19.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1559

tat-18 ta' Settembru 2015

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-“Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat l-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2014 mis-Saint-Gobain PAM Group, (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili. L-ilment kien jinkludi evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Fil-11 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili li joriġina mill-Indja u bdiet investigazzjoni separata. Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Dik l-investigazzjoni għadha għaddejja.

1.2.   Il-partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Indjani, lil importaturi, fornituri u utenti, negozjanti magħrufa, kif ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa bħala kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkumentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta' smigħ biex tikkumenta dwar il-bidu.

1.2.1.   Kampjunar

(6)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-kampjunar tal-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni

(7)

Ma kien meħtieġ l-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni. Hemm biss tliet kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u tnejn minnhom, li jirrappreżentaw madwar 96 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, ikkooperaw fl-investigazzjoni.

(8)

Fir-rigward tal-importaturi, biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Ma kienx hemm importaturi mhux relatati li ppreżentaw lilhom infushom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta' bidu.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Indja

(9)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Indja sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Indja għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(10)

Żewġ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Huma koprew 100 % tal-esportazzjonijiet mill-Indja matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.2.2.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw, lit-tliet produtturi tal-Unjoni, kif ukoll lill-utenti li għamlu lilhom infushom magħrufin fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu.

(12)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani, minn żewġ produtturi tal-Unjoni u diversi tużżani ta' utenti.

1.2.3.   Żjarat ta' verifika

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li tqieset neċessarja għal determinazzjoni provviżorja ta' dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

—

SAINT-GOBAIN PAM, Pont-à-Mousson, Franza; SAINT-GOBAIN PAM ESPANA S.A., Madrid, Spanja; SAINT-GOBAIN PAM Deutschland GmbH, Saarbrücken, il-Ġermanja

—

Duktus Rohrsysteme Wetzlar GmbH, Wetzlar, il-Ġermanja

Il-kumpaniji tal-bejgħ relatati

—

SAINT-GOBAIN PAM PORTUGAL S.A., Lisbona, il-Portugall

—

SAINT-GOBAIN PAM ITALIA S.p.A., Milan, l-Italja

—

SAINT-GOBAIN PAM UK, Stanton-by-Dale, ir-Renju Unit

—

SGPS BELGIUM S.A., Landen, il-Belgju

Produtturi li jesportaw fl-Indja

—

Electrosteel Castings Ltd, Kolkota, l-India, u l-kumpanija relatata tagħha Lanco Industries Limited (li issa hija magħrufa bħala Srikalahasthi Pipes Limited), Andhra Pradesh, l-India.

—

Jindal Saw Limited, New Delhi, l-India

Importaturi/kummerċjanti relatati

—

Electrosteel Europe S.A., Franza, li għandha l-fergħat li ġejjin:

—

Electrosteel Europe S.A. Sucursal En Espana, Spanja

—

Electrosteel Europe S.A. Succursale Italia, l-Italja

—

Electrosteel Europe S.A. Niederlassung Deutschland, il-Ġermanja

—

Electrosteel Castings (UK) Ltd, ir-Renju Unit

—

Electrosteel Trading S.A. (Spanja)

—

Jindal Saw Italia SPA, l-Italja

—

Jindal Saw Pipeline Solutions Limited, ir-Renju Unit

1.3.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(14)

L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(15)

Il-prodott ikkonċernat huwa tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali) (“pajpijiet duttili”) li joriġina mill-Indja, li attwalment jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 u ex 7303 00 90 . Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

(16)

Il-pajpijiet duttili jintużaw għall-provvista tal-ilma tax-xorb, ir-rimi ta' drenaġġ u t-tisqija ta' art agrikola. It-trasport tal-ilma permezz ta' pajpijiet duttili jista' jkun ibbażat fuq il-pressa jew fuq il-gravità weħedha. Il-pajpijiet ivarjaw bejn 60 mm u 2 000 mm u huma twal 5,5, 6,7 jew 8 metri. Dawn normalment ikunu miksija b'siment jew materjali oħra u miksija biż-żingu, miżbugħa jew miksija bit-tejp fuq barra. L-utenti finali ewlenin huma l-kumpaniji tal-utilitajiet pubbliċi.

2.2.   Il-prodott simili

(17)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Indja kif ukoll il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi.

(18)

Għaldaqstant f'dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Valur normali

(19)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(20)

Imbagħad il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b'bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(21)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-bejgħ domestiku ta' ċerti tipi ta' prodotti ma kienx rappreżentattiv minħabba li kien jirrappreżenta anqas minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli għall-Unjoni.

(22)

Imbagħad il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(23)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li hu daqs jew ogħla mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott hu daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(24)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(25)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta' prodotti biss matul il-perjodu tal-investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott huwa anqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(26)

Il-bejgħ domestiku użat għall-valur normali taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ikun sar direttament lil klijenti indipendenti. L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li xi bejgħ domestiku ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, għat-tipi ta' prodott li nstab li kienu identiċi jew komparabbli ma' tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu jew, fejn applikabbli, bħala medja ponderata ta' bejgħ bi profitt biss.

(27)

Għal dawk it-tipi ta' prodotti li għalihom ma kienx hemm, jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali, skont l-Artikoli 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(28)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili ta' kull produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu tal-investigazzjoni:

(a)

il-kostijiet tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-produtturi esportaturi investigati mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni; kif ukoll

(b)

il-profitt medju ponderat li jsir mill-prodottur esportatur li kkoopera mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(29)

L-ilmentatur iddikjara li t-taxxa tal-esportazzjoni Indjana fuq il-minerali tal-ħadid, li kienet tammonta għal 30 % fil-PI, baxxiet il-prezzijiet domestiċi tal-minerali tal-ħadid u naqqset l-ispiża tal-materja prima ewlenija għall-produtturi li jesportaw għal 40 % tal-prezz tas-suq dinji, u l-effett fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF UE tal-pajpijiet duttili allegatament kienu ta' 40-100 EUR/għal kull tunnellata jew 8-17 % tal-prezz tal-esportazzjoni. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-ilmentatur talab li l-valur normali għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

(30)

Il-produtturi esportaturi allegaw li l-prezzijiet li bihom huma jixtru minerali tal-ħadid fl-Indja huma simili għall-prezz li bih jiġu esportati l-minerali tal-ħadid mill-Indja. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi sostna, iżda biss wara ż-żjarat ta' verifika fl-Indja, li beda jixtri minerali tal-ħadid minn pajjiżi terzi wara l-PI.

(31)

L-evidenza miġbura sa issa ma ppermettietx lill-Kummissjoni proviżorjament tistabbilixxi jekk il-prezzijiet domestiċi Indjani tal-minerali tal-ħadid humiex imrażżna meta mqabbla ma' swieq oħrajn.

(32)

Għaldaqstant, il-pretensjoniiet tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi ma setgħux jiġu vverifikati, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni u se jiġu investigati aktar fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, kif ukoll fl-investigazzjoni parallela antisussidju.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(33)

Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi. L-esportazzjonijiet li jsiru direttament lil klijenti indipendenti kienu jirrappreżentaw biss madwar 1 % tat-total ta' esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni.

(34)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas relament jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(35)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, l-aġġustamenti tal-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż għall-kostijiet SG&A, u għall-profitti dovuti. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati, intuża profitt medju ta' 3,7 %, ibbażat fuq id-dejta mill-ilment.

(36)

Wieħed mill-produtturi esportaturi stqarr li minflok ma jiġi applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-prezzijiet ta' trasferiment bejn il-produttur esportatur u l-kumpaniji relatati tiegħu fl-UE. Hija sostniet li dawn il-prezzijiet huma affidabbli, peress li l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa (għal skopijiet ta' VAT u taxxa fuq id-dħul) ta' xi Stati Membri aċċettaw li t-tranżazzjonijiet bejn in-negozjanti u l-kumpanija ewlenija jkunu distakkati.

(37)

Il-Kummissjoni provviżorjament irrifjutat din il-pretensjoni għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, l-għan tal-verifika tal-awtoritajiet doganali huwa differenti ħafna minn dak li l-Kummissjoni twettaq fil-kuntest ta' investigazzjoni antidumping. F'dan il-każ, peress li d-dazji doganali huma żero, l-awtoritajiet doganali ma kellhom l-ebda inċentiv biex jiddubitaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni ddikjarata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċevietx biżżejjed evidenza li turi li l-awtoritàjiet tat-taxxa rrikonoxxew espressament il-prezzijiet tal-esportazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-kumpaniji relatati tagħhom fl-UE.

(38)

It-tieni nett, il-pretensjoni li l-awtoritajiet tal-VAT aċċettaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni distakkati lanqas ma setgħet tiġi aċċettata peress li l-kumpanija xorta tiġi rimborsata l-VAT miġbura fil-mument li tbigħ l-oġġetti importati.

(39)

Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur irrefera għaż-żewġ Regolamenti tal-Kunsill fejn il-prezzijiet ta' trasferiment kienu ġew aċċettati (4). Madankollu, fiż-żewġ każijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tista' tqabbel il-bejgħ permezz ta' importaturi relatati mal-bejgħ permezz ta' dawk mhux relatati, li huwa impossibbli f'dan il-każ peress li l-bejgħ permezz ta' importaturi mhux relatati ma kienx rappreżentattiv (madwar 1 % tal-bejgħ kollu fl-UE).

(40)

Fir-rigward tal-produttur esportatur l-ieħor, parti mill-bejgħ totali tal-esportazzjoni (madwar 10-17 %) ma nbiegħx mill-ġdid fil-kundizzjonijiet li fihom kien importat minħabba li dan ġie pproċessat minn kumpanija relatata fl-Italja. Din il-kumpanija relatata importat pajpijiet semiproċessati (issaldjati) li mbagħad ġew ipproċessati aktar biż-żieda ta' kisi estern (żingu) u intern (siment) lill-pajpijiet. Kemm il-pajpijiet issaldjati kif ukoll il-pajpijiet lesti impurtati huma prodott ikkonċernat. Il-kisi intern u estern tal-pajpijiet jeħtieġ investimenti sostanzjali f'makkinarju u tagħmir, materja prima kif ukoll għadd ta' impjegati bi kwalifiki speċifiċi.

(41)

Fil-każ fejn il-prodotti mhumiex mibjugħa mill-ġdid fil-kundizzjoni li ġew impurtati fiha, il-Kummissjoni tista' taħdem il-prezz tal-esportazzjoni “fuq kwalunkwe bażi raġonevoli”, kif previst fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, il-Kummissjoni provviżorjament iddeċidiet li taġġusta l-prezz li bih il-prodott ipproċessat inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni bil-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgћ mill-ġdid (minbarra l-kostijiet tal-ipproċessar), il-kostijiet (SĠ&A) u għal profitt. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kostijiet tal-ipproċessar sostnuti fl-UE, il-Kummissjoni se tkompli tinvestiga biex tiddetermina jekk aġġustament huwiex xieraq u f'liema livell. Fin-nuqqas ta' kull riferiment ieħor raġonevoli, intużat medja ta' profitt ta' 3,7 %, bħala livell ta' profitt ta' importatur mhux relatat, ibbażata fuq dejta mill-ilment. Ir-raġunijiet biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni fuq din il-bażi huma dawn li ġejjin:

—

il-pajpijiet issaldjati importati mhumiex mibjugħa fis-suq tal-Unjoni minħabba li dawn ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe provvista tal-ilma jew tad-drenaġġ mingħajr aktar ipproċessar. Għall-istess raġuni, l-pajpijiet issaldjati lanqas ma jinbigħu fuq is-suq domestiku fl-Indja;

—

fid-dawl tal-kobor tal-kostijiet tal-ipproċessar, li huma sostanzjali b'riżultat tat-tagħmir, il-materja prima u x-xogħol meħtieġa biex ibiddlu l-pajpijiet issaldjati importati fi prodott li jista' jintuża, tnaqqis ta' dawn l-kostijiet, li huma ħafna ogħla mill-kost li jitlesta prodott skont il-ħtiġijiet tal-konsumatur, iwassal għal riżultat artifiċjali u mhux raġonevoli.

(42)

Fir-rigward ta' prodotti oħra li kienu importati, iż-żewġ produtturi esportaturi kellhom importatur relatat fir-Renju Unit li kompla jipproċessa ulterjorment il-prodotti importati billi jżid flanġijiet u jaqtal-pajpijiet f'daqsijiet iżgħar.

(43)

Il-Kummissjoni provviżorjament ħadmet il-prezz tal-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti l-oħra skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, billi aġġustat il-prezz li bih il-prodott importat inbiegћ mill-ġdid gћall-ewwel darba lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni billi l-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-kostijiet tal-ipproċessar fl-Unjoni, l-kostijiet SG&A, u għall-profitt, sabiex il-prezz jinġieb lura għall-prezz mhux ipproċessati (mhux maqtugħin u/jew mingħajr flanġijiet). Fin-nuqqas ta' kull riferiment ieħor raġonevoli, intużat medja ta' profitt ta' 3,7 %, bħala livell ta' profitt ta' importatur mhux relatat, ibbażata fuq dejta mill-ilment.

(44)

Wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta li għat-tipi ta' prodotti li ma nbigħux mill-ġdid fil-kundizzjonijiet li fihom kienu importati minħabba li kienu ġew ipproċessati minn kumpanija relatata, il-Kummissjoni għandha taħdem il-prezz tal-esportazzjoni, mhux fuq bażi tal-prezzijiet miżmuma lill-ewwel klijenti independenti, iżda minflok fuq il-bażi tal-bejgħ dirett tal-produtturi li jesportaw lejn l-UE, possibbilment flimkien mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-kumpanija lejn klijenti indipendenti f'pajjiżi terzi.

(45)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-approċċ issuġġerit għandu jiġi miċħud. L-ewwel nett, il-bejgħ dirett lejn l-UE tal-produttur esportatur kien marġinali ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kemm fil-volum kif ukoll fil-valur u għalhekk mhuwiex rappreżentattiv. It-tieni, il-bejgħ lil pajjiżi terzi mhuwiex bażi raġonevoli billi dan ma jirriflettix il-pożizzjoni ekonomika u l-imġiba tal-produttur esportatur fis-suq tal-Unjoni, speċjalment minħabba l-fatt li l-produttur esportatur ma biegħx lill-Unjoni fi kwantitajiet kbar permezz ta' negozjanti relatati matul l-istess perjodu.

(46)

Il-prodottur esportatur argumenta wkoll li l-aġġustamenti għandhom ikunu limitati għal dawk “imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid” u għandhom għalhekk ikunu marbuta mal-proċess ta' bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, dawn l-kostijiet jistgħu pereżempju ma jinkludux il-kostijiet SG&A li normalment jiġġarrbu minn produttur, proċessur jew esportatur. Il-kostijiet SG&A tal-kumpaniji relatati fl-UE ma jkunux spejjeż raġonevoli għal sempliċi importatur. Il-produttur esportatur u l-kumpaniji relatati tiegħu fl-UE huma allegatament entità ekonomika waħda, fatt li għandu jkollu impatt fuq it-tip ta' aġġustamenti li jistgħu jsiru biex jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni.

(47)

Il-kumpanija argumentat ukoll li l-SG&A u l-profitt li għandhom jintużaw biex jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid sabiex dawn ikunu jirrigwardaw biss attività ta' importatur.

(48)

Fir-rigward tal-argument li l-aġġustamenti għandhom ikunu limitati għal dawk “imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid”, il-Kummissjoni tirreferi għall-każistika stabbilita tal-Qrati Ewropej li tgħid li l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma jipprojbixxix li jsiru aġġustamenti għall-kostijiet imġarrba qabel l-importazzjoni, sa fejn dawn il-kostijiet normalment jitħallsu mill-importatur. Barra minn hekk, jirriżulta minn din il-każistika li l-eżistenza ta' entità ekonomika waħda ma taffettwax l-applikabbiltà u l-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Din il-każistika timplika wkoll li l-fatt li l-kumpaniji relatati jwettqu biss ċerti funzjonijiet ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku iżda huwa rifless f'ammont aktar baxx ta' SG&A li għandu jitnaqqas mill-prezz li bih il-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti. Fi kwalunkwe każ, il-parti interessata li tixtieq tikkontesta l-ammont ta' aġġustamenti magħmul fuq il-bażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għandha l-oneru tal-prova. Għalhekk, jekk din il-parti tqis li l-aġġustamenti ikun eċċessiv għandha tagħti provi speċifiċi u kalkoli li jiġġustifikaw dawk il-pretensjonijiet u, b'mod partikolari, ir-rata alternattiva. Peress li l-Kummissjoni hija tal-fehma li l-livell ta' SG&A użat proviżorjament għall-bini tal-prezz tal-esportazzjoni jirrifletti l-funzjonijiet imwettqa mill-kumpaniji relatati hija provviżorjament ċaħdet dawn il-pretensjonijiet.

3.3.   Tqabbil

(49)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ex–works.

(50)

L-ilmentatur talab lill-Kummissjoni biex tapplika l-metodoloġija eċċezzjonali tad-dumping immirat stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku tal-AD minħabba li “hemm mudell ta' prezzijiet tal-esportazzjoni li jvarja b'mod sinifikanti fost ix-xerrejja u r-reġjuni differenti, li se jirriżulta f'marġini ta' dumping ogħla b'mod sinifikanti [minħabba li] l-esportaturi Indjani qed jimmiraw lejn […] ir-Renju Unit, Spanja, l-Italja u Franza u xi klijenti kbar”.

(51)

Il-Kummissjoni provviżorjament ċaħdet l-allegazzjonijiet ta' dumping immirat minħabba li l-ilmentatur naqas milli jibgħat biżżejjed evidenza biex isostni l-allegazzjoni tiegħu. L-unika prova mressqa kienet id-dejta tal-Eurostat li turi li l-maġġoranza tal-esportazzjonijiet lejn l-UE tal-produtturi esportaturi jidħlu permezz ta' erba' Stati Membri biss. Madankollu, dawn l-esportazzjonijiet jistgħu jintbagħtu sussegwentement lejn Stati Membri oħra wkoll. Barra minn hekk, u aktar importanti minn hekk, ma ntbagħtet l-ebda dejta li tixhed id-differenzi fil-prezzijiet bejn l-Istati Membri.

(52)

Flimkien ma' dan, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi mudell ta' prezzijiet tal-esportazzjoni li jvarja b'mod sinifikanti fost ix-xerrejja u r-reġjuni differenti. L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni li jbigħu f'xi Stati Membri kienu aktar baxxi mill-medja tal-Unjoni, iżda dan ma setax jintrabat ma' kwalunkwe prattika partikolari ta' dumping immirat, għaliex dan kien diġà l-każ qabel ma l-produtturi esportaturi Indjani bdew jesportaw lejn l-UE.

(53)

Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport u l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, l-ippakkjar, il-kostijiet ta' kreditu, il-kostijiet tal-bank, il-kummissjonijiet, l-imposti ta' importazzjonijiet u l-kostijiet ta' wara l-bejgħ. Madankollu, ma sar l-ebda aġġustament għal rifużjoni ta' dazju, minħabba li produtturi esportaturi naqsu milli juru li t-taxxa li ma tħallsitx jew li ma ngħatax lura fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni hija inkluża fil-prezz domestiku.

(54)

Il-produtturi esportaturi Indjani għamlu talba fi stadju ferm tard tal-investigazzjoni li hemm differenzi fiżiċi sostanzjali fin-Numri ta' Kontroll tal-Prodott (PCNs) li jitolbu aġġustamenti għal tqabbil ġust tal-prezzijiet jew l-esklużjoni ta' ċerti prodotti mibjugħa mill-ilmentatur. Madankollu, l-informazzjoni li turi dawn id-differenzi f'karatteristiċi fiżiċi u valur potenzjali ta' aġġustamenti ma ġietx issostanzjata biżżejjed biex tieħu pożizzjoni f'dan l-istadju tal-investigazzjoni. Din il-pretensjoni għalhekk qed tiġi provviżorjament miċħuda.

3.4.   Marġni ta' dumping

(55)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(56)

Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu 100 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni ta' dumping residwu fil-livell tal-kumpanija li kkooperat bl-ogħla marġni ta' dumping.

(57)

Il-marġini provviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Isem il-kumpanija

Marġini Provviżorju tad-dumping

Jindal Saw Ltd

31,2 %

Electrosteel Casting Ltd

15,3 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,2 %

4.   ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(58)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(59)

Peress li hemm biss tliet produtturi tal-Unjoni u SG PAM Group ipprovda d-dejta għas-sussidjarji tiegħu u l-estimi għall-uniku produttur tal-Unjoni li ma kkooperax, iċ-ċifri kollha huma ppreżentati f'forma b'indiċi jew f'sensiela ta' limiti sabiex tiġi protetta l-kunfidenzalità tal-produttur l-ieħor tal-Unjoni li kkoopera mal-investigazzjoni.

(60)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal 550 000-650 000 tunnellata, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-produzzjoni totali tal-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni ppreżentata fl-ilment għall-produttur li ma kkooperax u d-dejta li nġabret mingħand il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw matul l-investigazzjoni. Kif indikat fil-premessa (7), hemm biss tliet produtturi fl-Unjoni u t-tnejn li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 96 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(61)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, flimkien mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta miġbura minn produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u mill-informazzjoni mogħtija fl-ilment għall-produttur li ma kkooperax. Il-volumi tal-importazzjoni ġew estratti mid-dejta tal-Eurostat.

(62)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Konsum tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

PI

Indiċi

100

84

83

97

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, informazzjoni li tinsab fl-ilment u l-Eurostat

(63)

Il-konsum ġenerali tal-Unjoni naqas bi 3,3 % waqt il-perjodu kkunsidrat. Il-konsum tal-Unjoni naqas u reġa' żdied — naqas b'mod sinifikanti bejn l-2011 u l-2012 (b'aktar minn 16 %), iżda żdied sostanzjalment fil-perjodu tal-investigazzjoni. L-utenti finali ta' pajpijiet tal-ħadid duttili huma utilitajiet tal-provvista tal-ilma, kumpaniji tad-drenaġġ u t-tisqija. Spiss dawn ikunu entitajiet pubbliċi dipendenti fuq finanzjament mill-gvern. Fl-2011 u l-2012, il-kriżi ekonomika saret kriżi kompluta tad-dejn tal-gvern. Dan ħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Unjoni biex inaqqsu drastikament l-investiment u n-nefqa pubblika, li jispjega tnaqqis sinifikanti fid-domanda għal pajpijiet duttili, l-aktar f'pajjiżi bħal Spanja, il-Portugall u l-Italja.

4.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(64)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Id-dejta tal-Eurostat kienet skont id-dejta ppreżentata mill-produtturi esportaturi mill-Indja. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq l-istess bażi.

(65)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi) u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

PI

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja

75 000 – 85 000

60 000 – 70 000

75 000 – 85 000

95 000 – 105 000

L-Indiċi tal-volum tal-importazzjonijiet

100

83

101

123

L-Indiċi tas-Sehem mis-Suq

100

99

122

127

Sors: Eurostat, tweġibiet għall-kwestjonarji

(66)

Il-Volumi ta' importazzjoni Indjani żdiedu b'mod sinifikanti b'aktar minn 22 % matul il-perjodu kkunsidrat minkejja li s-suq kien qed jiċkien. Il-produtturi esportaturi Indjani kisbu 3.5 punti perċentwali ta' sehem mis-suq fl-istess perjodu.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(67)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata mill-produtturi esportaturi mill-Indja u mill-industrija tal-Unjoni.

(68)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppa kif ġej:

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata metrika)

 

2011

2012

2013

PI

L-Indja

650 - 750

700 - 800

600 - 700

600 - 700

Indiċi

100

106

99

98

Sors: Eurostat, tweġibiet għall-kwestjonarji

(69)

Il-prezzijiet Indjani naqsu ftit matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Il-prezzijiet Indjani żdiedu fl-2012 (b'5,7 %), iżda naqsu aktar fl-2013 (b' – 6,2 %).

(70)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal-livell ta' prezz mill-fabbrika; kif ukoll

(b)

il-prezzijiet medji ponderati li kkorrispondew għal kull tip ta' prodott tal-importazzjoni mill-prodotturi li kkooperaw Indjani lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq il-bażi ta' kost, assigurazzjoni, ġarr (CIF), b'aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(c)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ingħata bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz b'medja ponderata ta' 34 % u 42,4 % għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(71)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(72)

Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsarat makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta miġbura fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u l-estimi inklużi fl-ilment għall-produttur li ma kkooperax. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(73)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(74)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir ta' kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(75)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

PI

Indiċi tal-Volum ta' Produzzjoni

100

79

91

101

Indiċi tal-Kapaċità ta' Produzzjoni

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità (%)

52 - 57

42 - 47

45 - 50

53 - 58

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u l-informazzjoni li tinsab fl-ilment

(76)

Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni kienet ftit ogħla matul il-perjodu ta' investigazzjoni milli kienet fl-2011, minkejja ħafna inqas bejgħ tal-UE fil-perjodu ta' investigazzjoni. Iż-żieda fil-produzzjoni hija spjegata miż-żieda fil-bejgħ għall-esportazzjoni.

(77)

Il-kapaċità baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità żdied ftit f'konformità maż-żieda fil-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-użu tal-kapaċità baqa' baxx, fil-livell ta' [53-58 %]. Il-produzzjoni tal-pajpijiet tal-ħadid duttili hija settur ikkaratterizzat minn spejjeż fissi relattivament għoljin. L-użu baxx tal-kapaċità jiddeterjora l-assorbiment tal-ispejjeż fissi, li hija waħda mill-kawżi tal-profitabilità baxxa tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(78)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Il-volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-Industrija tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

PI

L-indiċi tal-volum ta' bejgħ

100

83

81

94

Indiċi tas-Sehem mis-Suq

100

100

97

97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, informazzjoni li tinsab fl-ilment u l-Eurostat

(79)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b' 6,4 % matul il-perjodu kkunsidrat għal 450-500 000 fil-perjodu ta' investigazzjoni. L-industrija tal-Unjoni tilfet volum ta' bejgħ akbar b'mod sinifikanti mill-volum ta' tnaqqis fil-konsum.

4.4.2.3.   It-tkabbir

(80)

Il-konsum totali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni naqas bi kważi 3,3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-konsum naqas b'mod drastiku fl-2012 b'aktar minn 16 %, baqa' batut fl-2013 u beda jirkupra fil-perjodu ta' investigazzjoni. Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kif ukoll l-importazzjonijiet Indjani naqsu f'konformità mal-konsum. Madankollu, fl-2013, meta l-konsum kien għadu baxx u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva, il-manifatturi Indjani rnexxielhom iżidu b'mod sinifikanti kemm il-bejgħ tagħhom kif ukoll is-sehem mis-suq. Tali espansjoni b'suċċess tal-bejgħ Indjan f'suq li sejjer lura kienet possibbli permezz ta' prattiċi aggressivi ta' dumping u ta' twaqqigħ tal-prezzijiet. L-istrateġiji ta' pprezzar u bejgħ aggressiv komplew matul il-perjodu ta' investigazzjoni. B'riżultat ta' dan, il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas ħafna aktar mill-konsum u l-industrija tal-Unjoni tilfet 2,5 punti perċentwali mis-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, waqt li l-produtturi Indjani żiedu s-sehem tagħhom tas-suq bi 3,5 punti perċentwali fl-istess perjodu.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(81)

L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

PI

Għadd ta' impjegati Indiċi

100

93

93

99

Produttività Indiċi

100

82

96

102

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(82)

L-impjieg u l-produttività kienu f'livell simili matul il-perjodu ta' investigazzjoni kif kienu fl-2011. Madankollu, il-fatt li l-impjiegi ma naqsux huwa dovut l-aktar għal żieda sinifikanti fil-bejgħ barra l-Unjoni kif imsemmi fil-premessa (77).

4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(83)

Il-marġini kollha tad-dumping kienu ogħla b'mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġini attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta tqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(84)

Din hi l-ewwel investigazzjoni antidumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx hemm dejta disponibbli biex tevalwa l-effetti possibbli ta' dumping fil-passat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(85)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2011

2012

2013

PI

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità (EUR/tunnellata)

950 – 1 000

1 000 – 1 050

1 000 – 1 050

950 – 1 000

Indiċi

100

105

104

101

Spiża għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

900 – 950

1 000 – 1 050

900 – 950

850 – 900

Indiċi

100

110

104

96

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(86)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-unità evolva b'mod ġenerali f'konformità mal-kost tal-produzzjoni. Dan żdied fl-2012 meta kien hemm żieda fil-kost tal-produzzjoni, u mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni kien kompla jonqos f'konformità mat-tnaqqis fil-kostijiet tal-produzzjoni. Il-kost tal-produzzjoni naqas, l-aktar minħabba t-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima ewlenija, il-mineral tal-ħadid u r-ruttam tal-metall.

4.4.3.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(87)

Il-kostijiet medji lavorattivi tal-produtturi tal-Unjoni li kooperaw żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

PI

Indiċi

100

100

103

104

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(88)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost medju lavorattiv għal kull impjegat żdiedet b'4 %. Din iż-żieda kienet taħt iż-żieda ġenerali fil-pagi u s-salarji fl-Unjoni kif irrappurtata mill-Eurostat.

4.4.3.3.   Inventarji

(89)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Inventarji

 

2011

2012

2013

PI

Indiċi tal-Istokkijiet tal-għeluq

100

74

73

82

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(90)

Matul il-perjodu kkunsidrat naqas il-livell tal-ħażniet tal-għeluq. It-tnaqqis fil-livell tal-ħażniet huwa kkawżat prinċipalment minn rekwiżiti ta' kapital ta' ħidma aktar stretti imposti mill-ġestjoni tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jinkiseb il-kapital

(91)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

bejn 2,5 % u 3,0 %

bejn – 5,5 % u – 6,0 %

bejn – 1,0 % u – 1,5 %

Bejn 1,5 % u 2,0 %

Indiċi tal-Fluss tal-Flus

100

92

67

101

Investimenti Indiċi

100

60

67

120

Ir-Redditu fuq l-Investimenti (%)

49

– 155

– 29

20

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(92)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni niżlet minn 2,5-3,0 % fl-2011 għal 1,5-2,0 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni u kienet negattiva fl-2012 u l-2013. Il-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fl-UE sar permezz tas-sussidjarji tal-bejgħ tal-produtturi tal-UE li kkooperaw u ġew ikkunsidrati l-kostijiet u l-profittabbiltà tiegħu.

(93)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Il-fluss ta' flus kien f'livell simili fl-2011 u matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(94)

Il-livell ta' investiment kien akbar f'din l-investigazzjoni milli kien fl-2011. Madankollu fis-snin 2012 u 2013 il-livell ta' investiment kien ferm aktar baxx u ż-żieda fil-perjodu ta' investigazzjoni ma kkumpensatx għat-tnaqqis fis-snin preċedenti. Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti kien ħafna aktar baxx matul il-perjodu tal-investigazzjoni milli kien fl-2011.

4.4.4.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(95)

L-industrija tal-Unjoni tilfet 2,5 punti perċentwali tas-sehem mis-suq f'suq li sejjer lura, filwaqt li l-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni naqas bi kważi 6,4 %. L-użu tal-kapaċità baqa' baxx bi 53-58 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat, li jaffettwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tassorbi l-kostijiet fissi. Għalkemm il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma komplietx tonqos mindu laħqet l-aktar punt baxx tagħha fl-2012, kienet għadha baxxa ħafna matul il-perjodu ta' investigazzjoni b'1,5-2,0 %, ferm taħt il-profitt fil-mira. Fl-istess perjodu, l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu bi 22,6 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied bi 3,5 punti perċentwali.

(96)

Indikaturi oħra baqgħu relattivament stabbli. Madankollu, id-deterjorazzjoni tagħhom kienet sa ċertu punt ostakolata minn żieda sostanzjali fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni barra mill-Unjoni. L-uniku indikatur li wera tendenza pożittiva b'mod ċar matul il-perjodu kkunsidrat kienu l-investimenti, li żdiedu b'20 %. Madankollu fis-snin 2012 u 2013 il-livell ta' investiment kien ferm aktar baxx u ż-żieda fil-perjodu ta' investigazzjoni lanqas biss ikkumpensat għat-tnaqqis fis-snin preċedenti.

(97)

Il-profittabilità baxxa ħafna, flimkien ma' telf kontinwu ta' bejgħ u s-sehem mis-suq fl-Unjoni, poġġew lill-industrija tal-Unjoni f'sitwazzjoni ekonomika diffiċli.

(98)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(99)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe ħsara possibbli kkawżata minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kenitx attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma: il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fid-domanda, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kompetizzjoni minn prodotti alternattivi bħalma huma l-pajpijiet tal-plastik.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(100)

Il-volum ta' bejgħ tal-produtturi esportaturi Indjani fl-Unjoni kien kważi darbtejn ikbar mill-75 000-85 000 importazzjoni l-oħra kollha flimkien (45,8kt) diġà fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ Indjan naqas f'konformità mal-konsum matul is-sena 2012 iżda żamm sehem mis-suq ta' madwar 10-15 %. Madankollu, fl-2013, meta l-konsum kien għadu batut u l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni kienet negattiva, il-manifatturi Indjani rnexxielhom iżidu b'mod sinifikanti kemm il-bejgħ tagħhom kif ukoll is-sehem mis-suq. Tali suċċess fl-espansjoni tal-bejgħ Indjan f'suq li sejjer lura kien possibbli permezz ta' politika agressiva bi prezzijiet taħt il-prezz normali — il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani fl-2013 naqsu b'6,2 % fuq is-sena ta' qabe. L-ipprezzar aggressiv kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-volum tal-bejgħ mill-produtturi esportaturi Indjani qabeż il-100 000 u s-sehem mis-suq tagħhom laħaq 15-20 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Espansjoni rapida bħal din kienet possibbli permezz ta' twaqqigħ tal-prezz sostanzjali mill-produtturi tal-Unjoni. Il-livell ta' twaqqigħ fil-prezz kien stabbilit għal 34 % u 42,4 %. Filwaqt li l-bejgħ u s-sehem mis-suq Indjan żdiedu b'mod sinifikanti, il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas aktar mill-konsum u l-Industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ b'6,4 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas b'2,5 punti perċentwali.

(101)

Minħabba l-koinċidenza stabbilita b'mod ċar fiż-żmien bejn it-twaqqigħ fil-prezz sinifikanti mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni mill-importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta' dumping u t-telf ta' bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw fi profitti baxxi ħafna, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping kienu responsabbli għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   L-effetti ta' fatturi oħra

5.2.1.   Il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fid-domanda

(102)

Il-konsum tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat naqsu bi 3,3 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet Indjani żdiedu fl-istess ħin bi 22,6 %. It-tnaqqis prinċipali fil-konsum (15 % mill-2011 sal-2012) kien ikkawżat minn kriżi ekonomika u minn tnaqqis fin-nefqa pubblika. It-tnaqqis fil-konsum jidher li kkontribwixxa għall-ħsara fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, u seta' wkoll kellu sehem fl-2013. Madankollu, fl-2013 u, l-aktar fil-perjodu ta' investigazzjoni, importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta' dumping huma l-fattur ewlieni tal-ħsara li qed jagħmel pressjoni fuq il-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni u qed jimpedixxi r-ritorn għal profittabilità sostenibbli.

5.2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(103)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi f'volum (tunnellati metriċi)

 

2011

2012

2013

PI

Iċ-Ċina

31 136

28 019

12 266

13 903

Indiċi

100

90

39

45

Pajjiżi terzi ħlief iċ-Ċina

14 693

12 183

20 153

22 524

Indiċi

100

83

137

153

Il-pajjiżi terzi kollha

45 828

40 202

32 419

36 427

Indiċi

100

88

71

79

Sors: Il-Eurostat

(104)

L-importazzjonijiet mill-Indja kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni (aktar minn 70 %) fil-perjodu ta' investigazzjoni. Filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b'aktar minn 22 % matul il-perjodu kkunsidrat, importazzjonijiet oħrajn naqsu b'aktar minn 20 % matul l-istess perjodu. Filwaqt li l-importazzjonijiet Indjani kisbu sehem mis-suq ta' 2.5 punti perċentwali, l-importazzjonijiet l-oħra tilfu sehem mis-suq ta' aktar minn punt perċentwali. Minħabba l-volumi baxxi ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kif ukoll il-fatt li dawn naqsu kemm fil-volum kif ukoll fis-sehem tas-suq, m'hemm l-ebda indikazzjoni li dawn ikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(105)

Produtturi esportaturi allegaw li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni importa l-prodott ikkonċernat mill-faċilitajiet tal-produzzjoni Ċiniżi tiegħu, u kkawża ħsara lilu nnifsu. Ma nstabet l-ebda evidenza li ssostni dawn il-pretensjonijiet. L-evidenza vverifikata wriet li l-importazzjonijiet fl-Unjoni minn faċilitajiet relatati Ċiniżi tal-produttur tal-Unjoni kienu baxxi ħafna. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u tilfu s-sehem mis-suq ta' aktar minn 2 punti perċentwali, li teskludihom b'mod ċar bħala l-kawża tal-ħsara.

5.2.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(106)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni li kkoopera żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-Produtturi tal-Unjoni li kkooperaw

 

2011

2012

2013

PI

L-Indiċi tal-Volum tal-Esportazzjoni

100

78

116

130

L-Indiċi tal-Prezz Medju tal-Esportazzjoni

100

108

104

99

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(107)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni barra l-Unjoni żdied b'mod konsiderevoli bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ baqa' relattivament stabbli. Għalhekk, il-bejgħ barra l-Unjoni fil-fatt huwa fattur li jtaffi l-ħsara. Mingħajr żieda ta' bejgħ barra l-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun f'sitwazzjoni saħansitra aktar dannuża.

5.2.4.   Kompetizzjoni minn prodotti sostituti

(108)

Partijiet interessati stqarru li l-ħsara kienet ikkawżata minn kompetizzjoni ħarxa minn prodotti sostituti, b'mod partikolari pajpijiet tal-plastik (polietilene (PE), klorur tal-polivinil (PVC) u polipropilene (PP)). Pajpijiet tal-plastik b'dijametri iżgħar huma inizjalment ħafna irħas għal kull unità. Madankollu, meta tiġi kkunsidrata l-ispiża tal-manteniment u l-ħajja tal-prodott, il-prodott ikkonċernat għandu vantaġġi finanzjarji fuq medda twila ta' żmien. Il-pajpijiet tal-plastik jeżerċitaw xi pressjoni kompetittiva fuq il-prodott ikkonċernat, speċjalment għal dijametri iżgħar. Madankollu, il-pajpijiet duttili ma tilfux l-ishma mis-suq għall-pajpijiet tal-plastik matul il-perjodu kkunsidrat, u f'xi każijiet, il-pajpijiet duttili saħansitra rnexxielhom jiksbu mill-ġdid xi ftit mis-sehem mis-suq mill-pajpijiet tal-plastik matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-kompetizzjoni minn sostituti tal-plastik kienet improbabbli li tkun il-kawża ta' ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(109)

Kawżalità kienet stabbilita b'mod proviżorju bejn il-ħsara sofruta mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati. Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping u tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni tal-bejgħ tal-UE u s-sehem tas-suq tal-UE. L-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping mill-Indja waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b' 34 % u 42,4 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' profittabbiltà tal-industrija tal-UE.

(110)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fid-domanda kkontribwew għall-ħsara fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, u setgħu kkontribwew fis-sena 2013. Madankollu, fin-nuqqas ta' twaqqigħ fil-prezz sinifikanti tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni żgur ma kinitx tkun affettwata sa dan il-punt. B'mod partikolari, il-bejgħ ma kienx jaqa daqshekk, l-użu tal-kapaċità kien ikun aktar għoli u l-qligħ kien ikun aktar sostenibbli. Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum kien instab provviżorjament li ma jiksirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping u d-dannu materjali.

(111)

Il-fatturi l-oħra identifikati bħalma huma l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kompetizzjoni minn prodotti sostituti, provviżorjament instabu li ma jiksrux ir-rabta kawżali stabbilita hawn fuq, anke jekk jiġi kkunsidrat l-effett kollettiv possibbli tagħhom.

(112)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping mill-Indja u li l-fatturi l-oħra, meqjusin b'mod individwali jew kollettivament, ma kisrux ir-rabta kawżali. Il-ħsara tikkonsisti prinċipalment fit-tnaqqis tal-bejgħ tal-Unjoni, it-telf tas-sehem mis-suq mill-industrija tal-UE, ir-rata baxxa tal-użu tal-kapaċità u profittabbiltà baxxa.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(113)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping kienitx kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni. Hija tat konsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jinqerdu l-effetti li jgħawġu l-kummerċ ta' dumping dannuż u li tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, d-distributuri u l-utenti finali bħall-utilitajiet tal-ilma, d-drenaġġ u t-tisqija.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(114)

L-impjanti ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jinsabu fi Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Awstrija. L-industrija tal-Unjoni impjegat direttament aktar minn 2 400 ruħ fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Tnejn minn tliet produtturi kkoperaw fl-investigazzjoni. Il-produttur li ma kkooperax ma opponiex il-bidu tal-investigazzjoni. Kif muri hawn fuq, iż-żewġ kumpaniji li kkooperaw ġarrbu ħsara materjali u ġew affettwati b'mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(115)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping provviżorji terġa' ġġib fis-seħħ kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u dan ser jippermetti lill-produtturi tal-Unjoni biex iżidu l-bejgħ tagħhom u jżidu r-rata baxxa tal-użu tal-kapaċità. Dan jista' jirriżulta f'titjib tal-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusin neċessarji għal din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital u jipprevjeni t-telf ta' impjiegi. Fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(116)

Għaldaqstant, ġie konkluż b'mod proviżorju li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interess ta' importaturi, distributuri, utenti u partijiet interessati oħra mhux relatati

(117)

Ma kienx hemm importaturi mhux relatati li ppreżentaw lilhom infushom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-Avviż ta' Bidu. Ħafna distributuri ppreżentaw ruħhom u esprimew il-fehmiet tagħhom. Madankollu ftit ħafna minnhom ippreżentaw dejta aktar issostanzjata li tippermetti li ssir analiżi fil-fond. Kienu biss ftit l-utenti finali li pparteċipaw fl-investigazzjoni.

(118)

Bosta partijiet interessati (l-aktar distributuri ta' prodotti tal-industrija tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema fl-industrija tal-metall) kienu favur l-investigazzjoni u talbu għall ħolqien mill-ġdid ta' kompetizzjoni ġusta, u kkritikaw bil-qawwi s-sitwazzjoni ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni u sostnew li jekk il-miżuri ma jiġux imposti, il-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni kienet tgħib u l-impjiegi tal-Unjoni kienu jintilfu.

(119)

Id-distributuri tal-prodott ikkonċernat importat mill-Indja kif ukoll diversi utenti finali jiġifieri utilitajiet tal-ilma, tad-drenaġġ u tat-tisqija opponew l-impożizzjoni tal-miżuri. Huma esprimew it-tħassib tagħhom li SG PAM Group tikseb l-pożizzjoni kważi monopolostika fis-suq tal-Unjoni jekk l-importazzjonijiet Indjani jitnaqqsu minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri, li jirriżulta f'żieda fil-prezzijiet. SG PAM grupp għandha pożizzjoni tas-suq b'saħħitha ħafna fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, hemm diversi fatturi li jidhru li huma kontra s-saħħa fis-suq tagħha. L-ewwel nett, hemm żewġ produtturi oħra tal-Unjoni b'kapaċitajiet żejda, li jistgħu jiżguraw kompetizzjoni effettiva f'każ li l-prezzijiet ta' SG PAM, isiru eċċessivi.

(120)

It-tieni, hemm diversi produtturi li jinsabu f'pajjiżi terzi (iċ-Ċina, it-Turkija, ir-Russja u l-Iżvizzera) li diġà qed ibigħu lis-suq tal-UE. Il-volumi tal-bejgħ tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat kienu baxxi u komplew jonqsu. Madankollu, il-kawża prinċipali ta' tali tnaqqis f'bejgħ ta' importaturi oħra jidher li kienet kompetizzjoni aggressiva mill-produtturi Indjani. Il-prezzijiet Indjani li huma oġġett ta' dumping kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-pajjiżi importaturi kbar l-oħra kollha (minbarra r-Russja). F'każ li l-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet b'mod unilaterali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra jistgħu jiżdiedu fuq terminu qasir sa medju, peress li dawk l-esportaturi diġà huma preżenti fl-Unjoni.

Prezz medju ta' importazzjoni EUR

 

2011

2012

2013

PI

L-Indja

665

703

659

651

Iċ-Ċina

955

1 014

1 059

1 054

L-Iżvizzera

1 711

1 678

1 554

1 526

Ir-Russja

697

696

652

627

It-Turkija

1 246

1 544

1 272

1 010

Sors: Il-Eurostat

6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(121)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq importazzjonijiet ta' pajpijiet ta' ħadid duttili li joriġinaw mill-Indja f'dan l-istadju tal-investigazzjoni. Madanakollu, il-Kummissjoni se tkompli tinvestiga l-effetti possibbli fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, fl-istadju definittiv fuq il-bażi ta' iktar tagħrif li għandu jiġi ppreżentat.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(122)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex ma jippermettux li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara (marġini tal-ħsara)

(123)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(124)

Il-ħsara kienet tkun eliminata kieku l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(125)

L-ilment jallega li l-industrija qed tistenna profittabilità li taqbeż it-12 % fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li kisbu dan il-livell ta' profittabbiltà fis-snin ta' qabel il-perjodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnotat li fis-snin ta' qabel il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien għoli ħafna minħabba l-isplużjoni ekonomika fl-2007-2008 u l-infiq ta' stimulu fiskali tal-gvernijiet tal-Unjoni biex jiġġieldu l-effetti tal-kriżi ekonomika fl-2009. Għalhekk, dawk is-snin ma jistgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur isostni li l-profittabilità b'figuri doppji hija ġustifikata b'livell għoli ta' nfiq fir-R&Ż. L-investigazzjoni sabet ftit evidenza ta' attività intensa ta' R&Ż — in-nefqa tar-R&Ż kienet tirrappreżenta anqas minn 2 % tal-fatturat fl-2011 u anqas minn hekk fil-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni li kellhom l-ogħla infiq ta' R&Ż.

(126)

F'investigazzjonijiet preċedenti rigward prodotti simili — ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx (5) u ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat (6) kien ikkunsidrat li marġini ta' profitt ta' 5 % seta' jitqies bħala livell xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet tistenna li tikseb fin-nuqqas ta' dumping dannuż. Pajpijiet u tubi tal-ħadid fondut duttili huma simili f'ħafna aspetti għal pajpijiet tal-azzar mingħajr saldaturi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid u tal-azzar mhux illigat — ħadid mhux maħdum huwa parti sostanzjali mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom u jistgħu jintużaw ukoll għall-ġarr ta' ilma. Għaldaqstant, ġie meqjus provviżorjament li marġni ta' profitt ta' 5 % huwa raġonevoli wkoll għall-industrija tal-pajpijiet duttili.

(127)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif stabbilit għall-kalkoli ta' twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz medju pponderat tal-prodott simili li ma jagħmilx ħsara mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

7.2.   Miżuri provviżorji

(128)

Għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali) li joriġina mill-Indja, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġini tal-ħsara u l-marġini tad-dumping. L-ammont ta' dazji għandu jkun stabbilit fil-livell il-baxx tal-marġini ta' dumping u dak tal-ħsara.

(129)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping provviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġini tad-dumping

Il-marġni ta' ħsara

Id-dazju antidumping provviżorju

L-Indja

Jindal Saw Ltd

31,2 %

68 %

31,2 %

Electrosteel Casting Ltd

15,3 %

59 %

15,3 %

(130)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, jiġifieri l-Indja u li hu manifatturat mill-entitajiet legali specifici msemmija. L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(131)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (7). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviz ta' informazzjoni dwar il-bidla fl-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(132)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Kumpaniji b'dazji individwali tal-antidumping għandhomu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(133)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha għandu jkun applikat mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(134)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ Kummerċ fi żmien skadenza fissa.

(135)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping provviżorju huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7303 00 10 u ex 7303 00 90 (kodiċijiet TARIC 7303 00 10 10, 7303 00 90 10).

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Id-dazju antidumping provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jindal Saw Ltd

31,2 %

C054

Electrosteel Casting Ltd

15,3 %

C055

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,2 %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fl-Indja. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, huwa soġġett għall-forniment ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

Jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

Jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; kif ukoll

(c)

Jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja (ĠU C 461, 20.12.2014, p. 35).

(3)  Avviż ta' bidu ta' proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja (ĠU C 83, 11.3.2015, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 930/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 li jtemm il-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' salamun tal-Atlantiku kultivat li joriġina min-Norveġja u l-proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' salamun tal-Atlantiku kultivat li joriġina miċ-Ċili u l-Gżejjer tal-Faeroe (ĠU L 133, 29.5.2003, p. 1); u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukraina, li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, li jtemm ir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza tad-dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u li jtemm ir-reviżjonijiet interim tad-dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u fil-Kroazja u fl-Ukraina (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4).

(5)   ĠU L 336, 20.12.2011, p. 6

(6)   ĠU L 343, 19.12.2008, p. 1

(7)   European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 08/170, 1040 Brussels, Belgium.