<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-673/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0673</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:531">EU:C:2020:531</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20200709">9.7.2020</DATE> – Kawża C‑673/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Santen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru°469/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(d)</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat</KEYWORD><KEYWORD>Kisba tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott bħala prodott mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv magħruf</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑673/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Paris (il‑Qorti tal‑Appell ta’ Pariġi, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20181030">30 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Santen SAS</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.‑C. Bonichot, M. Vilaras, E. Regan, M. Safjan, S. Rodin u P. G. Xuereb, Presidenti ta’ Awla, T. von Danwitz, D. Šváby, F. Biltgen, K. Jürimäe (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: Reġistratur: V. Giacobbo, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20191105">5 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Santen SAS, minn T. Bouvet u L. Romestant, avukati, kif ukoll minn C. Fulda, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn A.‑L. Desjonquères u A. Daniel, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u C. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn É. Gippini Fournier, S. L. Kalėda u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20200123">23 ta’ Jannar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Santen SAS u d-directeur général de l’Institut National de la Propriété Industrielle (id-Direttur Ġenerali tal-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttur Ġenerali tal-INPI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li jiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) ippreżentatat minn Santen għal prodott mediċinali kkummerċjalizzat taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ikervis<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, li għandu ċ-ciclosporine bħala ingredjent attiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament(KEE) Nru 1768/92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 182, p. 1</REF.DOC.OJ>), imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 469/2009, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u soġġett, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni kif stipulat [fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali speċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="023" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU L 23, p. 369</REF.DOC.OJ>)] jew fid-Direttiva [tal-Kunsill] 81/851/KEE tat-<DATE ISO="19810928">28 ta’ Settembru 1981</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="317" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1981">ĠU 1981, L 317, p. 1</REF.DOC.OJ>), jista’, taħt it-termini u kundizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, ikun is-suġġett ta’ [ĊPS].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 1768/92, kif emendat bl-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 241, p. 21</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kull prodott li fid-data ta’ l-adeżjoni jkun protett bi privattiv validu u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fuq is-suq bħala prodott mediku fil-Komunità jew fit-territorji ta’ l-Awstrija, tal-Finlandja jew ta’ l-Isvezja kienet ġiet akkwistata wara l-<DATE ISO="19850101">1 ta’ Jannar 1985</DATE> jista’ jingħata [ĊPS].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 469/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 4 u 7 sa 10 tar-Regolament Nru 469/2009, jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(3)</NO.P><TXT>Prodotti mediċinali, speċjalment dawk li huma r-riżultat ta’ riċerka twila u għalja, ma jibqgħux jiġu żviluppati fil-Komunità u fl-Ewropa sakemm ma jkunux mħarsa minn regoli favorevoli li jipprovdu biżżejjed protezzjoni li tinkoraġġixxi din it-tip ta’ riċerka.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Bħalissa t-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiva għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq jagħmel il-perjodu ta’ protezzjoni effettiv taħt il-privattiva insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għandha tintlaħaq soluzzjoni uniformi fuq livell Komunitarju, sabiex il-liġijiet nazzjonali ma jiżviluppawx b’mod eteroġeneu li jwassal għal iktar differenzi li jista’ jkun probabbli li joħolqu ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti mediċinali fil-Komunita u b’hekk jaffetwa b’mod dirett il-funzjonzment tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi previst [ĊPS] li jingħata, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn kull Stat Membru fuq talba tad-detentur ta’ privattiva Ewropea li tirrigwarda prodott mediċinali li għalih tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Regolament huwa għalhekk l-istrument legali l-aktar xieraq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>It-tul taż-żmien tal-protezzjoni mogħtija miċ-ċertifikat [ĊPS] għandu jkun biżżejjed sabiex jipprovdi protezzjoni adegwata u effettiva. Għal dan l-iskop, id-detentur kemm ta’ privattiva u kemm ta’ [ĊPS] għandu jkun jista’ jgawdi massimu totali ta’ 15-il sena ta’ esklussività minn meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun kiseb awtorizzazzjoni għall-ewwel darba biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumplikat u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtiċi għandhom madanakollu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Għal dan il-għan, iċ-[ĊPS] ma jistax jingħata għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin. Il-protezzjoni mogħtija għandha wkoll tkun strettament limitata għall-prodott li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi preżentata għal trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin jew bhejjem u kull sostanza jew kombinazzjoni ta’ sostanzi li tista’ tingħata lil bnedmin jew lil bhejjem bil-għan li ssir dianjosi medika jew sabiex jiġu restawrati, irranġati jew modifikati funzjonijiet fisjoloġiċi fil-bnedmin jew fil-bhejjem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser privattiva li tipproteġi prodott, bħala tali, proċess sabiex jinkiseb prodott jew applikazzjoni ta’ prodott, u li hija nominata mid-detentur tagħha għall-iskop tal-proċedura għall-ħruġ ta’ [ĊPS];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u suġġett, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni kif stipulat fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69] jew fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3] jista’, taħt it-termini u kondizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, ikun is-suġġett ta’ [ĊPS].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kondizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (ĊPS), jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[ĊPS] għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun ingħatat awtorizzazzjoni valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali konformement mad-Direttiva [2001/83] jew id-Direttiva [2001/82], kif xieraq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ [ĊPS];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) tkun l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 469/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Is-suġġett tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fil-limiti tal-protezzjoni mogħtija minn privattiv bażiku, il-protezzjoni mogħtija minn [ĊPS] għandha testendi biss għall-prodott kopert bl-awtorizzazjoni sabiex il-prodott mediċinali korrispondenti jkun jista’ jitqiegħed fis-suqu għal kull użu tal-prodott bħala prodott mediċinali li jkun ġie awtorizzat qabel ma jkun skada iċ-[ĊPS].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Effetti taċ-[ĊPS]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Bla ħsara għall-Artikolu 4, iċ-[ĊPS] għandu jagħti l-istess drittijiet kif mogħtija mill-patenti bażika u għandu jkun bla ħsara għall-istess limitazzjonijiet u l-istess obbligi.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-applikazzjoni għal [ĊPS] għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur mid-data ta’ meta l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3 sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun ingħatat.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Żmien ta’ validità taċ-[ĊPS]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-[ĊPS] jidħol fis-seħħ fit-tmiem tat-terminu leġittimu tal-privattiva bażika għal perjodu li jkun twil daqs il-perjodu li jkun għadda mid-data ta’ meta l-applikazzjoni għal privattiva bażika tkun ġiet ippreżentata sad-data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità imnaqqas b’perjodu ta’ ħames snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 1, iż-żmien ta’ validità taċ-[ĊPS] ma jistax jaqbeż ħames snin mid-data ta’ meta jidħol fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodi taż-żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu estiżi b’sitt xhur fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83 u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 378, p. 1</REF.DOC.OJ>)]. F’dak il-każ, it-tul tal-perjodu mniżżel fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artiklou jista’ jiġi estiż darba biss.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jinħareġ [ĊPS] għal prodott protett minn privattiva li, qabel it-<DATE ISO="19930102">2 ta’ Jannar 1993</DATE>, kellha t-tul taż-żmien tagħha estiż jew tkun saret applikazzjoni għal tali estenzjoni, taħt il-liġi nazzjonali, iż-żmien ta’ protezzjoni li għandu jingħata taħt dan iċ-[ĊPS] għandu jitnaqqas bin-numru ta’ snin b’kemm it-tul ta’ żmien tal-privattiva jaqbeż l-20 sena.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Santen huwa laboratorju farmaċewtiku speċjalizzat fl-oftalmoloġija. Huwa l-proprjetarju tal-privattiva Ewropea (FR) Nru 057959306, ippreżentata fl-<DATE ISO="20051010">10 ta’ Ottubru 2005</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>privattiva bażika inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li tipproteġi b’mod partikolari emulsjoni tal-għajnejn li fiha l-ingredjent attiv huwa ċ-ciclosporine, aġent immunosuppressur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Santen ingħatat awtorizzazzjoni valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), maħruġa fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE> mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għall-prodott mediċinali kkummerċjalizzat taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Ikervis<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li l-ingredjent attiv tiegħu huwa ċ-ciclosporine (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ATS inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Dan il-prodott mediċinali jservi sabiex tiġi ttrattata l-keratite severa f’pazjenti adulti b’nixfa okulari li ma titjiebx minkejja l-instillazzjoni ta’ sostituti lakrimali, li tikkawża infjammazzjoni tal-kornea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-privattiva bażika inkwistjoni u tal-ATS inkwistjoni, Santen ippreżentat, fit-<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, applikazzjoni għal ĊPS fir-rigward ta’ prodott imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Ciclosporin[e] għall-użu fit-trattament tal-keratite<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20171006">6 ta’ Ottubru 2017</DATE>, id-Direttur Ġenerali tal-INPI ċaħad din l-applikazzjoni għal ĊPS billi kkunsidra li l-ATS inkwistjoni ma kinitx l-ewwel ATS, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, għaċ-ciclosporine.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-Direttur Ġenerali tal-INPI bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-fatt li, fit-<DATE ISO="19831223">23 ta’ Diċembru 1983</DATE>, kienet inħarġet ATS għal prodott mediċinali, ikkummerċjalizzat taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Sandimmun<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li l-ingredjent attiv tiegħu kien ukoll iċ-ciclosporine. Dan il-prodott mediċinali jippreżenta ruħu f’forma li setgħet tinxtorob u kien indikat għall-prevenzjoni tar-rifjut ta’ trapjanti ta’ organi solidi jew mudullun tal-għadam kif ukoll għal użi terapewtiċi oħra, b’mod partikolari għat-trattament tal-uveite endoġenika, infjammazzjoni tal-uvea kollha jew parti minnha, parti ċentrali tal-globu okulari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Santen ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-INPI quddiem il-qorti tar-rinviju, il-cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Franza). Quddiem din tal-aħħar, Santen titlob, prinċipalment, l-annullament ta’ din id-deċiżjoni u, sussidjarjament, li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 469/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tfakkar li, fis-sentenza tagħha tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Neurim Pharmaceuticals (1991) (C‑130/11, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Neurim<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:489">EU:C:2012:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 469/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, is-sempliċi eżistenza ta’ ATS preċedenti miksuba għall-prodott mediċinali għal użu veterinarju ma tipprekludix li jinħareġ ĊPS għal applikazzjoni differenti tal-istess prodott għal applikazzjoni differenti tal-istess prodott li għalih ingħatat ATS, sakemm din l-applikazzjoni tidħol fil-kamp tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva mogħtija minn ĊPS.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tikkonstata li d-Direttur Ġenerali tal-INPI u Santen ma jaqblux dwar l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>applikazzjoni differenti tal-istess prodott<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>applikazzjoni [li taqa’] fil-kamp ta’ protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Neurim għall-finijiet tal-interpretazzjoni, b’mod partikolari, tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 469/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>applikazzjoni differenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tal-istess prodott, id-Direttur Ġenerali tal-INPI jqis li dan il-kunċett għandu jiġi interpretat b’mod strett. L-ATS invokata għandha tikkonċerna jew indikazzjoni li taqa’ taħt kamp terapewtiku ġdid, fis-sens ta’ speċjalità medika ġdida, meta mqabbla mal-ATS preċedenti, jew prodott mediċinali li fih l-ingredjent attiv għandu azzjoni differenti minn dik li huwa jeżerċita fil-prodott mediċinali li kien is-suġġett tal-ewwel ATS. Għandu wkoll jiġi mistoqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk, fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament Nru 469/2009 intiż li jistabbilixxi sistema bbilanċjata li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>użu terapewtiku ġdid<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandux jiġi evalwat skont kriterji iktar eżiġenti minn dawk li jservu għall-evalwazzjoni tal-possibbiltà għal privattiva ta’ applikazzjoni terapewtika ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Santen issostni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>applikazzjoni [terapewtika] differenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tas-sentenza Neurim, għandu jinftiehem b’mod wiesa’, billi jinkludi mhux biss indikazzjonijiet terapewtiċi u użi għal mard differenti, iżda wkoll formulazzjonijiet, pożoloġiji u metodi ta’ amministrazzjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Neurim, li skontha l-applikazzjoni terapewtika koperta mill-ATS li sservi bħala bażi għall-applikazzjoni għal ĊPS għandha taqa’ fil-kamp tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika, id-Direttur Ġenerali tal-INPI jistaqsi, minn naħa, b’liema mod jistabbilixxi r-rabta bejn l-applikazzjoni terapewtika differenti u din il-privattiva kif ukoll, min-naħa l-oħra, jekk il-portata tal-imsemmija privattiva għandhiex tikkorrispondi għal dik tal-ATS invokata u, għaldaqstant, tillimita ruħha għall-applikazzjoni terapewtika ġdida li tikkorrispondi għal dik tal-ATS invokata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-cour d’appel de Paris iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1)</NO.P><TXT>Il‑kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>applikazzjoni differenti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> fis‑sens tas‑[sentenza Neurim], għandu jinftiehem b’mod strett, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ikun limitat għall-każ biss ta’ applikazzjoni tal-bniedem li ssegwi applikazzjoni veterinarja,</P></ITEM><ITEM><P>jew jikkonċerna indikazzjoni li taqa’ f’kamp terapewtiku ġdid, fis-sens ta’ prodott mediku speċjali ġdid, meta mqabbla mal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq; jew prodott mediċinali li fih l-ingredjent attiv għandu azzjoni differenti minn dak li għandu l-prodott mediċinali li kien is-suġġett tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq;</P></ITEM><ITEM><P>jew, b’mod iktar ġenerali, fid‑dawl tal‑għanijiet tar‑[Regolament (KE) Nru 469/2009] intiż li jistabbilixxu sistema bbilanċjata li tieħu inkunsiderazzjoni l‑interessi kollha involuti, inklużi dawk tas‑saħħa pubblika, għandu jiġi evalwat skont kriterji iktar eżiġenti minn dawk li li jintużaw għall‑evalwaz[zjo]ni tal‑possibbiltà sabiex tingħata l‑privattiva tal‑invenzjoni;</P></ITEM></LIST></P><P>– jew għandu għall-kuntrarju jinftiehem b’mod estensiv, jiġifieri mhux biss li jinkludi indikazzjonijiet terapewtiċi u mard differenti, iżda wkoll formulazzjonijiet, dożaġġi u/jew modi ta’ amministrazzjoni differenti?</P></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>applikazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> fis-sens tas-[sentenza Neurim], jimplika li l-portata tal-privattiva bażika għandu jaqbel ma’ dik tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq invokata u, konsegwentement, tkun limitata għall-użu mediku ġdid li jikkorrispondi mal-indikazzjoni terapewtika tal-imsemmija awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq?<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Olandiż isostni li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli, peress li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 469/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 48 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Synthon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:518">EU:C:2011:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 1768/92 jirriżulta li dan ir-regolament ma huwiex applikabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq fi Franza qabel l-<DATE ISO="19850101">1 ta’ Jannar 1985</DATE>. Issa, din l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1768/92 hija kompletament trasponibbli għar-Regolament Nru 469/2009, peress li dan tal-aħħar jikkostitwixxi biss kodifikazzjoni tar-Regolament Nru 1768/92. Minn dan il-Gvern Olandiż jiddeduċi li, peress li ATS inħarġet fi Franza għal prodott mediċinali li l-ingredjent attiv tiegħu huwa ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ciclosporine<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fit-<DATE ISO="19831223">23 ta’ Diċembru 1983</DATE>, l-applikazzjoni ta’ Santen ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 469/2009. Għalhekk id-domandi preliminari huma ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet it-tilwima, u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, meta d-domandi magħmula jkunu dwar l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar id-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali fil-każ biss li jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni ta’ regola tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li d-domandi preliminari jirrigwardaw, essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, u b’mod iktar partikolari d-definizzjoni kif ukoll il-portata tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ewwel [ATS] tal-prodott, bħala prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, moqrija fid-dawl tas-sentenza Neurim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, permezz tal-argument tiegħu dwar l-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Gvern Olandiż jitlaq mill-premessa li l-ATS maħruġa fi Franza għas-Sandimmun, li tinkludi l-ingredjent attiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ciclosporine<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fit-<DATE ISO="19831223">23 ta’ Diċembru 1983</DATE>, hija l-ewwel ATS ta’ dan il-prodott bħala prodott mediċinali u li, għaldaqstant, ir-Regolament Nru 469/2009 ma huwiex applikabbli għall-imsemmi prodott, inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, il-verifika tal-fondatezza ta’ tali premessa teħtieġ li tingħata risposta, minn qabel, għad-domandi preliminari, li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009. Minn dan isegwi li l-argument tal-Gvern Olandiż imsemmi fil-punt 25 ta’ din is-sentenza ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li dawn id-domandi huma ta’ natura ipotetika minħabba li ma għandhom ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, li hija tinterpreta l-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ewwel [ATS], bħala prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, li jeħtieġ, skont din il-qorti, li l-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża l-portata tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>applikazzjoni [terapewtika] differenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>applikazzjoni [terapewtika] li jaqgħu fil-kamp ta’ protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, li jinsabu fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza Neurim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 469/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ bħal dak tal-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, is-sempliċi eżistenza ta’ ATS preċedenti miksuba għal prodott mediċinali għall-użu veterinarju bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża ma tipprekludix li jinħareġ ĊPS għal applikazzjoni terapewtika differenti tal-istess prodott li għalih ingħatat ATS, sakemm din l-applikazzjoni tidħol fil-kamp tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva mogħtija minn ĊPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula huma għalhekk ibbażati fuq il-premessa, li tirriżulta mis-sentenza Neurim, li tgħid li huwa possibbli, f’ċerti ċirkustanzi li, skont il-qorti tar-rinviju, jibqgħu speċifikati, li jinkiseb ĊPS għal applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv li kien diġà s-suġġett ta’ ATS preċedenti għal dik li fuqha hija bbażata l-applikazzjoni għal dan iċ-ĊPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk, formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-dritt tal-Unjoni, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun irreferiet għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk le (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li, fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha tiddeċiedi jekk applikazzjoni għal ĊPS li tirrigwarda ċ-ciclosporine, għall-użu tagħha fit-trattament tal-keratite, tistax tiġi aċċettata abbażi tal-ATS inkwistjoni, li nħarġet għall-Ikervis fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, minkejja li fit-<DATE ISO="19831223">23 ta’ Diċembru 1983</DATE>, ATS kienet diġà nħarġet għal applikazzjoni terapewtika oħra taċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ciclosporine<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li ATS tista’ titqies li hija l-ewwel ATS, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din tirrigwarda applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv jew ta’ kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi li diġà kien is-suġġett ta’ ATS għal applikazzjoni terapewtika oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ATS imsemmija fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 għandha tinħareġ għal prodott partikolari, kif iddefinit fl-Artikolu 1(b) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-ewwel lok, għandu jiġi ddeterminat jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, kif iddefinit fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009 jiddependix mill-applikazzjoni terapewtika tal-ingredjent attiv u, b’mod partikolari, jekk applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv tistax titqies bħala prodott li huwa differenti minn applikazzjoni terapewtika oħra diġà magħrufa ta’ dan l-istess ingredjent attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ifisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fir-Regolament Nru 469/2009, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dawn il-frażijiet għandhom jiġu stabbiliti billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest ġenerali li fih qegħdin jintużaw, u b’konformità mat-tifsira normali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Massachusetts Institute of Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑431/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:291">EU:C:2006:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abraxis Bioscience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ma jinkludix, fit-tifsira komuni tiegħu fil-farmakoloġija, sustanzi li jagħmlu parti mill-kombinazzjoni ta’ prodott mediċinali li ma għandhomx effett proprju fuq l-organiżmu tal-bniedem jew tal-annimal (ara, f’dan is-sens, is‑sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Massachusetts Institute of Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑431/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:291">EU:C:2006:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Forsgren</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑631/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:13">EU:C:2015:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li dan il-kunċett, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 469/2009 jirrigwarda sustanzi li jipproduċu azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika indipendenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Forsgren</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑631/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:13">EU:C:2015:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dan isegwi li l-imsemmi kunċett jirreferi għal sustanzi li għandhom mill-inqas effett terapewtiku proprju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn qari flimkien tal-Artikolu 1(b) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 469/2009 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ifisser, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmi regolament, l-ingredjent attiv jew il-kompożizzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali, mingħajr ma hemm lok li l-portata tiegħu tiġi limitata għal waħda biss mill-applikazzjonijiet terapewtiċi li għalihom tali ingredjent attiv, jew li tali kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi, tista’ tagħti lok għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-imsemmi Artikolu 4, il-protezzjoni mogħtija lill-prodott miċ-ĊPS, għalkemm testendi biss għall-prodott kopert mill-ATS, min-naħa l-oħra tapplika għal kull użu ta’ dan il-prodott, bħala prodott mediċinali, li ġie awtorizzat qabel l-iskadenza taċ-ĊPS. Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 469/2009, ma jiddependix fuq il-mod kif dan il-prodott huwa użat u li l-użu intenzjonat tal-prodott mediċinali ma jikkostitwixxix kriterju determinanti għall-ħruġ ta’ ĊPS (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041019">19 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pharmacia Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:641">EU:C:2004:641</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-analiżi tal-oriġini tar-Regolament Nru 469/2009. B’hekk, il-punt 11 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE), tal-<DATE ISO="19900411">11 ta’ April 1990</DATE>, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (COM (90) 101 final), li wassal għar-Regolament Nru 1768/92, huwa stess imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 469/2009, jindika li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> għandu jinftiehem fis-sens strett ta’ ingredjent attiv u li bidliet minuri magħmula lill-prodott mediċinali, bħal doża ġdida, l-użu ta’ melħ jew ta’ ester differenti jew inkella forma farmaċewtika differenti, ma jistgħux jingħataw ĊPS ġdid (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Massachusetts Institute of Technology</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑431/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:291">EU:C:2006:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abraxis Bioscience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, dan il-kunċett strett tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> immaterjalizza ruħu fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009, li jiddefinixxi l-imsemmi kunċett b’riferiment għal ingredjent attiv jew għal kompożizzjoni ta’ ingredjenti attivi u mhux għall-applikazzjoni terapewtika ta’ ingredjent attiv protett mill-privattiva bażika jew ta’ kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi protetti mill-imsemmija privattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li ingredjent attiv, jew kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi, jintuża għall-finijiet ta’ applikazzjoni terapewtika ġdida ma jagħtihx il-kwalità ta’ prodott distint peress li l-istess ingredjent attiv, jew l-istess kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi, intuża għall-finijiet ta’ applikazzjoni terapewtika oħra diġà magħrufa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi ddeterminat jekk ATS maħruġa għal applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv jew kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi, tistax titqies bħala l-ewwel ATS maħruġa għal dan il-prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, fil-każ fejn din l-ATS hija l-ewwel ATS li għandha taqa’ taħt il-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika invokata insostenn tal-applikazzjoni għal ĊPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont il-kundizzjoni tal-ħruġ ta’ ĊPS stabbilita f’din id-dispożizzjoni, l-ATS miksuba għall-prodott li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni għal ĊPS għandha, fid-data ta’ din l-applikazzjoni, tkun l-ewwel ATS ta’ dan il-prodott bħala prodott mediċinali fl-Istat Membru fejn ġiet ippreżentata l-imsemmija applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kliem tal-imsemmija dispożizzjoni ma jirreferix għall-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tad-definizzjoni stretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009, li tirriżulta mill-punti 40 sa 45 ta’ din is-sentenza, l-analiżi tal-kliem tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament tippreżumi li l-ewwel ATS tal-prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tindika l-ewwel ATS ta’ prodott mediċinali li jinkorpora l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abraxis Bioscience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u dan tkun xi tkun l-applikazzjoni terapewtika ta’ dan l-ingredjent attiv jew ta’ din il-kombinazzjoni li għaliha ngħatat din l-ATS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, li jiġi kkunsidrat li l-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>ewwel ATS tal-prodott bħala prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 huwa intiż esklużivament għall-ewwel ATS li taqa’ taħt il-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika invokata insostenn tal-applikazzjoni għal ĊPS, iwassal neċessarjament sabiex tiġi kkontestata din id-definizzjoni stretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, peress li huwa possibbli biss, kif jispeċifika l-Artikolu 1(c) tal-imsemmi regolament, li tiġi applikata l-privattiva bażika. Fil-fatt, kieku dan kien il-każ, din l-applikazzjoni terapewtika tista’ tiġġustifika l-għoti ta’ ĊPS minkejja l-fatt li l-istess ingredjent attiv jew l-istess kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi huma s-suġġett ta’ applikazzjoni terapewtika oħra diġà magħrufa u li tat lok għal ATS preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 27 tas-sentenza Neurim, sabiex tiddefinixxi l-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ewwel [ATS] tal-prodott bħala prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, ma hemmx lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Bl-istess mod, analiżi tal-għanijiet tar-Regolament Nru 469/2009 tikkonferma din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-punt 11 tal-espożizzjoni tal-motivi, imsemmija fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried, bl-istabbiliment tas-sistema taċ-ĊPS, jiffavorixxi l-protezzjoni mhux ta’ kull riċerka farmaċewtika li tagħti lok għall-għoti ta’ privattiva u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott<?PAGE NO="11"?> mediċinali ġdid, iżda dik li twassal għall-ewwel tqegħid fis-suq ta’ ingredjent attiv jew ta’ kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi bħala prodott mediċinali ġdid (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abraxis Bioscience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-443/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, ikun hemm ksur ta’ tali għan jekk ikun possibbli, għall-finijiet li tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, li tittieħed inkunsiderazzjoni biss l-ewwel ATS li għandha taqa’ fil-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika li tkopri applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv partikolari jew kombinazzjoni ta’ prinċipji attivi partikolari, u li ma tittiħidx inkunsiderazzjoni ATS maħruġa preċedentement għal applikazzjoni terapewtika oħra tal-istess ingredjent attiv, jew tal-istess kombinazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abraxis Bioscience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tippermetti wkoll li jiġu rrikonċiljati b’mod ekwilibrat, minn naħa, l-għan tas-sistema ta’ ĊPS, kif jirriżulta mill-premessi 3 sa 5 u 9 tar-Regolament Nru 469/2009, li jikkonsisti f’li tiġi rrimedjata l-insuffiċjenza tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva sabiex jiġu amortizzati l-investimenti magħmula fir-riċerka ta’ ingredjenti attivi ġodda jew kombinazzjonijiet ta’ ingredjenti attivi u, għaldaqstant, li tinkoraġġixxi din ir-riċerka, kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, kif tirriżulta mill-premessa 10 tal-imsemmi regolament, li jintlaħaq dan l-għan b’mod li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumpless u sensittiv bħal dak tal-farmaċewtiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abraxis Bioscience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-443/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-punt 12 tal-espożizzjoni tal-motivi msemmija fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, li minnu jirriżulta li r-Regolament Nru 469/2009 ma huwiex limitat għall-prodotti l-ġodda, peress li proċess ġdid ta’ kisba ta’ prodott jew applikazzjoni ġdida ta’ prodott jista’ wkoll jiġi protett minn ĊPS. Fil-fatt, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 tista’ b’mod partikolari tiġi ssodisfatta meta l-ATS li sservi bħala bażi għall-applikazzjoni għal ĊPS tirrigwarda prodott li kien diġà magħruf qabel l-għoti tal-privattiva bażika iżda li qatt ma kien ta lok għal ATS bħala prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 55 u 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 bħal dik imsemmija fil-punt 56 ta’ din is-sentenza tirriskja li tikkomprometti s-sempliċità u l-prevedibbiltà tas-sistema mixtieqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni uniformi fil-livell tal-Unjoni mill-uffiċċji nazzjonali tal-privattivi. Fil-fatt, l-introduzzjoni ta’ distinzjoni bejn applikazzjonijiet terapewtiċi differenti, mingħajr lanqas ma dan il-kunċett huwa ddefinit f’dan ir-regolament, tirriskja li twassal lil dawn l-uffiċċji nazzjonali sabiex jadottaw interpretazzjonijiet kumplessi u diverġenti tal-kundizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-premessa li fuqha tibbaża ruħha l-qorti tar-rinviju, imsemmija fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, għandha tiġi miċħuda u li ATS għal applikazzjoni terapewtika ta’ prodott ma tistax titqies bħala l-ewwel ATS ta’ dan il-prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, meta ATS oħra tkun inħarġet qabel għal applikazzjoni terapewtika differenti tal-istess prodott. Il-fatt li l-ATS l-iktar reċenti hija l-ewwel ATS li taqa’ taħt il-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika invokata insostenn tal-applikazzjoni għal ĊPS ma jistax jinvalida tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ATS ma tistax titqies li hija l-ewwel ATS, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din tirrigwarda applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv, jew kombinazzjoni ta’ prinċipji attivi, li diġà kien is-suġġett ta’ ATS għal applikazzjoni terapewtika oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar iċ‑ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma tistax titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fit-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni, meta din tirrelata għal applikazzjoni terapewtika ġdida ta’ ingredjent attiv jew kombinazzjoni ta’ prinċipji attivi, li diġà kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal applikazzjoni terapewtika oħra.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>