|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/790 |
8.8.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/790
tat-23 ta’ April 2025
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 51(5), it-tieni subparagrafu, u 116(5), it-tielet subparagrafu, tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2013/36/UE tistabbilixxi regoli dwar is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kulleġġi tas-superviżuri huma l-veikoli li permezz tagħhom jiġu kkoordinati l-attivitajiet superviżorji. Skont l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżuri konsolidanti għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta’ superviżuri biex jiffaċilitaw ċerti kompiti superviżorji u jiżguraw koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħra huma, skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, meħtieġa jistabbilixxu u jippresiedu kulleġġi ta’ superviżuri fejn l-Artikolu 116 ta’ dik id-Direttiva ma jkunx applikabbli. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 (2) jistabbilixxi regoli dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri li għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 51(3) u l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE. Peress li r-rekwiżiti prudenzjali rilevanti għall-kulleġġi superviżorji stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE ġew emendati, diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/99 jeħtieġ li jiġu aġġornati. Barra minn hekk, biex jissaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni bla xkiel u f’waqtu bejn il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġi tas-superviżuri u mal-kulleġġi stabbiliti f’konformità ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċessi ċari u prevedibbli f’qafas operattiv deskritt b’mod ċar skont mudelli speċifiċi. Sabiex tiġi indirizzata din il-ħtieġa għat-titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-mudelli rilevanti jeħtieġ li jiġu aġġornati kif xieraq. Fid-dawl tal-għadd ta’ bidliet f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jkunu meħtieġa biex jirriflettu l-emendi għad-Direttiva 2013/36/UE, u għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/99 jitħassar u jiġi sostitwit. |
|
(3) |
L-immappjar tal-entitajiet fi grupp fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi huwa pass essenzjali għall-identifikazzjoni tal-membri u tal-osservaturi potenzjali tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikoli 116 u 51 tad-Direttiva 2013/36/UE u għall-istabbiliment sussegwenti tagħhom. Sabiex tiġi ffaċilitata l-prestazzjoni tal-eżerċizzju ta’ mmappjar, jenħtieġ li dan jitmexxa mis-superviżur konsolidanti, li jikkoopera mal-membri potenzjali tal-kulleġġ tas-superviżuri li jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw u jipprovdu l-kontribut tagħhom għall-eżerċizzju. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni rilevanti kollha tinġabar u tiġi riflessa fl-immappjar, jenħtieġ li dan jitwettaq bl-użu ta’ mudell komuni. Huwa essenzjali li l-mudell komuni tal-immappjar jirrifletti l-istabbiliment ta’ kulleġġi tas-superviżuri filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-kulleġġi u l-osservazzjoni tal-kulleġġi stabbiliti f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra. |
|
(4) |
Abbażi tal-ħtieġa għal kooperazzjoni effettiva bejn il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, jenħtieġ li dawk il-membri jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ fir-rigward tal-osservaturi. Meta s-superviżur konsolidanti jkollu l-ħsieb li jitlob awtorità biex tipparteċipa bħala osservatur, jenħtieġ li l-membri jiġu infurmati permezz ta’ notifika u jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jivvalutaw tali talbiet. Fejn tali osservazzjoni ma tkunx meħtieġa bil-liġi, jenħtieġ li l-membri jkollhom il-possibbiltà li jopponuha. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġi żgurat li fil-proċess tal-kostituzzjoni tal-kulleġġ, it-talbiet tas-superviżur konsolidanti lill-membri futuri jippreċedu dawk lill-osservaturi futuri. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni bla xkiel bejn il-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri, b’mod partikolari f’każijiet ta’ emerġenza, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti jistabbilixxi lista ta’ kuntatt bid-dettalji ta’ kuntatt kollha meħtieġa u b’dettalji ta’ kuntatt barra l-ħinijiet tax-xogħol u għandu jikkomunika dik il-lista ta’ kuntatt lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ. |
|
(6) |
Il-proċess tal-konklużjoni u l-emendar tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub jenħtieġ li jitmexxa mis-superviżur konsolidanti li jenħtieġ li jiżgura li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw u jipprovdu l-input tagħhom għall-arranġamenti proposti, inklużi t-termini tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti konklużi mill-kulleġġi superviżorji jkunu konsistenti, f’termini ta’ struttura u dispożizzjonijiet koperti, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu flessibbiltà xierqa għall-inklużjoni ta’ arranġamenti u ftehimiet speċifiċi għall-kulleġġ, jenħtieġ li l-arranġamenti jiġu żviluppati skont mudell komuni. Sabiex jiġi żgurat li dejjem ikun hemm kondiviżjoni adegwata tal-informazzjoni f’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew tal-entitajiet tiegħu, jenħtieġ li l-mudell jipprevedi wkoll deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata jekk tali event jimmaterjalizza. |
|
(7) |
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-laqgħat tal-kulleġġi tas-superviżuri spiss kellhom jiġu ttrasferiti għal kanali virtwali u l-laqgħat virtwali saru parti importanti mill-funzjonament tal-kulleġġi. Biex jirrifletti dik il-bidla fil-prattika, u biex jiggarantixxi l-kontinwità tal-funzjonijiet tal-kulleġġi f’każ ta’ events simili fil-futur, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti jkollu flessibbiltà biex jiddeċiedi l-format tal-laqgħat tal-kulleġġ. Filwaqt li huwa meħtieġ li l-kulleġġ tas-superviżuri dejjem ikollu l-possibbiltà li jorganizza l-laqgħat tiegħu virtwalment, is-superviżur konsolidanti fid-determinazzjoni tal-format tal-laqgħa, jenħtieġ li jqis l-objettivi tal-laqgħa, b’mod partikolari għall-fini li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE u dwar il-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kulleġġ tas-superviżuri jikkostitwixxi b’mod effettiv pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni, kooperazzjoni u koordinazzjoni, bl-għan li jiġu protetti l-interessi tad-depożitanti u l-investituri fl-Istati Membri tagħhom u biex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, jenħtieġ li jissaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni mal-membri, u l-osservaturi, u b’mod partikolari mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari. Għalhekk, is-superviżur konsolidanti jenħtieġ li jittrażmetti biċċa informazzjoni partikolari lill-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri, meta s-superviżur konsolidanti jqis li dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, inkluż meta entità fi grupp tikser, jew minħabba kundizzjoni finanzjarja li tiddeterjora malajr x’aktarx li fil-futur qrib tikser, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew id-Direttiva 2013/36/UE, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew f’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew tal-entitajiet tiegħu. Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ sinjali bikrija ta’ twissija kif ukoll riskji u vulnerabbiltajiet potenzjali għall-infurmar tar-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u r-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità, is-superviżur konsolidanti u membri oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri jenħtieġ li jiftiehmu minn qabel dwar l-indikaturi li għandhom jiġu skambjati mill-inqas fuq bażi annwali. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi tad-data ta’ superviżjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3117 (5). Sabiex jiġi żgurat skambju regolari ta’ informazzjoni dwar l-indikaturi, il-mudell għall-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub jenħtieġ li jinkludi Anness b’lista ta’ indikaturi miftiehma. |
|
(9) |
L-istabbiliment u l-aġġornament tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jenħtieġ li jitmexxew mis-superviżur konsolidanti li jenħtieġ li jiżgura li l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw u jipprovdu l-input tagħhom għall-qafas propost. L-arranġamenti operattivi speċifiċi għal kull kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri f’sitwazzjoni ta’ emerġenza jenħtieġ li jiġu deskritti fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub bl-għan li jiġu żgurati kooperazzjoni u ġestjoni effiċjenti u effettivi ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. Sabiex jiġi żgurat li r-rispons superviżorju kkoordinat għal sitwazzjoni ta’ emerġenza jqis l-informazzjoni rilevanti kollha għall-aħjar ġestjoni possibbli tas-sitwazzjoni, l-involviment tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp huwa kruċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-input mill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jiġi kondiviż mis-superviżur konsolidanti mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u jitqies fl-iżvilupp tar-rispons superviżorju kkoordinat. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority). |
|
(11) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
IL-FUNZJONAMENT OPERATTIV TAL-KULLEĠĠI TAS-SUPERVIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 116 TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE
Artikolu 1
Immappjar ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet
1. Is-superviżur konsolidanti għandu jissottometti l-abbozz tal-immappjar, imħejji f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 (7) lill-awtoritajiet eliġibbli biex isiru membri tal-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament (“membri potenzjali tal-kulleġġ tas-superviżuri”), u għandu jistieden lil dawk l-awtoritajiet jipprovdu l-fehmiet tagħhom u jindika skadenza għas-sottomissjoni ta’ dawk il-fehmiet.
2. Għall-finijiet tal-immappjar u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti għandu jikkunsidra kwalunkwe fehma espressa mill-membri potenzjali tal-kulleġġ tas-superviżuri.
3. Mal-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-immappjar lill-membri potenzjali kollha tal-kulleġġ superviżorju.
4. Is-superviżur konsolidanti għandu jaġġorna l-immappjar, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1, 2 u 3, mill-inqas fuq bażi annwali. L-immappjar għandu jiġi aġġornat aktar ta’ spiss fejn ikun hemm bidliet sinifikanti fl-istruttura tal-grupp ta’ istituzzjonijiet.
5. Is-superviżur konsolidanti għandu juża l-mudell stabbilit fl-Anness I għall-istabbiliment u l-aġġornament tal-immappjar.
Artikolu 2
Stabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri
1. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat it-talba msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 lill-awtoritajiet imsemmija f’dak l-Artikolu u għandu jistabbilixxi skadenza għall-aċċettazzjoni tagħha.
L-awtoritajiet li jirċievu talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiksbu status bħala membri tal-kulleġġ tas-superviżuri mal-aċċettazzjoni tat-talba jew, jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni sal-iskadenza għall-aċċettazzjoni, mal-iskadenza ta’ dik l-iskadenza.
2. Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi notifika lill-awtoritajiet li jkunu aċċettaw it-talba msemmija fil-paragrafu 1. Dik in-notifika għandu jkun fiha dan li ġej:
|
(a) |
il-lista tal-awtoritajiet li s-superviżur konsolidanti jipproponi li jitlob li jsiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791; |
|
(b) |
il-lista tal-awtoritajiet li s-superviżur konsolidanti jipproponi li jitlob li jsiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791; |
|
(c) |
il-proposta għat-termini tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi msemmija fil-punti (a) u (b) fil-kulleġġ tas-superviżuri; |
|
(d) |
fir-rigward tal-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (a), u l-Artikolu 3(3), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, l-opinjoni tas-superviżur konsolidanti dwar il-valutazzjoni tal-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz. |
3. Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi skadenza adegwata li fiha kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li ma jaqbilx jista’ jesprimi bil-miktub l-oġġezzjoni motivata bis-sħiħ tiegħu għall-proposta jew l-opinjoni tas-superviżur konsolidanti msemmija f’dak il-paragrafu, il-punt (b), (c) jew (d). Jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’dik l-iskadenza, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jitqiesu li jkunu ftiehmu dwar il-proposta jew l-opinjoni.
4. Is-superviżur konsolidanti għandu jidħol fi djalogu ma’ kwalunkwe membru li ma jaqbilx imsemmi fil-paragrafu 3 bl-involviment tal-EBA u l-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri, kif xieraq, bl-għan li jintlaħaq ftehim.
5. Bi ftehim mal-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar il-proposta u l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2, is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat it-talbiet lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 biex isiru osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandu jistabbilixxi skadenza għall-aċċettazzjoni tiegħu. It-talba għandha tkun akkumpanjata mit-termini tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi.
L-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiksbu l-istatus ta’ osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri mal-aċċettazzjoni tat-talba u t-termini tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi jew mal-iskadenza tal-iskadenza għall-aċċettazzjoni jekk ma jkunu qajmu l-ebda oġġezzjoni qabel dik l-iskadenza.
6. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 jistgħu jitolbu li jsiru osservaturi ta’ kulleġġ tas-superviżuri. It-talba għandha tiġi indirizzata lis-superviżur konsolidanti. Meta s-superviżur konsolidanti jiddeċiedi li jitlob lil dawk l-awtoritajiet jipparteċipaw fil-kulleġġ tas-superviżuri bħala osservaturi, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Listi ta’ kuntatt
1. Is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ kuntatt li jkun fiha d-dettalji ta’ kuntatt sħaħ u lista ta’ kuntatt ta’ emerġenza li jkun fiha d-dettalji ta’ kuntatt sħaħ u d-dettalji ta’ kuntatt barra l-ħinijiet tal-uffiċċju li għandhom jintużaw waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u jikkomunika dawk il-listi ta’ kuntatt lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness II. Il-lista tal-kuntatt u l-lista tal-kuntatt ta’ emerġenza għandha tiġi mehmuża mal-arranġamenti bil-miktub ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
2. Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt u d-dettalji ta’ kuntatt barra l-ħinijiet tal-uffiċċju tagħhom lis-superviżur konsolidanti u għandhom jinfurmaw lis-superviżur konsolidanti dwar kwalunkwe bidliet f’dawk id-dettalji mingħajr dewmien żejjed.
3. Wara li jkun irċieva informazzjoni dwar bidla kif imsemmi fil-paragrafu 2, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika verżjoni aġġornata tal-lista ta’ kuntatt jew tal-lista ta’ kuntatt ta’ emerġenza lill-membri u lill-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 4
Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub
1. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji proposta għall-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 115 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
2. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-proposta tiegħu lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandu jistedinhom jipprovdu l-fehmiet tagħhom, u jindika skadenza għas-sottomissjoni ta’ dawk il-fehmiet.
3. Għall-finijiet tal-finalizzazzjoni tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub, is-superviżur konsolidanti għandu jqis kwalunkwe fehma espressa mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u jispjega, jekk ikun meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma inkorporax dawk il-fehmiet.
4. Mal-finalizzazzjoni, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.
5. Jekk jitqies meħtieġ mis-superviżur konsolidanti u mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub għandha tiġi ttestjata permezz ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni jew bi kwalunkwe mod ieħor, kif xieraq.
6. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub f’każ ta’ bidliet fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub għandhom jiġu emendati f’konformità mal-paragrafu 7 biex jirriflettu kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-kulleġġ tas-superviżuri.
Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jirrieżaminaw l-elementi tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 fuq bażi regolari li għandhom jiġu ddeterminati fl-arranġamenti.
7. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ superviżorju għandhom jemendaw l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4.
8. Is-superviżur konsolidanti għandu juża l-mudell fl-Anness II biex jikkonkludi u jemenda l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.
Artikolu 5
Laqgħat u attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri
1. Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom isejħu mill-inqas laqgħa waħda fis-sena. Madankollu, is-superviżur konsolidanti bil-kunsens tal-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri, wara li jkun qies l-ispeċifiċitajiet tal-grupp, jista’ jiddetermina frekwenza differenti ta’ laqgħat.
2. Is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi l-objettivi tal-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri. Is-superviżur konsolidanti għandu jiżgura li dawk l-objettivi jkunu riflessi fl-aġenda tal-laqgħat.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jiddeċiedi jekk il-laqgħa tissejjaħx f’format fiżiku jew virtwali, abbażi tal-objettivi tal-laqgħa.
4. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-aġenda proposta tal-laqgħa lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, u lil dawk l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri li s-superviżur konsolidanti biħsiebu jistieden f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat 2025/791 u għandu jistedinhom jipproponu kwalunkwe punt addizzjonali fl-aġenda.
Is-superviżur konsolidanti għandu jqis kwalunkwe proposta dwar il-punti fl-aġenda magħmula mill-membri u l-osservaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu u għandu jispjega, fejn mitlub, ir-raġuni għaliex ma ġewx inkorporati dawk il-proposti.
5. Is-superviżur konsolidanti u l-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri li huma involuti f’laqgħa jew attività partikolari għandhom jiskambjaw dokumenti u kontribuzzjonijiet għad-dokumenti ta’ ħidma ferm qabel il-laqgħa jew l-attività biex il-parteċipanti kollha fil-laqgħa jew fl-attività jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod attiv għad-diskussjonijiet.
Artikolu 6
Skambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri
1. Meta jirċeviha mingħand membru tal-kulleġġ superviżorju, is-superviżur konsolidanti għandu jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri.
Jekk is-superviżur konsolidanti jqis li kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tkunx rilevanti għal membru partikolari tal-kulleġġ tas-superviżuri, huwa għandu l-ewwel jikkonsulta lil dak il-membru u jipprovdilu l-punti ewlenin tal-informazzjoni li tippermettilu jiddetermina r-rilevanza ta’ dik l-informazzjoni.
2. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ superviżorju għandhom jittrażmettu lil xulxin l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
3. Fejn meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti u effettiv tal-kulleġġ tas-superviżuri, is-superviżur konsolidanti għandu jorganizza dak il-kulleġġ f’sottostrutturai differenti. Meta l-kulleġġ tas-superviżuri jkun organizzat f’sottostrutturi differenti, is-superviżur konsolidanti għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri infurmati bis-sħiħ, mingħajr dewmien żejjed, dwar l-azzjonijiet meħuda jew il-miżuri mwettqa f’sottostrutturi differenti.
4. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiftiehmu dwar il-mezzi għall-iskambju ta’ informazzjoni u għandhom jispeċifikaw dak il-ftehim fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
Artikolu 7
Skambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri
1. Malli jilħaq deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
2. Fil-każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew tal-entitajiet tiegħu, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika lill-osservaturi rilevanti l-informazzjoni rilevanti kondiviża għall-finijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
Artikolu 8
Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni
1. Meta l-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru, inkluża l-impriża omm tal-UE, ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ approċċ intern f’konformità mal-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) jew (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), jew l-Artikolu 363 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew fejn kwalunkwe membru rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 (“membru rilevanti”) jidentifika nuqqasijiet materjali f’konformità mal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, is-superviżur konsolidanti u l-membru rilevanti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa, biex jiftiehmu dwar kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
ir-revoka tal-permess biex jintuża l-mudell intern kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791; |
|
(b) |
ir-restrizzjoni tal-użu tal-mudell intern kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament Delegat; |
|
(c) |
l-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 11(2), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament Delegat. |
2. Is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet li jużaw il-mudell intern approvat u li huma affettwati min-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu b’mod konġunt id-deċiżjoni dwar ir-revoka tal-permess biex jintuża mudell intern jew dwar ir-restrizzjoni tal-użu tal-mudell intern. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżur konsolidanti u dawk il-membri għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 3 sa 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 (8).
3. Deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu għandha tittieħed f’konformità mal-proċedura ta’ deċiżjoni konġunta dwar il-kapital stabbilita fl-Artikolu 113(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE.
4. Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-membri l-oħra kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1, meta jqis li tali informazzjoni x’aktarx taffettwa attivitajiet oħra tal-kulleġġ jew tkun essenzjali għall-eżerċizzju tal-kompiti ta’ membri oħra tal-kulleġġ.
Artikolu 9
Notifika ta’ estensjonijiet jew bidliet mhux materjali f’approċċi interni
1. Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-membri rilevanti kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri dwar kwalunkwe estensjoni jew bidla mhux materjali f’mudell intern approvat li taffettwa lil kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru mingħajr dewmien.
2. Membru rilevanti ta’ kulleġġ tas-superviżuri għandu jinforma lis-superviżur konsolidanti bi kwalunkwe estensjoni jew bidla mhux materjali li taffettwa kwalunkwe waħda mill-istituzzjonijiet taħt il-mandat superviżorju ta’ dak il-membru.
3. Membru rilevanti ta’ kulleġġ tas-superviżuri li jkollu tħassib dwar il-klassifikazzjoni ta’ estensjoni jew bidla bħala mhux materjali għandu jikkomunika dak it-tħassib lis-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi dik l-informazzjoni lill-membri rilevanti l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri.
Superviżur konsolidanti li jkollu tħassib dwar il-klassifikazzjoni ta’ estensjoni jew bidla bħala mhux materjali għandu jikkomunika dak it-tħassib lill-membri rilevanti kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri. Is-superviżur konsolidanti u dawk il-membri għandhom jiddiskutu d-dettalji ta’ dak it-tħassib biex tintlaħaq opinjoni komuni dwar il-materjalità tal-estensjoni jew tal-bidla.
4. Meta s-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ superviżorju jqisu li estensjonijiet jew bidliet għal mudell intern approvat ġew ikklassifikati b’mod skorrett mill-istituzzjoni kkonċernata bħala mhux materjali, huma għandhom jinfurmaw lil dik l-istituzzjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 10
Skambju ta’ informazzjoni rigward sinjali bikrija ta’ twissija, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet
1. Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkalkulaw l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 abbażi tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru mingħand l-istituzzjonijiet superviżati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3117.
L-indikaturi miftiehma għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 u jkunu bbażati fuq il-mudell għal-lista ta’ indikaturi stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. Kull membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li jkun qed jipparteċipa fl-iżvilupp ta’ rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-grupp kif imsemmi fl-Artikolu 113(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE jew rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 113(2), il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva għall-finijiet li jintlaħqu deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f’konformità ma’ dak l-Artikolu għandu jikkomunika lis-superviżur konsolidanti l-valuri tal-indikaturi miftiehma għall-istituzzjonijiet taħt il-mandat superviżorju tiegħu, kif rilevanti.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi lil kull membru tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmi fil-paragrafu 2:
|
(a) |
il-valuri msemmija f’dak il-paragrafu 2; |
|
(b) |
il-valuri tal-indikaturi miftiehma għall-impriża omm tal-UE u fil-livell konsolidat. |
4. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiskambjaw il-valuri tal-indikaturi miftiehma mill-inqas darba fis-sena, jew aktar ta’ spiss meta jkun miftiehem minn dawk l-awtoritajiet kompetenti. F’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew tal-entitajiet tiegħu, il-valuri ta’ dawk l-indikaturi msemmija f’dak il-paragrafu, li jiġu affettwati mill-event, għandhom jiġu aġġornati u skambjati mis-superviżur konsolidanti u mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmija fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 11
Programm ta’ eżami u inkarigu tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet
1. Malli jilħqu d-deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jipprovdu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lis-superviżur konsolidanti għall-finijiet tal-istabbiliment tal-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri kif imsemmi fl-Artikolu 116(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2013/36/UE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
2. Wara li jkun irċieva l-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-superviżur konsolidanti għandu jħejji abbozz ta’ programm ta’ eżami għall-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi proposti, fejn rilevanti, għall-inkarigu tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jiċċirkola l-abbozz tal-programm ta’ eżami lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u jistedinhom jipprovdu l-fehmiet tagħhom bil-miktub dwar l-oqsma ta’ ħidma konġunta u kwalunkwe proposta għall-inkarigu tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet, u għandu jindika skadenza għas-sottomissjoni ta’ tali fehmiet.
4. Għall-finijiet tat-tlestija tal-programm ta’ eżami, is-superviżur konsolidanti għandu jqis kwalunkwe fehma u riżerva espressa mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u jispjega, jekk ikun meħtieġ, ir-raġuni għaliex ma ġewx inkorporati dawk il-fehmiet.
5. Mat-tlestija tal-programm ta’ eżami, is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dak il-programm lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri flimkien ma’ kwalunkwe ftehim li jkunu kkonkludew, fuq bażi volontarja dwar l-inkarigu tal-kompiti u d-delega tar-responsabbiltajiet f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
6. Il-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri għandu jiġi aġġornat mill-inqas darba fis-sena, jew aktar spiss jekk jitqies meħtieġ bħala riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 113 ta’ dik id-Direttiva.
7. Is-superviżur konsolidanti għandu jaġġorna l-programm ta’ eżami f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5.
Artikolu 12
Skambju ta’ informazzjoni f’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew tal-entitajiet tiegħu
F’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-grupp jew tal-entitajiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, is-superviżur konsolidanti u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II biex jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
Artikolu 13
Qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, is-superviżur konsolidanti għandu jħejji proposta għall-istabbiliment ta’ qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
2. Is-superviżur konsolidanti għandu jissottometti l-proposta tiegħu lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, jistedinhom jipprovdu l-fehmiet tagħhom u jindika skadenza għas-sottomissjoni ta’ dawk il-fehmiet.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jqis kwalunkwe fehma u riżerva espressi mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u, fejn dawk il-fehmiet u r-riżervi ma jkunux tqiesu, jipprovdi r-raġunijiet għal dan.
4. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika l-verżjoni finali tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.
5. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jirrieżaminaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza mill-inqas darba fis-sena u jaġġornaw dak il-qafas tal-kulleġġ fejn meħtieġ.
6. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4.
Artikolu 14
Skambju ta’ informazzjoni waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Superviżur konsolidanti li jsir konxju ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li taffettwa jew li x’aktarx taffettwa istituzzjoni jew fergħa tal-grupp stabbilita fi Stat Membru għandu jwissi lill-EBA u lill-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorvelja l-istituzzjoni jew il-fergħa affettwata jew li x’aktarx tiġi affettwata minn dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza mingħajr dewmien żejjed.
2. Membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li jsir konxju ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li taffettwa jew li x’aktarx taffettwa istituzzjoni jew fergħa tal-grupp stabbilita fi Stat Membru għandu jwissi lis-superviżur konsolidanti mingħajr dewmien żejjed.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jiżgura li l-membri l-oħra kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri jkunu infurmati b’mod adegwat dwar dan li ġej:
|
(a) |
il-valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmija fl-Artikolu 15; |
|
(b) |
ir-rispons superviżorju kkoordinat kif imsemmi fl-Artikolu 16, inklużi l-azzjonijiet meħuda jew ippjanati, u l-monitoraġġ tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 17; |
|
(c) |
il-miżuri bikrija ta’ intervent adottati skont l-Artikoli 27, 28 u 29 tad-Direttiva 2014/59/UE, kif rilevanti, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-koordinazzjoni ta’ dawk il-miżuri f’konformità mal-Artikolu 30 ta’ dik id-Direttiva, jew id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva. |
4. Sitwazzjoni ta’ emerġenza ristretta għal entità fi grupp speċifiku għandha tiġi ġestita mill-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-entità fi grupp flimkien mas-superviżur konsolidanti.
5. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, għandha tiġi aġġornata minnufih meta tkun disponibbli informazzjoni ġdida.
6. Meta l-iskambju ta’ informazzjoni jew kwalunkwe komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 issir bil-fomm, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonfermaw il-kontenut ta’ dik il-komunikazzjoni jew dik l-informazzjoni bil-miktub mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 15
Koordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, is-superviżur konsolidanti għandu jikkoordina l-iżvilupp ta’ abbozz ta’ valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu stess u tal-valutazzjoni tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
2. L-abbozz tal-valutazzjoni superviżorja kkoordinata għandu jkopri l-entitajiet fi grupp li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-fehmiet u l-valutazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-entitajiet fi grupp imsemmija fl-Artikolu 14(4) u l-input mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jitqiesu b’mod adegwat mis-superviżur konsolidanti.
3. Meta s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tkun ristretta għal entità speċifika fi grupp, il-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li jkun responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-entità fi grupp għandu jwettaq, flimkien mas-superviżur konsolidanti, il-valutazzjoni superviżorja tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Artikolu 16
Koordinazzjoni tar-rispons superviżorju ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, is-superviżur konsolidanti għandu jmexxi l-iżvilupp ta’ rispons superviżorju kkoordinat għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fir-rigward tal-grupp u tal-entitajiet fi grupp li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-fehmiet u l-valutazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li huma responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-entitajiet fi grupp għandhom jitqiesu b’mod adegwat mis-superviżur konsolidanti.
2. Meta s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tkun ristretta għal entità speċifika fi grupp, il-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li jkun responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-entità fi grupp għandu jwettaq, flimkien mas-superviżur konsolidanti, l-iżvilupp tar-rispons superviżorju kkoordinat għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
3. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ superviżorju għandhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr dewmien żejjed.
4. L-iżvilupp tal-valutazzjoni superviżorja kkoordinata ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmija fl-Artikolu 15 u l-iżvilupp tar-rispons superviżorju kkoordinat għal dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza jistgħu jitwettqu b’mod parallel.
Artikolu 17
Monitoraġġ u aġġornament tar-rispons superviżorju kkoordinat għal sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, is-superviżur konsolidanti għandu jikkoordina l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet superviżorji speċifikati fir-rispons superviżorju kkoordinat.
2. Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jinfurmaw lis-superviżur konsolidanti dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet superviżorji relatati mal-entitajiet fi grupp rispettivi tagħhom, kif rilevanti.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jipprovdi lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluża l-EBA, kwalunkwe aġġornament dwar il-monitoraġġ tar-rispons superviżorju kkoordinat. Dawk l-aġġornamenti għandhom ikopru l-grupp u l-entitajiet fi grupp li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
4. Is-superviżur konsolidanti u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw l-entitajiet fi grupp affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jaġġornaw ir-rispons superviżorju kkoordinat filwaqt li jqisu l-informazzjoni li jirċievu mingħand xulxin filwaqt li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dak ir-rispons.
5. Il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitwettqu mingħajr dewmien żejjed.
KAPITOLU 2
FUNZJONAMENT OPERATTIV TAL-KULLEĠĠI TAS-SUPERVIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 51(3) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE
Artikolu 18
Immappjar tal-istituzzjonijiet, l-istabbiliment ta’ kulleġġ tas-superviżuri, il-listi ta’ kuntatt u l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub
1. Għall-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fl-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
tistabbilixxi u taġġorna l-immappjar ta’ istituzzjoni; |
|
(b) |
tistabbilixxi kulleġġ superviżorju; |
|
(c) |
tistabbilixxi u taġġorna l-listi ta’ kuntatt; |
|
(d) |
tikkonkludi u temenda arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub. |
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-Artikoli 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 19
Laqgħat u attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tistabbilixxi kooperazzjoni regolari mal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri fil-forma ta’ laqgħat jew attivitajiet oħra.
2. L-organizzazzjoni ta’ laqgħat u attivitajiet, u l-objettivi tagħhom, għandhom jiġu kkomunikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluża l-EBA.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tistabbilixxi b’mod ċar l-objettivi tal-laqgħat jew tal-attivitajiet u għandha tiżgura li dawk l-objettivi jiġu riflessi fil-punti fl-aġenda tal-laqgħat jew tal-attivitajiet.
4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tibgħat l-aġenda proposta tal-laqgħa lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-Istat Membru domiċiljari, u lil dawk l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri li biħsiebha tistieden f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2025/791 u għandha tistedinhom jipproponu kwalunkwe punt addizzjonali fl-aġenda. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tqis kwalunkwe proposta dwar il-punti fl-aġenda magħmula minn dawk il-membri u l-osservaturi u għandha tispjega, fejn mitluba, ir-raġuni għaliex ma ġewx inkorporati dawk il-proposti.
5. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri li huma involuti f’laqgħa jew attività partikolari għandhom jiċċirkolaw id-dokumenti u l-kontribuzzjonijiet għad-dokumenti ta’ ħidma f’tali żmien qabel l-attività jew il-laqgħa sabiex jiġu kkunsidrati b’mod adegwat mill-membri parteċipanti u l-osservaturi tal-kulleġġ.
Artikolu 20
Qafas ġenerali għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri
1. Meta tirċeviha mingħand membru tal-kulleġġ superviżorju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri.
Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tqis li kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mhijiex rilevanti għal membru partikolari tal-kulleġġ tas-superviżuri, hija għandha l-ewwel tikkonsulta lil dak il-membru u tipprovdilu l-punti ewlenin tal-informazzjoni li tippermettilu jiddetermina ir-rilevanza ta’ dik l-informazzjoni.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jittrażmettu lil xulxin l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(4) tar-Regolament Delegat.
3. Fejn meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti u effettiv tal-kulleġġ tas-superviżuri, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha torganizza l-kulleġġ f’sottostrutturi differenti. Meta l-kulleġġ tas-superviżuri jkun organizzat f’sottostrutturi differenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri infurmati bis-sħiħ, mingħajr dewmien żejjed, dwar l-azzjonijiet meħuda jew il-miżuri mwettqa f’sottostrutturi differenti.
4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jiftiehmu dwar il-mezzi għall-iskambju ta’ informazzjoni u għandhom jispeċifikaw dak il-ftehim fl-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
Artikolu 21
Qafas ġenerali għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-osservaturi tal-kulleġġ tas-superviżuri
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dak l-Istat Membru malli jitlestew ir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji għall-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE.
2. F’każ ta’ avveniment ta’ effett materjali negattiv fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew tal-fergħat sinifikanti tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika lill-osservaturi rilevanti l-informazzjoni rilevanti kondiviża għall-finijiet tal-Artikolu 35 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791.
Artikolu 22
Programm ta’ eżami
1. Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri msemmi fl-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/UE u f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jipprovdu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.
2. Wara li tkun irċeviet il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tħejji abbozz ta’ programm ta’ eżami għall-kulleġġ tas-superviżuri.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiċċirkola l-abbozz tal-programm ta’ eżami lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u għandha tistedinhom jipprovdu l-fehmiet tagħhom bil-miktub dwar l-oqsma ta’ ħidma konġunta, u tindika skadenza għas-sottomissjoni ta’ tali fehmiet.
4. Għall-finijiet tat-tlestija tal-programm ta’ eżami, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tqis kwalunkwe fehma espressa mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u tispjega, fejn meħtieġ, ir-raġunijiet għaliex ma ġewx inkorporati dawk il-fehmiet.
5. Mat-tlestija tal-programm ta’ eżami, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika dak il-programm lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.
6. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha taġġorna l-programm ta’ eżami tal-kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu mill-inqas darba fis-sena, jew aktar ta’ spiss meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jqisu li tali aġġornament ikun meħtieġ bħala riżultat tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji mwettqa skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 23
Skambju ta’ informazzjoni f’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew il-fergħat sinifikanti tagħha
F’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jew il-fergħat sinifikanti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri rilevanti tal-kulleġġ tas-superviżuri kif imsemmija fl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II biex jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 24
Qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tħejji proposta għall-istabbiliment ta’ qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tippreżenta l-proposta tagħha għall-istabbiliment ta’ qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, tistedinhom jipprovdu l-fehmiet tagħhom, u tistabbilixxi skadenza għas-sottomissjoni ta’ dawk il-fehmiet.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tqis kwalunkwe fehma espressa mill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri u, fejn tali fehmiet ma jkunux tqiesu, tipprovdi r-raġunijiet għal dan.
4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkomunika l-verżjoni finali tal-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.
5. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom, mill-inqas fuq bażi annwali, jirrevedu u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
6. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jaġġornaw il-qafas tal-kulleġġ għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4.
Artikolu 25
Skambju ta’ informazzjoni waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, għandha tiġi aġġornata minnufih meta tkun disponibbli informazzjoni ġdida.
2. Meta l-iskambju ta’ informazzjoni jew kwalunkwe komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791 issir bil-fomm, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkonfermaw il-kontenut ta’ dik il-komunikazzjoni jew dik l-informazzjoni bil-miktub mingħajr dewmien żejjed.
3. Meta membru tal-kulleġġ superviżorju jsir konxju ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li taffettwa jew li x’aktarx taffettwa fergħa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, huwa għandu jwissi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 26
Koordinazzjoni tal-valutazzjoni superviżorja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 38 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ abbozz ta’ valutazzjoni superviżorja kkoordinata tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess u tal-valutazzjoni tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
2. L-abbozz tal-valutazzjoni superviżorja kkoordinata għandu jkopri l-fergħat li huma affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-fehmiet u l-valutazzjonijiet tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati għandhom jiġu riflessi b’mod adegwat fl-abbozz tal-valutazzjoni superviżorja kkoordinata.
3. Meta s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tkun ristretta għal fergħa speċifika, il-membru tal-kulleġġ tas-superviżuri li jkun responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik il-fergħa għandu jwettaq, flimkien mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, il-valutazzjoni superviżorja tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Artikolu 27
Koordinazzjoni, monitoraġġ u aġġornament tar-rispons superviżorju għal sitwazzjoni ta’ emerġenza
1. Hija u tiżviluppa r-rispons ikkoordinat għal sitwazzjoni ta’ emerġenza kif stabbilit fl-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/791, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tqis b’mod adegwat il-fehmiet tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri li jissorveljaw il-fergħat affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha, fejn rilevanti, tikkoordina l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni stabbilita fir-rispons superviżorju kkoordinat.
3. Il-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni miftiehma relatata mal-fergħat fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
4. Kwalunkwe aġġornament dwar il-monitoraġġ tar-rispons superviżorju kkoordinat għandu jiġi pprovdut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari lill-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluża l-EBA.
5. L-iżvilupp tal-valutazzjoni superviżorja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 26 u l-iżvilupp tar-rispons superviżorju kkoordinat għal dik is-sitwazzjoni ta’ emerġenza jistgħu jitwettqu b’mod parallel.
Artikolu 28
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/99 jitħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/99 tas-16 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ superviżuri skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/99/oj).
(3) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3117 tad-29 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (ĠU L, 2024/3117, 27.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3117/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/791 tat-23 ta’ April 2025 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2013/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (ĠU L 2025/791, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/791/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/100 tas-16 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċess ta’ deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni għal ċerti permessi prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/100/oj).
ANNESS I
Mudell tal-immappjar
ANNESS II
Mudell dwar arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub tal-kulleġġ superviżorju stabbilit għall- Grupp <XY>/Istituzzjoni <A>
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
A. Introduzzjoni
|
B. Grupp <XY>/Istituzzjoni <A> u identifikazzjoni tal-membri u l-osservaturi
a. Deskrizzjoni u struttura tal-Grupp <XY>/Istituzzjoni <A>
|
b. Identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li huma membri tal-kulleġġ
|
c. Identifikazzjoni tal-awtoritajiet li jipparteċipaw fil-kulleġġ bħala osservaturi
|
C. Qafas ta’ interazzjoni ta’ koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni
|
D. Qafas ta’ interazzjoni ta’ koordinazzjoni mal-kulleġġ għall-AML/CFT
|
E. Qafas għall-interazzjoni mal-kulleġġ tal-konglomerat finanzjarju
|
F. Qafas ta’ interazzjoni ta’ koordinazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra fl-Istati Membri u awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi
|
G. Qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni
|
H. Trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali
|
I. L-arranġamenti ta’ governanza dwar l-inkarigu ta’ kompiti u delega ta’ responsabbiltajiet, fejn relevanti
|
J. Deskrizzjoni tas-sottostrutturi differenti tal-kulleġġ, fejn rilevanti u deskrizzjoni tal-arranġament ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ kulleġġi superviżorji stabbiliti fir-rigward tal-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE
|
QAFAS GĦALL-IPPJANAR U L-KOORDINAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET SUPERVIŻORJI F’SITWAZZJONIJIET TA’ NEGOZJU AVVJAT
K. Qafas għall-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat
|
L. Politika ta’ komunikazzjoni tal-kulleġġi mal-impriża jew l-istituzzjoni omm tal-UE u s-sussidjarji jew il-fergħat tagħha
|
M. Kwalunkwe ftehim ieħor dwar il-funzjonament tal-kulleġġ bejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u membri u osservaturi oħra tal-kulleġġ
|
KOOPERAZZJONI F’KAŻ TA’ EVENT TA’ EFFETT MATERJALI AVVERS FUQ IL-PROFIL TAR-RISKJU TAL-GRUPP JEW TAL-ENTITAJIET TIEGĦU STABBILITI FI STAT MEMBRU
|
QAFAS GĦALL-IPPJANAR U L-KOORDINAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET SUPERVIŻORJI BI TĦEJJIJA GĦAL SITWAZZJONIJIET TA’ EMERĠENZA U WAQTHOM
N. Introduzzjoni u identifikazzjoni tal-persuni ta’ kuntatt u d-dettalji ta’ kuntatt għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
|
O. Informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’sitwazzjoni ta’ emerġenza
a. Qafas dwar l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza
|
b. Qafas għall-proċeduri ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni għal sitwazzjoni ta’ emerġenza
|
c. Qafas għall-ġestjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza
|
d. Qafas għall-Komunikazzjoni Esterna
|
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(1) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).
(2) Ir-Regolament Delegat (UE) 2025/791 tat-23 ta’ April 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/98 (ĠU L, 2025/791, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/791/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/790 tat-23 ta’ April 2025 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri (ĠU L, 2025/790, 8.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/790/oj).
(4) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/59/oj).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 tat- 23 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta' deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/710/oj).
Anness A
Lista ta’ kuntatt
|
|
L-aħħar aġġornament: |
|
||||||
|
Awtorità |
Isem il-kuntatt u t-titlu tal-impjieg |
Numru tat-telefown |
Indirizz tal-posta elettronika |
||||
|
Superviżur konsolidanti / Awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari |
|
Linja fissa Numru tal-mowbajl Linja fissa Numru tal-mowbajl |
|
||||
|
Awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti |
|
Linja fissa Numru tal-mowbajl Linja fissa Numru tal-mowbajl |
|
||||
|
EBA |
|
|
|
||||
|
Awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz Awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp Superviżur ewlieni tal-kulleġġ għall-AML/CFT |
|
|
|
||||
|
Jekk rilevanti: Awtorità ta’ riżoluzzjoni Awtorità AML/CFT |
|
|
|
||||
Anness B
Lista ta’ kuntatt ta’ emerġenza
|
L-Aħħar Aġġornament: |
|
|||||||
|
Awtorità |
Isem il-kuntatt u t-titlu tal-impjieg |
Numru tat-telefown |
Numru barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju |
Indirizz tal-posta elettronika |
||||
|
Superviżur konsolidanti / Awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari |
|
Linja fissa Numru tal-mowbajl Linja fissa Numru tal-mowbajl |
|
|
||||
|
Awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti |
|
Linja fissa Numru tal-mowbajl Linja fissa Numru tal-mowbajl |
|
|
||||
|
EBA |
|
|
|
|
||||
|
Awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz Awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp Superviżur ewlieni tal-kulleġġ għall-AML/CFT |
|
|
|
|
||||
|
Jekk rilevanti: Awtorità ta’ riżoluzzjoni Awtorità AML/CFT |
|
|
|
|
||||
|
Indirizz tal-posta elettronika sigur għall-użu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza: |
||||||||
|
URL tas-sit web sigur għall-użu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza: |
||||||||
Anness C
Lista ta’ indikaturi
|
|
Oqsma koperti |
Lista miftiehma ta’ indikaturi |
|
Oqsma obbligatorji: |
|
|
Kapital u ingranaġġ |
|
|
Likwidità |
|
|
Kwalità tal-assi |
|
|
Finanzjament |
|
|
Profittabilità |
|
|
Riskju tal-konċentrazzjoni |
|
|
Oqsma addizzjonali/fakultattivi: |
|
|
|
|
|
|
|
Anness D
Mudell indikattiv għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’każ ta’ event ta’ effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju
|
|
Tip ta’ informazzjoni |
Deskrizzjoni |
|||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-event |
||||||||||||||
|
1 |
L-event, li għandu l-potenzjal li jikkawża effett materjali avvers fuq il-profil tar-riskju u li jiġġustifika monitoraġġ superviżorju mill-qrib |
In-natura u d-deskrizzjoni tal-event, inkluża s-severità tiegħu. L-event jaffettwa biss il-grupp/l-entità/l-entitajiet fi grupp, jew jaffettwa aktar entitajiet fi Stat Membru/fl-UE? |
||||||||||||
|
2 |
L-impatt tal-event fuq is-suq finanzjarju |
Jekk l-event jaffettwa aktar entitajiet fi Stat Membru/fl-UE, deskrizzjoni qasira ta’ kif l-event jaffettwa s-swieq finanzjarji f’dawn il-ġuriżdizzjonijiet. |
||||||||||||
|
3 |
L-impatt sistemiku tal-event |
L-event għandu potenzjal li jiżviluppa impatt sistemiku fi Stat Membru/fl-UE? |
||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet milquta |
||||||||||||||
|
4 |
Entità milquta |
Isem |
||||||||||||
|
5 |
Awtorità Kompetenti |
Is-superviżur tal-entità milquta |
||||||||||||
|
6 |
Tip ta’ istituzzjoni |
|
||||||||||||
|
7 |
L-importanza tal-entità milquta |
|
||||||||||||
|
8 |
Implikazzjonijiet ewlenin tal-event ta’ effett materjali avvers fuq l-entità |
Implikazzjonijiet diretti u indiretti tal-event fuq il-kapaċità tal-entità:
b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva attwali jew prevista. |
||||||||||||
|
9 |
Għall-fini tal-Entrata 8 (Implikazzjonijiet ewlenin) jintużaw l-indikaturi li ġejjin |
Mil-lista maqbula ta’ indikaturi inklużi fl-Anness C, elenka dawk li jiġu kondiviżi jekk iseħħ event (dan ma jipprevjenix lis-superviżuri milli jikkondividu aktar indikaturi) |
||||||||||||
|
10 |
Vulnerabbiltajiet tal-istituzzjoni li jaggravaw l-event |
Dettalji tal-vulnerabbiltajiet, li jistgħu jaggravaw l-effetti tal-event (eż. vulnerabbiltajiet tas-sistemi tal-IT, mudelli ta’ prenotazzjoni, preżenza transfruntiera, kwistjonijiet legali jew regolatorji) |
||||||||||||
|
11 |
Kontaġju intragrupp |
b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva attwali jew prevista. |
||||||||||||
|
12 |
Kontaġju estern |
b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva attwali jew prevista. |
||||||||||||
|
Azzjonijiet, miżuri u komunikazzjoni |
||||||||||||||
|
13 |
Miżuri u azzjonijiet meħuda mill-grupp |
Miżuri u azzjonijiet meħuda mill-entità u l-impatt tagħha fuq
b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva attwali jew prevista. |
||||||||||||
|
14 |
Miżuri u azzjonijiet ippjanati li għandhom jittieħdu mill-grupp |
Miżuri u azzjonijiet li huma ppjanati li jittieħdu mill-istituzzjoni/grupp, u l-impatt mistenni tagħhom fuq
b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva attwali jew prevista. |
||||||||||||
|
15 |
Azzjonijiet meħuda mill-Awtorità Kompetenti |
Deskrizzjoni tal-azzjonijiet, l-għan u l-effett(i) tagħhom. |
||||||||||||
|
16 |
Azzjonijiet ippjanati li għandhom jittieħdu mill-Awtorità Kompetenti |
Deskrizzjoni tal-azzjonijiet, l-għan u l-effett(i) previst(i) tagħhom. |
||||||||||||
|
17 |
Komunikazzjoni Esterna tal-grupp |
Stqarrijiet għall-istampa u komunikazzjonijiet esterni oħra tal-grupp. |
||||||||||||
|
18 |
Komunikazzjoni esterna ppjanata tal-Awtorità Kompetenti |
Stqarrijiet għall-istampa u komunikazzjonijiet esterni oħra ppjanati mill-Awtorità Kompetenti. |
||||||||||||
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni |
Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/99 |
|
mhux applikabbli |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
— |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 21 |
— |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 23 |
— |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 28 |
|
|
Artikolu 29 |
Artikolu 25 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/790/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)