22004D0047

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE - Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1804/2003 (halon)

Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0014 - 0014


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 47/2004

tat-23 ta' April 2004

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 160/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 fir-rigward tal-kontroll ta' halonesportat għal użi kritiċi, l-esportazzjoni ta' prodotti u tagħmir li fihom chlorofluorocarbons u l-kontrolli fuq bromochloromethane [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

"- 32003 R 1804: Ir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 (ĠU L 265, tas-16.10.2003, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1804/2003 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 58.

[2] ĠU L 265, tas-16.10.2003, p. 1.

[3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------