|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 103/2 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
ta' l-19 ta' Marzu 2007
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2005
(2007/C 103/02)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3), li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad-29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta' l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2005 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),
Billi
|
(1) |
Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, |
|
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2005 kienet sodisfaċenti, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2005.
Magħmul fi Brussel, ta' l-19 ta' Marzu 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.
(2) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.
(3) ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.
(4) ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.
(5) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 205.