qari mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.2 għandu jkun inqas minn 20 ppm CO ogħla mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.1.
2.
Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ heaters bħala komponenti, it-test li ġej għandu jsir wara t-testijiet tal-Annessi 5, 6 u l-paragrafu 1.3 tal-Anness 7.
2.1.
Iċ-ċirkwit primarju tal-iskambjatur tas-sħana għandu jkun suġġett għal test tat-tnixxija biex jiġi aċċertat li l-arja mniġġsa ma titħallatx mal-arja msaħħna maħsuba għall-kompartiment tal-passiġġieri.
2.2.
Dan ir-rekwiżit għandu jitqies issodisfat jekk, fi pressjoni mkejla ta’ 0,5 hPa, ir-rata tat-tnixxija mill-iskambjatur tas-sħana tkun 30 dm3/h, jew inqas.
ANNESS 5
PROĊEDURA TAT-TEST GĦAT-TEMPERATURA
1.
Ħaddem il-heater għal siegħa fuq output massimu f’kundizzjonijiet ta’ arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin. Jekk, madankollu, meta jkun intgħażel l-output massimu, il-heater jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, jista’ jsir il-kejl aktar kmieni. Jekk l-arja msaħħna tinġibed minn barra l-vettura, it-test għandu jsir f’temperatura ambjentali ta’ mhux inqas minn 15 °C.
2.
It-temperatura tal-wiċċ ta’ kull parti tas-sistema tat-tisħin li x’aktarx tiġi f’kuntatt mas-sewwieq tal-vettura waqt l-użu normali fit-triq għandha titkejjel b’termometru tal-kuntatt. L-ebda parti jew partijiet minn dawn ma għandhom jaqbżu t-temperatura ta’ 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.
2.1.
Fil-każ li parti jew partijiet tas-sistema tat-tisħin wara s-sit tas-sewwieq, u fil-każ ta’ tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.
2.2.
Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M1 u N, l-ebda parti mis-sistema li x’aktarx tiġi f’kuntatt ma’ passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq, bl-eċċezzjoni l-grilja tal-iżbokk tal-ħruġ, ma għandha taqbeż it-temperatura ta’ 110 °C.
2.3.
Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-ebda parti mis-sistema li x’aktarx tiġi f’kuntatt ma’ passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq ma għandha taqbeż it-temperatura ta’ 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.
3.
Fil-każ li jkun hemm partijiet tas-sistema tat-tisħin esposti barra mill-kompartiment tal-passiġġieri, u fil-każ ta’ tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.It-temperatura tal-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż il-150 °C, imkejla fiċ-ċentru tal-iżbokk.
ANNESS 6
PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-EMISSJONI TAL-EGŻOST MILL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI
1.
Ħaddem il-heater għal siegħa fuq output massimu f’kondizzjonijiet tal-arja wieqfa (veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), u temperatura ambjentali ta’ 20 ± 10 °C. Madankollu, jekk meta jintgħażel l-output massimu, il-heater jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jseħħ qabel ma jintefa.
2.
L-emissjonijiet xotti u mhux dilwiti tal-egżost, imkejla bl-użu ta’ apparat xieraq, ma għandhomx jaqbżu l-valuri indikati fit-tabella li ġejja:|
Parametru |
Heaters li jużaw fjuwils gassużi |
Heaters li jużaw fjuwil likwidu |
|
CO |
0,1 % vol. |
0,1 % vol. |
|
NOx |
200 ppm |
200 ppm |
|
HC |
100 ppm |
100 ppm |
|
Unità ta’ referenza “Bacharach” (1) |
1 |
4 |
3.
It-test għandu jkun ripetut f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal veloċità tal-vettura ta’ 100 km/h (jew il-veloċità massima tal-vettura f’każijiet fejn il-veloċità massima hija inqas minn 100 km/h). F’dawn il-kondizzjonijiet il-valur tal-CO m’għandux jeċċedi 0,2 % vol. Jekk it-test ikun twettaq fuq il-heater bħala komponent, m’għandux għalfejn jittenna fil-każ ta’ tip ta’ vettura li fih jkun ġie installat il-heater.
(1) Tintuża l-unità ta’ referenza “Bacharach” ASTM D 2156.
ANNESS 7
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI
1.
L-istruzzjonijiet dwar l-operat u l-manutenzjoni għandhom ikunu fornuti ma’ kull heater u, fil-każ ta’ heaters maħsuba għall-after-market, għandhom jiġu pprovduti wkoll struzzjonijiet għall-istallazzjoni.
2.
Għandu jkun installat (jew bħala parti mill-heater tal-kombustjoni jew bħala parti mill-vettura) tagħmir tas-sikurezza biex jikkontrolla l-operat ta’ kull heater tal-kombustjoni f’emerġenza. Dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jekk ma tinkiseb l-ebda fjamma meta titqabbad il-magna, jew inkella l-fjamma tintefa waqt it-tħaddim, il-ħin tal-ignition u tal-bidu tal-provvista tal-fjuwil ma jaqbiżx l-erba’ minuti f’każ ta’ heaters li jaħdmu bil-fjuwil likwidu jew, fil-każ ta’ heaters li jaħdmu bil-fjuwil gassuż, ma jaqbiżx il-minuta jekk l-apparat li jissorvelja l-fjamma huwa termoelettriku, jew 10 sekondi jekk huwa awtomatiku.
3.
Il-kompartiment ta’ kombustjoni u l-iskambjatur tas-sħana ta’ heaters li jużaw l-ilma bħala mezz tat-trasferiment għandhom ikunu kapaċi li jifilħu pressjoni darbtejn ogħla mill-pressjoni normali tat-tħaddim jew 2 bar (gauge), skont liema tkun l-ogħla. Il-pressjoni tat-test għandha tkun annotata fid-dokument ta’ informazzjoni.
4.
Il-heater għandu jkollu tikketta tal-manifattur li turi l-isem tal-manifattur, in-numru tal-mudell u t-tip flimkien mal-produzzjoni nominali tiegħu f’kilowatts. It-tip tal-fjuwil għandu jidher ukoll u, meta rilevanti, il-vultaġġ tat-tħaddim u l-pressjoni tal-gass.
5.
Tifi mdewwem tal-fannijiet tal-arja tal-kombustjoni.
5.1.
Jekk ikun ġie installat fann tal-arja tal-kombustjoni, irid jiġi pprovdut tifi mdewwem fil-każ ta’ tisħin żejjed u f’każ ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-fjuwil.
5.2.
Miżuri oħrajn biex jipprevjenu d-danni minħabba d-deflagrazzjoni u l-korrużjoni mill-egżost jistgħu jiġu applikati jekk il-manifattur iforni provi għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-effetti ekwivalenti tagħhom.
6.
Rekwiżiti għall-provvista tal-elettriku
6.1.
Ir-rekwiżiti tekniċi kollha affettwati mill-vultaġġ għandhom ikunu fl-iskala tal-vultaġġ ta’ ±16 % taċ-ċifra nominali. Madankollu, jekk tkun ipprovduta protezzjoni għall-vultaġġ baxx u/jew għall-vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għandhom jintlaħqu f’vultaġġ nominali u fil-viċinanza immedjata tal-punti tal-għeluq.
7.
Dawl tat-twissija
7.1.
Indikatur operatorju ottiku li jidher ċar fil-kamp viżiv tal-operatur għandu jinforma meta l-heater tal-kombustjoni jinxtegħel jew jintefa
ANNESS 8
REKWIŻITI TA’ SIKUREZZA GĦALL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI BL-LPG U SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG
1. SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU FIT-TRIQ FIL-VETTURI MOTORIZZATI U T-TREJLERS TAGĦHOM
|
1.1. |
Jekk sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura motorizzata jew trejler tista’ tintuża wkoll meta l-vettura tkun qed timxi, il-heater tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ alimentazzjoni tiegħu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin: |
|
1.1.1. |
Il-heater tal-kombustjoni bl-LPG għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 624:2011 (Speċifikazzjonijiet għal apparati bl-LPG partikulari. Tagħmir ta’ tisħin b’ċirkwit magħluq li jaħdem bl-LPG għall-istallazzjoni fil-vetturi u d-dgħajjes). |
|
1.1.2. |
F’każijiet ta’ kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti, il-komponenti kollha tas-sistema li huma f’kuntatt mal-LPG fil-fażi likwida (il-komponenti kollha mill-unità tal-mili għal vaporizzatur/ir-regolatur tal-pressjoni) u l-istallazzjoni tal-fażi likwida assoċjata għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 67, il-Partijiet I u II u mill-Annessi minn 3 sa 10, 13 u minn 15 sa 17. Madankollu, l-installazzjoni ta’ kontenitur tal-LPG f’vetturi tal-kategorija O għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tal-istandard armonizzat EN 1949:2011. |
|
1.1.3. |
L-installazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin tal-LPG f’vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 1949: 20111. (Speċifikazzjonijiet għall-installazzjoni ta’ sistemi bl-LPG għall-finijiet ta’ abitazzjoni f’vetturi b’akkomodazzjoni bi skop ta’ divertiment u f’vetturi oħra tat-triq). |
|
1.1.4. |
Is-sistema tal-provvista tal-LPG għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-LPG ikun fornut bil-pressjoni meħtieġa u fil-fażi korretta għall-heater tal-kombustjoni bl-LPG li jkun installat. Huwa awtorizzat li l-LPG jitneħħa mill-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti, u dan kemm fil-fażi gassuża kif ukoll f’dik likwida. M’għandu jkun hemm l-ebda konnessjoni bejn l-istallazzjoni tal-gass bejn il-vettura motorizzata u t-trejler |
|
1.1.5. |
L-iżbokk tal-ħruġ tal-likwidu tal-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti biex iforni l-LPG lill-heater għandu jkun mgħammar b’valv tas-servizz ikkontrollat mill-bogħod li jkollu valv għall-fluss eċċessiv kif mitlub mill-paragrafu 17.6.1.1 tar-Regolament Nru 67. Il-valv tas-servizz ikkontrollat mill-bogħod b’valv għall-fluss eċċessiv għandu jkun ikkontrollat b’mod li jingħalaq awtomatikament fi żmien ħames minuti minn meta tieqaf il-magna tal-vettura, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ tal-ignition. Jekk fi żmien dawn il-ħames sekondi jkun attivat is-swiċċ “on” tal-heater jew tas-sistema tal-forniment tal-LPG, is-sistema tat-tisħin tista’ tibqa’ għaddejja. It-tisħin dejjem jista’ jerġa’ jitqabbad. Dan il-paragrafu ma japplikax għat-trejlers. It-trejlers għandu jkollhom tikketta viċin il-punt tal-mili, li tiddikjara li l-heater irid jintefa waqt li jkun qiegħed jimtela l-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti. |
|
1.1.6. |
Jekk l-LPG ikun fornut fil-fażi gassuża mill-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti jew miċ-ċilindru/i portabbli tal-LPG separat, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li: |
|
1.1.6.1. |
L-ebda LPG likwidu ma jista’ jidħol fir-regolatur tal-pressjoni jew fil-heater tal-kombustjoni tal-LPG. Ikun jista’ jintuża separatur, u |
|
1.1.6.2. |
Ma jista’ jkun hemm l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat kawża ta’ skonnettjar aċċidentali. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jwaqqfu l-fluss tal-LPG permezz tal-istallazzjoni ta’ apparat eżatt wara, f’ċilindru jew f’regolatur immuntat fuq il-kontenitur. Jekk ir-regolatur jintrama ’l bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur, għandu jiġi installat apparat eżatt quddiem it-tubu jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur (protezzjoni mill-pressjoni għolja) u għandu jiġi installat apparat addizzjonali ġewwa jew wara r-regolatur, jekk meħtieġ, biex tiġi protetta l-parti tal-istallazzjoni bi pressjoni baxxa (protezzjoni tal-pressjoni baxxa). |
|
1.1.7. |
Jekk l-LPG jiġi pprovdut fil-fażi likwida, l-unità tal-vaporizzatur u tar-regolatur tal-pressjoni għandha tissaħħan kif suppost permezz ta’ sors ta’ sħana adegwat. |
|
1.1.8. |
Fil-vetturi motorizzati li jużaw l-LPG fis-sistemi tal-propulsjoni tagħhom, il-heater tal-kombustjoni bl-LPG jista’ jiġi mqabbad mal-istess kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti li jforni l-LPG lill-magna, u dan kemm-il darba jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sikurezza tas-sistema tal- propulsjoni. Jekk jintuża kontenitur tal-LPG separat għat-tisħin, dan il-kontenitur għandu jkun mgħammar bl-unità tal-mili tiegħu stess. |
2. SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI MOTORIZZATI U T-TREJLERS TAGĦHOM
|
2.1. |
Il-heater tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ alimentazzjoni tiegħu ta’ sistema tat-tisħin bl-LPG maħsuba biex tintuża biss meta l-vettura ma tkunx miexja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin. |
|
2.1.1. |
Għandhom jitwaħħlu tikketti permanenti fuq il-kompartiment fejn ikunu maħżuna ċ-ċilindri portabbli tal-LPG u viċin ħafna tal-apparat li jikkontrolla s-sistema tat-tisħin. Dawn għandhom jagħtu struzzjonijiet li meta l-vettura tkun miexja, il-heater tal-LPG ma għandux jitħaddem u l-valv taċ-ċilindru portabbli tal-LPG għandu jingħalaq. |
|
2.1.2. |
Il-heater tal-kombustjoni bl-LPG għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.1 hawn fuq. |
|
2.1.3. |
L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin bl-LPG għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.3 hawn fuq. |
ANNESS 9
DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI VETTURI KIF SPEĊIFIKAT FL-ADR
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan l-anness japplika għal ċerti vetturi li l-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-Tagħbija Internazzjonali tal-Oġġetti Perikolużi fuq it-Triq (ADR) jinkludi rekwiżiti speċifiċi għalihom fir-rigward ta’ heaters tal-kombustjoni u l-istallazzjoni tagħhom.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL, OX u MEMU huma kif definiti fil-Kapitolu 9.1 tal-ADR.
Vetturi approvati bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi EX/III skont dan l-Anness għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi MEMU.
3. DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI
3.1. Ġenerali (il-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL OX u MEMU)
|
3.1.1. (1) |
Il-heaters tal-kombustjoni u l-mogħdija tal-gass tal-egżost għandhom jiġu ddisinjati, pożizzjonati, protetti u koperti b’tali mod li jilqgħu kontra kull riskju inaċċettabbli ta’ tisħin jew ta’ qbid tan-nar tat-tagħbija. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk it-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-egżost tal-apparat jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3.1.2. |
Il-heater tal-kombustjoni għandu jinxtegħel manwalment. Il-mezzi ta’ pprogrammar għandhom ikunu pprojbiti. |
3.2. Vetturi EX/II, EX/III u MEMU
Heaters tal-kombustjoni li jużaw fjuwils gassużi mhumiex awtorizzati.
3.3. Vetturi FL
|
3.3.1. |
Il-heaters tal-kombustjoni għandhom jitwaqqfu milli joperaw tal-anqas b’dawn il-metodi:
|
|
3.3.2. |
L-after running huwa awtorizzat wara li l-heaters tal-kombustjoni jkunu twaqqfu mill-operat tagħhom. Għall-metodi tal-paragrafu 3.3.1. (b) u (c) il-provvista tal-arja tal-kombustjoni għandha tiġi interrotta b’miżuri addattati wara ċiklu ta’ tħaddim ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss dawk il-heaters li tkun ingħatatilhom prova li l-iskambjatur tas-sħana huwa reżistenti għaċ-ċiklu tal-after-running imnaqqas ta’ 40 sekonda għall-ħin tal-użu normali tagħhom. |
(1) Il-konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.