|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
292 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Frar 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward ta' l-emenda tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti nħawi ta' l-Istat Federali tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja)
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 527)
(It-testi bil-Ġermaniż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)
(2007/135/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 16(1) 20(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza ta' ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta' Isfel, tan-Nord Rhine-Westphalia, ir-Rhineland-Palatinate u s-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer. |
|
(2) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi informaw lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni reċenti tal-marda fi ħnieżer selvaġġi f'ċerti nħawi tar-Rhineland-Palatinate fil-Ġermanja li jmissu mal-konfini tan-Nord Rhine-Westphalia. |
|
(3) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi u Franċiżi informaw lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni reċenti tal-marda fi ħnieżer selvaġġi f'ċerti nħawi tar-Rhineland-Palatinate fil-Ġermanja u fiż-żoni li jmissu ma' Franza. |
|
(4) |
Dan it-tagħrif jindika li d-deni klassiku fil-ħnieżer selvaġġi ġie eradikat b'suċċess f'ċerti żoni fit-territorju Ġermaniż u li l-vaċċinazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi u l-pjan ta' qerda ma għandhomx bżonn jiġu applikati aktar f'dawn iż-żoni fit-territorju Ġermaniż. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness ta' din id-Deċiżjoni 2003/135/KE qed jiġi sostitwit bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, 23 ta' Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/285/KE (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 51).
ANNESS
“ANNESS
1. ŻONI FEJN HUMA FIS-SEĦĦ PJANIJIET TA' QERDA:
A. Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate:
|
1. |
Fil-parti ta' l-Eifel:
|
|
2. |
Fil-parti ta' l-Pfalz:
|
B. Fl-istat federali tan-Nord Rhine-Westphalia :
|
(a) |
il-Belt ta' Aachen: fin-nofsinhar ta' l-awtostradi A4, A544 u l-Bundesstrasse B1; |
|
(b) |
il-Belt ta' Bonn: in-nofsinhar tal-Bundesstrasse 56 u l-awtostrada A 565 (Bonn-Endenich sa Bonn-Poppelsdorf) u l-ilbiċ tal-Bundesstrasse 9; |
|
(ċ) |
fid-Distrett ta' Aachen: il-Bliet ta' Monschau u Stolberg, il-muniċipalitajiet ta' Simmerath u Roetgen; |
|
(d) |
fid-Distrett ta' Düren: il-Bliet ta' Heimbach u Nideggen, il-muniċipalitajiet ta' Hürtgenwald u Langerwehe. |
|
(e) |
fil-Kreis Euskirchen: il-Bliet ta' Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokalitajiet ta' Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen (fil-Belt ta' Euskirchen), il-muniċipalitajiet ta' Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim; |
|
(f) |
fid-Distrett tar-Rhein-Sieg: il-Bliet ta' Meckenheim u Rheinbach, il-muniċipalità ta' Wachtberg, il-lokalitajiet ta' Witterschlick, Volmershofen, Heidgen (fil-muniċipalità ta' Alfter) u l-lokalitajiet ta' Buschhoven, Morenhoven, Miel u Odendorf (fil-muniċipalità ta' Swisttal); |
2. ŻONI FEJN QED TIĠI APPLIKATA L-VAĊĊINAZZJONI TA' EMERĠENZA:
A. Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate:
|
1. |
Fil-parti ta' l-Eifel':
|
|
2. |
Fil-parti ta' l-Pfalz':
|
B. Fl-istat federali tan-Nord Rhine-Westphalia:
|
(a) |
il-Belt ta' Aachen: fin-nofsinhar ta' l-awtostradi A4, A544 u l-Bundesstrasse B1; |
|
(b) |
il-Belt ta' Bonn: in-nofsinhar tal-Bundesstrasse 56 u l-awtostrada A 565 (Bonn-Endenich sa Bonn-Poppelsdorf) u l-ilbiċ tal-Bundesstrasse 9; |
|
(ċ) |
fid-Distrett ta' Aachen: il-Bliet ta' Monschau u Stolberg, il-muniċipalitajiet ta' Simmerath u Roetgen; |
|
(d) |
fid-Distrett ta' Düren: il-Bliet ta' Heimbach u Nideggen, il-muniċipalitajiet ta' Hürtgenwald u Langerwehe; |
|
(e) |
fil-Kreis Euskirchen: il-Bliet ta' Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokalitajiet ta' Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen (fil-Belt ta' Euskirchen), il-muniċipalitajiet ta' Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim; |
|
(f) |
fid-Distrett tar-Rhein-Sieg: il-Bliet ta' Meckenheim u Rheinbach, il-muniċipalità ta' Wachtberg, il-lokalitajiet ta' Witterschlick, Volmershofen, Heidgen (fil-muniċipalità ta' Alfter) u l-lokalitajiet ta' Buschhoven, Morenhoven, Miel u Odendorf (fil-muniċipalità ta' Swisttal).” |