12007L/AFI/DCL/16

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - A. Dikjarazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet tat-trattati - 16. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 53(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0256 - 0256


16. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 53(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-possibilità li t-Trattati jiġu tradotti fil-lingwi previsti fl-Artikolu 53(2) tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv previst fl-Artikolu 2(3), ir-raba' subparagrafu li jipprevedi li l-Unjoni tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. F'dan il-kuntest, il-Konferenza tikkonferma r-rabta ta' l-Unjoni mad-diversità kulturali ta' l-Ewropa u l-attenzjoni speċjali li ser tkompli tagħti lil dawn il-lingwi u lil lingwi oħrajn.

Il-Konferenza tirrakkomanda lil dawk l-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 53(2) li jikkomunikaw lill-Kunsill, il-lingwa jew lingwi li fihom ser ikunu tradotti t-Trattati, fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Lisbona.

--------------------------------------------------