European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4827

10.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12516 – KESKO / DAHL (DENMARK, NORWAY, SWEDEN))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4827)

1.   

Fit-2 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Kesko Oyj (“Kesko”, il-Finlandja),

—

Saint-Gobain Distribution Sweden AB (l-Iżvezja), Brødrene Dahl A/S (in-Norveġja), u Saint-Gobain Distribution Denmark A/S (id-Danimarka) (“Dahl (id-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvezja)”), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn Saint-Gobain S.A. (Franza).

Kesko se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Dahl (id-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvezja) kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Kesko hija grupp kummerċjali Finlandiż ikkwotat organizzat fi tliet diviżjonijiet: (i) il-kummerċ tal-merċa; (ii) il-kummerċ tal-bini u dak tekniku; u (iii) il-kummerċ tal-karozzi. Fid-diviżjoni tal-kummerċ tal-bini u dak tekniku, Kesko topera Onninen, distributur tal-kummerċ tekniku B2B biss, attiv fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fin-Norveġja, fil-Polonja u fl-Istati Baltiċi. Kesko hija attiva wkoll fil-kummerċ tal-bini u dak tat-titjib tad-dar permezz tal-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut Byggmakker (in-Norveġja), K-Bygg (l-Iżvezja) u Davidsen (id-Danimarka), u taqdi kemm lill-klijenti professjonali (B2B) kif ukoll lill-konsumaturi (B2C),

—

Dahl (id-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvezja) hija distributur speċjalizzat li prinċipalment iservi kumpaniji tal-kostruzzjoni u tal-installazzjoni, li joffri prodotti u għarfien espert tekniku li jkopri l-plumbing, it-tisħin u s-sanitazzjoni, l-inġinerija ċivili, il-ventilazzjoni, u l-applikazzjonijiet tal-industrija. Dahl topera primarjament fl-Iżvezja, fid-Danimarka u fin-Norveġja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12516 – KESKO / DAHL (DENMARK, NORWAY, SWEDEN)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4827/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)