|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/189 |
28.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/189
tas-27 ta’ Jannar 2025
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
Fl-20 ta' Diċembru 2024, il-Kumitat stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) dwar il-Libja neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1333/oj.
ANNESS
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif ġej:
Fl-Anness I (“Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 8(1)”), u fl-Anness III (“Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(1)”, il-Parti A (“Individwi”)), titħassar l-entrata rispettiva numru 20, li tikkonċerna lil Abdelhafiz ZLITNI.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/189/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)