|
10.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9897 — Actineo/SHAM/Antevis JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 227/10)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Société Hospitalière d'Assurances Mutuelles (“SHAM”, Franza), |
|
— |
ACTINEO GmbH (“Actineo”, il-Ġermanja), |
|
— |
ANTEVIS SAS (“Antevis”, Franza) |
SHAM u Actineo jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Antevis kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SHAM: Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, b’mod partikolari assigurazzjoni ta’ negliġenza professjonali ta’ natura medika; |
|
— |
Actineo: Servizzi f’ġestjoni olistika tal-assigurazzjoni tal-korriment personali; |
|
— |
Antevis: Servizzi lil assiguraturi ta’ negliġenza professjonali ta’ natura medika fil-qasam tal-ġestjoni tal-pretensjonijiet (permezz tal-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ data medika), servizzi ta’ mudell ta’ evalwazzjoni u ta’ analiżi tar-riskju għal talbiet ta’ dannu fiżiku minħabba negliġenza professjonali medika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9897 — Actineo/SHAM/Antevis JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks:+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).