|
12.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/52 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2316
tat-8 ta' Diċembru 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li nħarġet dwar l-oġġetti kkonċernati f'dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi applikata mid-detentur bi qbil mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Klassifikazzjoni (il-kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett ta' għamla ċilindrika li jaħdem bil-batteriji magħmul minn plastiks b'għatu (l-hekk imsejħa “karus elettroniku”), ta' għoli ta' 17 cm u b'dijametru ta' 12 cm. L-għatu jinkludi displej żgħira tal-LCD u qasma minn fejn wieħed jitfa' l-flus (pereżempju euro). Meta tiddaħħal munita manwalment fil-qasma, mekkaniżmu fl-għatu (it-tagħmir li jikkakula) jagħraf id-dijametru tal-munita, u juri l-valur tagħha. Meta aktar muniti jintefgħu waħda waħda, il-valuri rikonoxxuti eżistenti jiżdiedu mal-ammont li jkun ġà ġie kkalkulat u s-somma totali tintwera fuq id-displej tal-LCD. Ma jsir l-ebda tnaqqis meta l-muniti jitneħħew mill-karus. Ara l-istampa (*1). |
8470 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1,3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 8470 , 8470 90 u 8470 90 00 . Il-prodott huwa oġġetti komposti li jikkonsistu f'kontenitur tal-plastik u tagħmir tal-ikkalkular. Meta mqabbla mal-krajjes ordinarji, huwa it-tagħmir għall-ikkalkular li jagħti dan l-artikolu l-karattru essenzjali tiegħu. Il-klassifikazzjoni skont il-materjal kostitwenti (Kapitolu 39) hija għalhekk eskluża. Peress li l-oġġett m'għandu jinkludi l-ebda arranġamenti manwali għad-dħul tad-dejta (il-muniti mhumiex dejta) dan mhuwiex meqjus bħala magna kalkolatriċi (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8470 (A) (1)). Billi t-tagħmir tal-ikkalkular jagħmilha possibbli li jiżdiedu mill-inqas żewġ ċifri, li kull wieħed minnhom jinkludi diversi numri diġitali (eż. EUR 0,02 + EUR 2,00 = EUR 2,02), dan jissodisfa r-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni bħala tagħmir tal-ikkalkular (ara wkoll HSEN) għall-intestatura 8470 , l-ewwel paragrafu). Għalhekk, l-oġġett kollu kemm hu għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8470 90 00 bħala magni oħrajn b'tagħmir tal-ikkalkular. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal skopijiet ta' informazzjoni.