|
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
247 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2004/837/PESK
tas-6 ta' Diċembru 2004
dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/210/PESK tal-11 ta' Marzu 2002 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq il-budget għas-sena 2005,
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
1. Ammont ta' EUR 17.410.000 li jkopri l-ispejjeż ta' l-operazzjoni ta' l-EUPM fl-2005 għandu jiġi finanzjat b'mod komuni mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Il-ġestjoni tan-nefqa finanzjata mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-proċeduri u r-regoli tal-Komunità li japplikaw għal dak li għandu x'jaqsam mal-budget bl-eċċezzjoni li kull prefinanzjament m'għandux jibqa' propjetà tal-Komunità.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar is-6 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
H. HOOGERVORST
(1) ĠU L 70, 13.3.2002, p. 1. Konġunta kif emendata l-aħħar 2003/188/PESK (ĠU L 73, 19.3.2003, p. 9).