02020R1175 — MT — 10.08.2020 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1175 tas-7 ta’ Awwissu 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 259 10.8.2020, p. 6) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1175
tas-7 ta’ Awwissu 2020
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina prodott bil-fermentazzjoni mal-Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
mg ta’ sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||
|
Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||
|
2b920i |
— |
Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina Prodott bil-fermentazzjoni tal- Escherichia coli KCCM 80180 u tal-Escherichia coli KCCM 80181 Purità: min. 98,5 % Formula kimika: C3H7NO2S •HClH2O. Numru CAS 7048-04-6 FLAVIS 17.032 Metodu ta’ analiżi (1) Għall-identifikazzjoni tal-monoidrat kloridrat tal-L-ċisteina fl-addittiv tal-għalf: — kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), Ph.Eur. 6.6-2.2.56-Metodu 1 Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidrat kloridrat tal-L-ċisteina fl-addittiv tal-għalf: — kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FD) Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidrat kloridrat tal-L-ċisteina fit-taħlitiet lesti minn qabel: — kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 — (Anness III, F) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana għandhom jiġu indikati. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg”. 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg. 5. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali bl-inalazzjoni. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż b’protezzjoni għan-nifs. |
►C1 30.8.2030 ◄ |
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |
|||||||||