21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Marzu 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjanijiet ta’ qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali ta’ Rhine tat-Tramuntana-Westfalia u tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1669)

(It-testi bil-Ġermaniż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(2009/255/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 16(1) 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza ta’ ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta’ Isfel, tar-Rhine tat-Tramuntana-Westphalia, ir-Rhineland-Palatinate u s-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp riċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali tar-Rhine-Westfalia tat-Tramuntana u Rhineland-Palatinate.

(3)

Dan it-tagħrif jindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi nqered f’ċerti żoni f’dawk l-istati federali. Għalhekk, il-qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi m’għandhomx għalfejn jiġu applikati aktar f’dawk iż-żoni.

(4)

Ġew irrapportati każijiet ġodda ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fir-reġjun fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn ir-Rhine-Westfalia tat-Tramuntana u r-Rhineland-Palatinate li kienu ħielsa mill-marda s’issa. Għalhekk, il-qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi jeħtieġ li jiġu applikati f’dawk iż-żoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2003/135/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(2)   ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47.


ANNESS

“ANNESS

1.   ŻONI FEJN HUMA FIS-SEĦĦ PJANIJIET TA’ QERDA

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr.

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: fil-muniċipalità ta’ Obere Kyll il-lokalitajiet ta’ Birgel, Esch, Feusdorf u Jünkerath, fil-muniċipalità ta’ Hillesheim il-lokalitajiet ta’ Berndorf, Dohm-Lammersdorf, Hillesheim, Kerpen, Nohn, Oberehe-Stroheich, Üxheim, Walsdorf u Wiesbaum, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalità ta’ Dreis-Brück, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath;

(ċ)

il-Kreise Altenkirchen u Neuwied;

(d)

fi Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità ta’ Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3;

(e)

fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalità Kröppen ix-xlokk tal-L 483, il-muniċipalità Vinningen ix-xlokk tal-L 478 u L 484, il-muniċipalitajiet Schweix, Hilst, Trulben, Eppenbrunn, Ludwigswinkel, Fischbach bei Dahn, Schönau (Pfalz), Hirschthal, Rumbach, Bruchweiler-Bärenbach, Bundenthal, Niederschlettenbach, Nothweiler, Bobenthal u Erlenbach bei Dahn.

B.   Fl-istat federali ta’ Rhine tat-Tramuntana-Westfalia

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, fil-belt ta’ Mechernich il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rißdorf, Wachendorf u Weiler am Berge, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim u Stotzheim, fil-muniċipalità ta’ Nettersheim il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Engelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Tondorf und Roderath, fil-muniċipalità ta’ Dahlem il-lokalità ta’ Dahlem u l-muniċipalità ta’ Blankenheim, ħlief il-lokalità ta’ Blankenheimer Wald;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf, il-bliet ta’ Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much;

(ċ)

fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen Burbach, u fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden;

(d)

fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe il-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden;

(e)

fil-Kreis Märkische l-ibliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen;

(f)

fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born;

(g)

fil-bliet ta’ Köln u Bonn fil-muniċipalitajiet fuq il-lemin tax-xmara Rhine;

(h)

il-belt ta’ Leverkusen;

(i)

ir-Rheinisch-Bergische Kreis;

(j)

l-Oberbergische Kreis.

2.   ŻONI FEJN QED JIĠI APPLIKAT IT-TILQIM TA’ EMERĠENZA

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: fil-muniċipalità ta’ Obere Kyll il-lokalitajiet ta’ Birgel, Esch, Feusdorf u Jünkerath, fil-muniċipalità ta’ Hillesheim il-lokalitajiet ta’ Berndorf, Dohm-Lammersdorf, Hillesheim, Kerpen, Nohn, Oberehe-Stroheich, Üxheim, Walsdorf u Wiesbaum, fl-muniċipalità ta’ Daun il-lokalità ta’ Dreis-Brück, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath;

(ċ)

il-Kreise Altenkirchen u Neuwied;

(d)

fi Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità ta’ Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3;

(e)

fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalità Kröppen ix-xlokk tal-L 483, il-muniċipalità Vinningen ix-xlokk tal-L 478 u L 484, il-muniċipalitajiet Schweix, Hilst, Trulben, Eppenbrunn, Ludwigswinkel, Fischbach bei Dahn, Schönau (Pfalz), Hirschthal, Rumbach, Bruchweiler-Bärenbach, Bundenthal, Niederschlettenbach, Nothweiler, Bobenthal u Erlenbach bei Dahn.

B.   Fl-istat federali ta’ Rhine tat-Tramuntana-Westfalia

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, fil-belt ta’ Mechernich il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rißdorf, Wachendorf u Weiler am Berge, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim u Stotzheim, fil-muniċipalità ta’ Nettersheim il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Engelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Tondorf und Roderath, fil-muniċipalità ta’ Dahlem il-lokalità ta’ Dahlem u l-muniċipalità ta’ Blankenheim, ħlief il-lokalità ta’ Blankenheimer Wald;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf, il-bliet ta’ Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much;

(ċ)

fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen Burbach, u fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden;

(d)

fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe il-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden;

(e)

fil-Kreis Märkische l-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen;

(f)

fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born;

(g)

fil-bliet ta’ Köln u Bonn fil-muniċipalitajiet fuq il-lemin tax-xmara Rhine;

(h)

il-belt ta’ Leverkusen;

(i)

ir-Rheinisch-Bergische Kreis;

(j)

l-Oberbergische Kreis.”