7.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10006 - Covestro/Koninklijke DSM)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 5/18)

1.   

Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Covestro AG (“Covestro”, il-Ġermanja),

—

In-negozji ta-Reżini u Materjali Funzjonali (“il-Kumpanija fil-Mira”) ta’ Koninklijke DSM N.V (“DSM”, in-Netherlands).

Harris takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ ta’ L3.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Covestro AG jiffoka fuq il-provvista ta’ polimeri bi prestazzjoni għolja u komponenti għal tali polimeri. Covestro AG tħaddem tliet segmenti: Polyurethanes (PUR), Polycarbonates (PCS), u Coatings, Adhesives, Specialties (CAS).

—

Il-Kumpanija fil-Mira hija primarjament attiva fil-provvista ta’ reżini għall-użu fil-kisi u l-provvista ta’ kisjiet tal-fibra tal-ħġieġ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10006 - Covestro/Koninklijke DSM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).