SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
13 ta’ Novembru 2014 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Regolament (KE) Nru 2073/2005 — Anness I — Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel — Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi kkonstatat fl-istadju tad-distribuzzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut — Konformità mad-dritt tal-Unjoni — Natura effettiva, dissważiva u proporzjonata tas-sanzjoni”
Fil-Kawża C‑443/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Awwissu 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Awwissu 2013, fil-proċedura
Ute Reindl, rappreżentanta kriminalment responsabbli għal MPREIS Warenvertriebs GmbH,
vs
Bezirkshauptmannschaft Innsbruck,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-19 ta’ Ġunju 2014,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal U. Reindl, minn M. Waldmüller u M. Baldauf, Rechtsanwälte, |
|
— |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vitáková, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u C. Candat, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Bianchi u G. von Rintelen, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005, tal-15 ta’ Novembru 2005, dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011, tas-27 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 281, p. 7, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 2073/2005”), moqri flimkien mar-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-imsemmi regolament. |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn U. Reindl u l-Bezirkshauptmannschaft Innsbruck (Awtorità Amministrattiva tal-Ewwel Istanza ta’ Innsbruck) (l-Awstrija) dwar multa imposta fuq U. Reindl minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-valur limitu ta’ Salmonella typhimurium imsemmi fil-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002
|
3 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463), intitolat “Skop u definizzjonijiet”, jipprovdi: “Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi għall-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-interessi tal-konsumatur li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel, waqt li jingħata kont b’mod partikolari tad-diversità fil-provvista ta’ l-ikel inklużi prodotti tradizzjonali, waqt li jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tas-suq intern. Jistabbilixxi prinċipji komuni u responsabbiltajiet, il-mezzi ta’ provvista ta’ bażi xjentifika soda, arranġamenti effiċjenti ta’ organizzazzjoni u proċeduri biex isostni it-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel u l-għalf. [...]” |
|
4 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat “Tifsiriet oħra”, jipprovdi: “Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament: [...]
[...]
[...]” |
|
5 |
L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 178/2002, intitolat “Ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel”, jipprovdi: “1. L-ikel m’għandux jitqiegħed fuq is-suq jekk ma jkunx tajjeb. 2. L-ikel għandu jitqies li ma jkunx tajjeb jekk ikun meqjus li:
[...] 5. Biex jiġi stabbilit jekk l-ikel ikunx tajjeb għall-konsum uman, għandu jingħata kont ta’ jekk l-ikel ikunx aċċettabbli jew le għall-konsum uman skond l-użu maħsub tiegħu, minħabba raġunijiet ta’ kontaminazzjoni, sew b’materjal estraneju jew mod ieħor, jew minħabba putrifikazzjoni, deterjorament jew tħassir. [...]” |
|
6 |
L-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “1. L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel [fis-settur tal-ikel] u l-għalf f’kull stadju tal-produzzjoni, ipproċessar, u tqassim [distribuzzjoni] fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawk il-ħtiġijiet jitħarsu. 2. [...] L-Istati Membri għandhom ukoll iniżżlu r-regoli dwar il-miżuri u penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf. Il-miżuri u l-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.” |
Ir-Regolament Nru 2160/2003
|
7 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2160/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol.41, p. 328), kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011 (iktar’il quddiem ir-“Regolament Nru 2160/2003”), intitolat “Suġġett u skop”, jipprovdi: “1. Ir-raġuni ta’ dan ir-Regolament huwa biex tiżgura li l-miżuri effettivi huma meħudin biex jicċekkjaw u jikkontrollaw is-salmonella u aġenti zonotiċi oħra f’kull stadju relevanti tal-produzzjoni, proċess u distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ prodotti primarji, li jinkludi għalf, biex jiġi mnaqqas l-importanza tagħhom u r-riskju li jsostnu għall-pubbliku. 2. Dan ir-Regolament jikkonsidra:
|
|
8 |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2160/2003, il-programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom jimplementaw ir-rekwiżiti u r-regoli minimi ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-regolament. L-imsemmi anness, intitolat “Il-kontroll taz-zoonosijiet u l-aġenti zoonotiċi elenkati fl-Anness”, jinkludi Parti E dwar ir-rekwiżitii speċifiċi li jirrigwardaw il-laħam frisk, li fil-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi li: “Mill-1 ta’ Diċembru 2011, il-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku relevanti stipulat fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005.” |
|
9 |
Fl-Anness I tar-Regolament Nru 2160/2003, jissemmew diversi speċi ta’ tjur, fosthom id-dundjani. |
Ir-Regolament Nru 2073/2005
|
10 |
Il-premessi 1 sa 3 tar-Regolament huma fformulati kif ġej:
|
|
11 |
L-Artikolu 1 ta’ din ir-regolament, intitolat “Għan u kamp ta’ applikazzjoni”, jipprovdi: “Dan ir-regolament jistipula kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni l-operaturi fis-settur tal-ikel għandhom josservaw meta jimplementaw il-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
12 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, intitolat, “Definizzjonijiet jipprovdi:
[...]
[...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
13 |
L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2073/2005, intitolat “Rekwiżiti ġenerali”, jipprovdi: “1. L-operaturi fis-settur tal-ikel għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-ikel ikunu konformi mal-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stabbiliti fl-Anness I. Għal dan il-għan, l-operaturi fis-settur tal-ikel għandhom jadottaw miżuri, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel, inkluż il-bejgħ bl-imnut, fil-kuntest tal-proċeduri tagħhom ibbażati fuq il-prinċipji HACCP [‘hazard analysis and critical control point’] kif ukoll tal-prattiki korretti ta’ iġjene tagħhom, sabiex
2. Skont il-każ, l-operaturi fis-settur tal-ikel responsabbli għall-fabbrikazzjoni tal-prodott iwettqu studji skont l-Anness II sabiex jiġi eżaminat jekk il-kriterji humiex osservati matul il-perijodu kollu ta’ żmien ta’ skadenza.[...] [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
14 |
L-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005, jinkludi Kapitolu I, intitolat “Kriterji ta’ sigurtà tal-prodotti tal-ikel”, li jipprovdi fir-Ringiela 1.28: |
| “1.28 Laħam Frisk tat-tajr (20) |
Salmonella typhimurium (21) Salmonella enteritidis |
5 |
0 |
Assenti (f’25 g |
EN/ISO 6579 (riċerka) — Skema ta’ White- Kaufmann-Le Minor (serotipjati ) |
Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perijodu ta’ żmien ta’ skadenza tagħhom |
|
(20) Dan il-kriterju għandu japplika għal-laħam frisk minn qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, kappuċċelli u qatgħat tat-tgħammir u għat-tismin ta’ dundjani. (21) Fir-rigward tal-varjetajiet monofażiċi tas-Salmonella typhimurium, dawk bil-formula antiġenika 1,4, [5],12:i:- biss huma inklużi.” |
||||||
Id-dritt Awstrijak
|
15 |
L-Artikolu 5(1) u (5) tal-Liġi Federali dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà u rekwiżiti oħrajn fil-qasam ta’ prodotti tal-ikel, ta’ oġġetti ta’ konsum u ta’ prodotti kosmetiċi bil-għan li jiġu protetti l-konsumaturi (Bundesgesetz über Sicherheitsanforderungen und weitere Anforderungen an Lebensmittel, Gebrauchsgegenstände und kosmetische Mittel zum Schutz der Verbraucherinnen und Verbraucher) (BGBI. I, 13/2006, fil-verżjoni BGBI. I, 80/2013, iktar ’il quddiem il-“LMSVG”) jipprovdi: “1. Huwa pprojbit li jiġu kkummerċjalizzati prodotti tal-ikel
[...] 5. Il-prodotti tal-ikel huma:
[...]” |
|
16 |
L-Artikolu 90(1) tal-LMSVG jipprovdi: “Min iqiegħed fis-suq 1. prodotti tal-ikel li ma jkunux tajbin għall-konsum uman [...] iwettaq [...] ksur amministrattiv issanzjonat mill-Awtorità Amministrattiva Distrettwali [Bezirksverwaltungsbehörde] b’multa sa EUR 20 000, li tista’ tiżdied sa EUR 40 000 f’każ ta’ reċidività, u b’sostituzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija sa 6 ġimgħat f’każ ta’ nuqqas ta’ rkupru. [...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
17 |
U. Reindl tiġġestixxi fergħa ta’ MPREIS Warenvertriebs GmbH (iktar ’il quddiem “MPREIS”), kumpannija attiva fil-kummerċ bl-imnut tal-ikel. Għalhekk, hija responsabbli mill-osservanza, min-naħa tal-imsemmija fergħa, tar-regoli kollha li japplikaw għaliha fis-settur tal-ikel. |
|
18 |
Fid-29 ta’ Marzu 2012, organu responsabbli mill-kontroll tal-prodotti tal-ikel ħa, matul kontroll operattiv imwettaq fl-imsemmija fergħa, kampjun ta’ sidra ta’ dundjan frisk ippakkjat bil-vakum, prodott u ppakkjat minn impriża terza. MPREIS kienet involuta biss, għal dak li jikkonċerna dan il-kampjun, fl-istadju tad-distribuzzjoni. |
|
19 |
L-imsemmi kampjun ġie eżaminat mill-perspettiva mikrobijoloġika mill-Aġenzija Awstrijaka għas-Sigurtà tal-Ikel ta’ Innsbruck. Fil-perizja tagħha, din l-aġenzija waslet għall-konklużjoni li fil-kampjun kienet osservata kontaminazzjoni mis-Salmonella Typhimurium u li, konsegwentement, il-kampjun kien kemm “mhux tajjeb għall-konsum uman” fis-sens tal-Artikolu 5(5)(2) tal-LMSVG kif ukoll perikoluż fis-sens tal-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament Nru 178/2002. Il-kriterju ta’ sigurtà tal-ikel applikat minn din l-aġenzija fil-perizja tagħha kien dak iffissat fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. |
|
20 |
Fuq il-bażi ta’ din il-perizja, il-Bezirkshauptmannschaft Innsbruck bdiet proċeduri kriminali kontra U. Reindl għal nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 5(5)(2) tal-LMSVG. Il-Bezirkshauptmannschaft Innsbruck stabbiliet kondotta ħażina min-naħa ta’ U. Reindl għal nuqqas ta’ osservanza tal-valur limitu li jikkonċerna s-Salmonella Typhimurium li jirriżulta mir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005, u imponitielha multa skont l-Artikolu 90(1)(1) tal-LMSVG. |
|
21 |
Adita b’appell mid-deċiżjoni tal-Bezirkshauptmannschaft Innsbruck ippreżentat minn U. Reindl, l-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol tistaqsi fuq il-portata, fir-rigward tas-sistema tar-Regolament Nru 2073/2005, tar-responsabbiltà tal-operaturi fis-settur tal-ikel li jeżerċitaw attivitajiet biss fl-istadju tad-distribuzzjoni. |
|
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
23 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament Nru 2160/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ bl-imnut. |
|
24 |
Skont il-punt 1 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament Nru 2160/2003, għandu jitfakkar li mill-1 ta’ Diċembru 2011, il-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku applikabbli stabbilit fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. |
|
25 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 tipprovdi espressament li dan il-kriterju japplika għall-“prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perijodu ta’ żmien ta’ skadenza tagħhom”. |
|
26 |
Il-kunċetti ta’ “tqegħid fis-suq” u ta’ “perijodu ta’ żmien ta’ skadenza” huma ddefiniti bir-Regolamenti Nru 178/2002 u Nru 2073/2005, rispettivament. Għalhekk, l-Artikolu 3(8) tar-Regolament Nru 178/2002 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” bħala ż-żamma ta’ prodotti tal-ikel jew ta’ għalf għall-annimali għall-għanijiet tal-bejgħ tagħhom, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew xi forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, kif ukoll il-bejgħ, id-distribuzzjoni jew xi forma oħra tat-trasferiment innifsu. L-Artikolu 2(f) tar-Regolament Nru 2073/2005 jiddefinixxi, min-naħa tiegħu, il-kuntest ta’ “perijodu ta’ żmien ta’ skadenza” bħala l-perijodu qabel id-data limitu ta’ konsum tal-prodott jew id-data minima li jinżamm prodott, kif iddefiniti fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2000/13/KE. |
|
27 |
Mill-qari ta’ dawn id-definizzjonijiet jirriżulta li l-kunċett ta’ “prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perijodu ta’ żmien ta’ skadenza tagħhom” jirreferi għal prodotti tal-ikel bħall-prodotti ta’ laħam frisk tat-tjur inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jinżammu bi skop tal-bejgħ tagħhom, tad-distribuzzjoni tagħhom jew il-forom oħra tat-trasferiment matul perijodu qabel id-data limitu ta’ konsum tagħhom jew id-data minima li jinżamm prodott. |
|
28 |
Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ obbligu li l-laħam frisk tat-tjur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku ddefinit fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ bil-imnut, wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, jiġifieri l-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, li tirreferi għalih il-premessa 1 tar-Regolament Nru 2073/2005, ikun ippreġudikat peress li prodotti tal-ikel li jinkludu mikroorganiżmi fi kwantitajiet li jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jitqiegħdu fis-suq. |
|
29 |
Minn dan isegwi li kemm mill-kliem tar-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 kif ukoll mill-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel jirriżulta li l-kriterju mikrobijoloġiku japplika għal prodott ta’ laħam frisk tat-tjur, bħall-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-istadju tad-distribuzzjoni tiegħu. |
|
30 |
Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 1 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament Nru 2160/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ tal-imnut. |
Fuq it-tieni u t-tielet domandi
|
31 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ir-Regolamenti Nri 178/2002 u 2073/2005, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li l-attivitajiet tiegħu huma biss fl-istadju tad-distribuzzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-ikel minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. |
|
32 |
Għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2073/2005 jispeċifika li l-operaturi fis-settur tal-ikel għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-ikel josservaw il-kriterji mikrobijoliġiċi ffissati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ bl-imnut. |
|
33 |
Madankollu, jekk ir-Regolament Nru 2073/2005 jiffissa l-kriterji mikrobijoloġiċi li l-prodotti tal-ikel għandhom osservaw fl-istadji kollha tal-katina tal-ikel, dan ir-regolament ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar ir-reġim ta’ responsabbiltà tal-operaturi fis-settur tal-ikel. |
|
34 |
F’dan ir-rigward, għandu jsir riferiment għar-Regolament Nru 178/2002. L-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-operaturi fis-settur tal-ikel għandhom jiżguraw, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tad-distribuzzjoni fl-impriżi kkontrollati minnhom, li l-prodotti tal-ikel jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-leġiżlazzjoni dwar l-liġi applikabbli għall-attivitajiet tagħhom. |
|
35 |
Rigward l-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 178/2002, huwa jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tal-liġi dwar il-prodotti tal-ikel u li dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
36 |
Minn dan isegwi li d-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, ir-Regolamenti Nri 178/2002 u 2073/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li l-attivitajiet tiegħu huma biss fl-istadju tad-distribuzzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-ikel minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. |
|
37 |
Madankollu, meta jiffissaw ir-regoli li jirrigwardaw is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmi kriterju mikrobijoloġiku, l-Istati Membru għandhom l-obbligu li josservaw il-kundizzjonijiet u l-limiti imposti mid-dritt tal-Unjoni, bħal dik ipprovduta, f’dan il-każ, permezz tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 178/2002 li jeħtieġ li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
38 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, filwaqt li jżommu l-għażla tas-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw b’mod partikolari li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni jiġi ssanzjonat taħt kundizzjonijiet kemm sostantivi kif ukoll proċedurali li jkunu analogi għal dawk applikabbli għall-ksur tad-dritt nazzjonali ta’ natura u ta’ importanza simili u li, jiżguraw li s-sanzjoni tkun ta’ natura effettiva, proporzjonata u dissważiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Lidl Italia, C‑315/05, EU:C:2006:736, punt 58, kif ukoll Berlusconi et, C-387/02, C‑391/02 u C-403/02, EU:C:2005:270, punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
39 |
F’dan il-każ, il-miżuri repressivi permessi mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet leġittimament imfittxija minn din il-leġiżlazzjoni, filwaqt li huwa mifhum li, meta tkun teżisti għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel dik li hija l-inqas oneruża u li l-iżvantaġġi kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta pparagunati mal-għanijiet imfittxija (ara s-sentenza Urbán, C‑210/10, EU:C:2012:64, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
40 |
Sabiex jiġi evalwat jekk sanzjoni hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, in-natura u l-gravità tal-ksur li din is-sanzjoni hija intiża li tippenalizza kif ukoll il-metodi ta’ determinazzjoni tal-ammont tagħha (ara s-sentenza Equoland, C-272/13, EU:C:2014:2091, punt 35). |
|
41 |
Leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi multa fil-każ ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ikel li ma jkunux tajbin għall-konsum uman, tista’ tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan fundamentali tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel, jiġifieri livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif imfakkar fil-punt 28 ta’ din is-sentenza. |
|
42 |
Anki jekk jitqies li s-sistema ta’ sanzjonijiet fil-kawża prinċipali hija sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tali sistema ma hijiex sproporzjonata meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija, meta din is-sistema tkun tali li tħeġġeġ lill-persuni kkonċernati sabiex josservaw id-dispożizzjonijiet ta’ regolament u meta l-għanijiet imfittxija jkollhom interess ġenerali li jista’ jiġġustifika l-implementazzjoni ta’ tali sistema (ara s-sentenza Urbán, EU:C:2012:64, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
43 |
Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, fid-dawl ta’ dawn l-elementi, jekk is-sanzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfax il-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 178/2002. |
|
44 |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, ir-Regolamenti Nri 178/2002 u 2073/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel, li l-attivitajiet tiegħu huma biss fl-istadju tad-distribuzzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-ikel, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk is-sanzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfax il-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 178/2002. |
Fuq l-ispejjeż
|
45 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.