<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑153/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0153</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:186">EU:C:2015:186</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C‑153/14</P><P>K U A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑153/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Minister van Buitenlandse Zaken</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">K u A</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2003/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2)</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ integrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prova ta’ għarfien bażiku tal-lingwa uffiċjali u ta’ għarfien kulturali tal-pajjiż</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti tikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jistax ikun obbligat jagħmel eżami lingwistiku u kulturali ta’ Stat Membru qabel ma jiġi awtorizzat, fil-kuntest ta’ riunifikazzjoni tal-familja, jidħol f’dan l-Istat Membru fejn huwa legalment residenti l-konjuġi tiegħu li huwa wkoll ċittadin ta’ pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tinterpreta l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/86<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 224).</P></NOTE> dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tevalwa jekk l-eżami inkwistjoni huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>miżura ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> permissibbli li, skont din id-dispożizzjoni, l-Istat Membru jista’ jimponi fuq ċittadin ta’ pajjiż terz li jixtieq jingħaqad mal-familja tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ miżura ta’ integrazzjoni ma jidhirx biss fid-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, iżda wkoll fid-Direttiva 2003/109<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).</P></NOTE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kif ukoll fid-Direttiva 2009/50<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE, tal-<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU L 155, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva dwar ċittadini bi kwalifiki għoljin<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, l-għan tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>li jkunu ddeterminati l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV ta’ din id-direttiva huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. L-Artikolu 7(2) tiegħu jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ integrazzjoni u jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jikkonformaw ruħhom mal-miżuri ta’ integrazzjoni, skond il-liġi nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>Fir-rigward tar-refuġjati u/jew membri tal-familja ta’ refuġjati li jirreferi għalihom l-Artikolu 12 il-miżuri ta’ integrazzjoni li jirreferi għalihom l-ewwel subparagrafu jistgħu biss ikunu applikati meta l-persuni kkonċernati jkunu ngħataw ir-riunifikazzjoni tal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu VII (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Pieni u rimedju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), l-Artikolu 17 tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri għandhom iqisu [debitament] n-natura u s-solidità tar-relazzjonijiet familjali tal-persuna u t-tul tar-residenza tiegħu (tagħha) fl-Istat Membru u ta’ l-eżistenza ta’ rbit familjali, kulturali u soċjali ma’ pajjiżu/a ta’ oriġini fil-każ li huma jiċħdu applikazzjoni, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza jew jiddeċiedu li jordnaw it-tneħħija ta’ l-isponsor jew membri tal-familja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul, Stat Membru jista’ jeżiġi li ċittadin ta’ pajjiż terz li jixtieq ikollu l-istatus ta’ persuna residenti fit-tul, jikkonforma ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kondizzjonijiet ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> skont il-liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fil-każ li persuna li tkun residenti fit-tul fi Stat Membru tapplika għal permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor, dan l-Istat Membru jista’, skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul, jeżiġi lill-persuna kkonċernata tikkonforma ma’ miżuri ta’ integrazzjoni, skont id-dritt nazzjonali, sakemm dan ma jkunx diġà ntalab jissodisfa kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar ċittadini residenti għat-tul, għall-finijiet tal-kisba tal-istatus ta’ residenti fit-tul.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar ċittadini bi kwalifiki għoljin</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar ċittadini bi kwalifiki għoljin tiffavorixxi ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni tagħhom. L-Artikolu 15(3) ta’ din id-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>B’deroga […] mill-Artikolu 7(2) [tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja] […], il-kondizzjonijiet u l-miżuri ta’ integrazzjoni msemmijin fiha jistgħu japplikaw biss wara li l-persuni kkonċernati jkunu ngħataw ir-riunifikazzjoni tal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-konjuġi li jixtieq jingħaqad mal-familja tiegħu għandu jagħti prova, qabel ma jidħol fil-pajjiż, ta’ għarfien bażiku tal-lingwa Olandiża fil-Livell A1<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Livell A1 (prinċipjant), huwa deskritt kif ġej fis-sit https://europass.cedefop.europa.eu/editors/mt/lp/compose : <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kapaċi jifhem u juża espressjonijiet familjari ta’ kuljum u frażijiet bażiċi ħafna għall-finijiet ta’ sodisfazzjon ta’ bżonnijiet ta’ natura konkreta. Kapaċi jintroduċi ruħu u lill-oħrajn u jistaqsi u jwieġeb mistoqsijiet dwar dettalji personali bħal fejn joqgħod, in-nies li jaf u affarijiet li għandu. Kapaċi jikkollabora b’mod sempliċi bil-kundizzjoni li l-persuna l-oħra titkellem bil-mod u b’mod ċar u tkun lesta tgħin.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NOTE> tal-Qafas ta’ Riferiment Komuni Ewropew għal-Lingwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sit bl-Ingliż http://www.coe.int/t/dg4/linguistic/source/framework_en.pdf.</P></NOTE> u ta’ għarfien bażiku tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sabiex jagħti prova ta’ dan, huwa għandu jgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni bi ħlas. Kull min ma jħallasx l-ammont tal-eżami ta’ integrazzjoni ta’ EUR 350, ma jkunx awtorizzat jagħmel l-eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Eżenzjoni mill-eżami ta’ integrazzjoni tista’ tingħata fil-każ ta’ diżabbiltà mentali jew fiżika serja.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-persuna li tixtieq tingħaqad mal-familja tagħha tista’ tibbaża ruħha fuq klawżola ta’ salvagwardja, jekk minħabba ċirkustanzi individwali speċjali ħafna, ma jkunx possibbli għaliha, permanentement, li tgħaddi mill-eżami, u tagħti prova li hija għamlet kull sforz raġonevolment mistenni li hija tagħmel sabiex tgħaddi mill-eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, iċ-ċittadini ta’ ċerti pajjiżi terzi huma wkoll eżentati mill-obbligu ta’ eżami.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>K, ċittadina tal-Azerbajġan, u A, ċittadina tan-Niġerja, jixtiequ jemigraw lejn il-Pajjiżi l-Baxxi, fejn diġà jirrisjedu l-konjuġi tagħhom, li huma wkoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżultax b’mod ċar liema hija n-nazzjonalità tal-konjuġi. Madankollu, fid-dawl tan-nuqqas ta’ provi, iktar ’il quddiem huwa preżunt li dawn ma humiex persuni li l-pożizzjoni legali tagħhom hija affettwata bi ftehim speċjali bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (ara s-sentenza Dogan, C‑138/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2066">EU:C:2014:2066</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Sabiex jiġu eżentati mill-eżami ta’ integrazzjoni, huma invokaw diffikultajiet fiżiċi jew mentali. Madankollu, l-awtorità kompetenti ma qisitx li dawn id-diffikultajiet kienu suffiċjentement serji u għalhekk ċaħdet l-applikazzjonijiet tas-Sinjura K u tas-Sinjura A.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-Raad van State, li issa huwa adit bil-kawża prinċipali, għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tar-regoli Olandiżi dwar l-eżami ta’ integrazzjoni mad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja. Hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni preliminari fir-rigward tad-domandi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.a</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familja jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li membru tal-familja ta’ sponsor jippreżenta prova li għandu għarfien tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru sa livell li jikkorrispondi għal-livell A1 tal-qafas ta’ riferiment komuni Ewropew għal lingwi barranin, u li għandu għarfien bażiku dwar is-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, qabel ma dawn l-awtoritajiet jawtorizzaw id-dħul u r-residenza ta’ dan il-membru tal-familja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.b</NO.P><TXT>Għall-finijiet tar-risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li, anki fil-kuntest tal-eżami tal-proporzjonalità, kif deskritt fil-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE> dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-Unjoni Ewropea [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>COM(2011) 735 finali.</P></NOTE>] skont ir-regoli nazzjonali, li jinkludu l-obbligu msemmija fid-domanda 1.a, sakemm il-membru tal-familja ma jkunx stabbilixxa li, minħab[b]a diżabbiltà<?PAGE NO="4"?> mentali jew fiżika huwa ma j[i]nsabx b’mod dewwiemi f’pożizzjoni li jattendi għall-eżami ta’ integrazzjoni, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għad-dħul u għar-residenza hija miċħuda biss jekk ikunu ssodisfatti ċirkustanzi personali partikolari ħafna li jiġġustifikaw il-preżunzjoni li l-membru tal-familja ma jinsabx b’mod dewwiemi f’pożizzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ integrazzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familja u b’mod partikolari tal-Artikolu 7(2) tagħha, fid-dawl tal-eżami tal-proporzjonalità, kif deskritt fl-imsemmija Green Paper, jipprekludi li, għall-eżami li permezz tiegħu jiġi stabbilit jekk il-membru tal-familja jissodisfax l-imsemmija rekwiżiti ta’ integrazzjoni, ikollu jitħallas ammont ta’ EUR 350 għal kull darba li jittieħed l-eżami u li, fir-rigward tal-fajl għall-preparazzjoni għall-eżami, ikollu jitħallas ammont ta’ darba li jammonta għal EUR 110?</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda hija magħmula minn żewġ partijiet. L-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-eżami ta’ integrazzjoni Olandiż jistax jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>miżura ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja. It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-awtoritajiet Olandiżi humiex jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità meta japplikaw kundizzjonijiet stretti għal kwalunkwe eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit ta’ eżami għal membri tal-familja li jixtiequ jingħaqdu mal-familji tagħhom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-eżami ta’ integrazzjoni Olandiż bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>miżura ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Bħala kunċett tad-dritt tal-Unjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>miżura ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għandha tiġi interpretata b’mod awtonomu.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Minkejja li, fid-dritt tal-Unjoni, ma hemm ebda definizzjoni tal-miżura ta’ integrazzjoni li tagħti l-possibbiltà li ssir evalwazzjoni dwar jekk tkoprix ukoll eżamijiet ta’ integrazzjoni bħal dawk Olandiżi, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>miżura<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa wiesa’ biżżejjed sabiex jinkorpora eżami ta’ integrazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Dwar il-prova ta’ għarfien lingwistiku adattat bħala kundizzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, ara l-opinjoni tar-Repubblika tal-Awstrija (Dokument tal-Kunsill 10857/02 tad-<DATE ISO="20020809">9 ta’ Awwissu 2002</DATE>, p. 12, nota ta’ qiegħ il-paġna 3, u Dokument tal-Kunsill 14272/02 tas-<DATE ISO="20021126">26 ta’ Novembru 2002</DATE>, p. 12, nota ta’ qiegħ il-paġna 1).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dan ma huwiex ikkonfutat mill-fatt li mhux il-verżjonijiet lingwistiċi kollha fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja jużaw l-istess kliem. Filwaqt li l-parti l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, pereżempju, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bl-Isvediż, bis-Slovakk, bl-Ispanjol, biċ-Ċek u bl-Ungeriż tad-Direttiva.</P></NOTE> jirreferu għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, il-verżjoni Olandiża tgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>integratievoorwarden<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jiġifieri kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Minn naħa, il-kliem tal-verżjoni Olandiża jista’ effettivament jinftiehem fis-sens li eżami ta’ integrazzjoni huwa kundizzjoni preliminari għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja huma, irrispettivament mill-kliem tal-verżjoni lingwistika partikolari, intiżi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>rekwiżit<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għar-riunifikazzjoni tal-familja, kif jindika t-titolu tal-Kapitolu IV tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja. Il-fatt li kien hemm konformità mal-miżura ta’ integrazzjoni inkwistjoni,<?PAGE NO="5"?> u għaldaqstant ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>rekwiżit għall-eżerċizzju tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Kapitolu IV ġie ssodisfatt, għandu konsegwentement ikun verifikabbli mill-Istat Membru kkonċernat, speċjalment peress li l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi hija waħda mill-għanijiet tad-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ma huwiex inkonċepibbli, la kunċettwalment u lanqas sistematikament jew teleoloġikament, li miżura ta’ integrazzjoni fis-sens tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja tinkorpora eżami intiż li jiġi stabbilit li ġiet issodisfatta kundizzjoni relatata mal-integrazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li persuna li tixtieq tingħaqad mal-familja tagħha ġeneralment tintalab tagħmel tali eżami qabel huwa wkoll indikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, li jeskludi miżuri ta’ integrazzjoni qabel ir-riunifikazzjoni tal-familja biss fil-każ ta’ refuġjati, kif ukoll l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva dwar ċittadini bi kwalifiki għoljin, li jipprovdi l-istess eżenzjoni fil-każ ta’ membri tal-familja li jagħmlu parti mill-grupp privileġġat ta’ immigranti.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Mid-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul, li fir-rigward tagħha l-konsultazzjoni nżammet fl-istess perijodu tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, lanqas ma jistgħu jiġu dedotti argumenti fir-rigward tar-raġuni li għaliha miżuri ta’ integrazzjoni fis-sens tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja ma għandhomx jiġu assoċjati ma’ teħid ta’ eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Skont id-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul, ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jkun suġġett għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kundizzjoni ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fl-ewwel Stat Membru, iżda jekk jissodisfahom, ma huwiex meħtieġ jikkonforma ruħu ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> addizzjonali fit-tieni Stat Membru meta japplika għal permess ta’ residenza hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Id-differenza kunċettwali bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kundizzjoni ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>miżura ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> wasslet lill-Avukat Ġenerali Szpunar jikkonkludi, fir-rigward tad-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul, li sempliċi miżuri ta’ integrazzjoni ma jistgħux jeżiġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>; b’mod partikolari, ma jistgħux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>jistabbilixxu strument <HT TYPE="ITALIC">de iure</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> għall-għażla ta’ persuni jew għall-kontroll tal-immigrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Konklużjonijiet fil-kawża P u S (C‑579/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:39">EU:C:2015:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għad irid jiġi kkjarifikat jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hijiex tal-istess fehma. Indipendentement minn dan, madankollu, ma huwiex neċessarju, li l-kunċett ta’ miżura ta’ integrazzjoni jiġi interpretat bl-istess mod fid-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja u fid-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, madankollu, il-konklużjonijiet fil-kawża P u S (C‑579/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:39">EU:C:2015:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46).</P></NOTE>. Dan għaliex is-sitwazzjonijiet irregolati minn dawn id-direttivi huma differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-distinzjoni kunċettwali bejn miżuri u kundizzjonijiet fid-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul hija ġġustifikata bil-fatt li l-intenzjoni hija li jiġi żgurat li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom dritt ta’ residenza permanenti u li diġà għaddew minn eżami ta’ integrazzjoni fi Stat Membru wieħed, u li għalhekk issodisfaw kundizzjoni ta’ integrazzjoni hemmhekk, ma humiex meħtieġa jgħaddu minn eżamijiet ta’ integrazzjoni <HT TYPE="ITALIC">mill-ġdid</HT> fi Stat Membru ieħor. L-influss <HT TYPE="ITALIC">inizjali</HT> ta’ membri tal-familja fl-Unjoni Ewropea, li huwa s-suġġett tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, madankollu, għandu kwalità differenti: ma kien hemm ebda raġuni li ssir l-istess distinzjoni kunċettwali fid-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja bħal dik li saret fid-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul, peress li d-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja tikkonċerna membri tal-familja li jingħaqdu ma’ persuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, u ma kien hemm ebda riskju li jiġu imposti mill-ġdid miżuri ta’ integrazzjoni wara li dawn jkunu ġew issodisfatti diġà f’post ieħor.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħala kundizzjoni ta’ dħul, l-eżami ta’ integrazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi jista’ jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>miżura ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, minkejja t-terminoloġija tad-Direttiva dwar ċittadini residenti fit-tul tal-familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>La kunsiderazzjonijiet tad-dritt primarju u lanqas il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li hemm riferiment għall-Artikolu 8 tagħha fit-tieni premessa tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, ma jipprekludu din l-interpretazzjoni. Għaldaqstant, l-Artikolu 8 tal-KEDB ma jagħti ebda dritt inkundizzjonat lill-konjuġi li jidħlu jew li jirrisjedu fi Stat partikolari; ara, f’dan ir-rigward, il-punti 63 sa 67 tal-konklużjonijiet tiegħi tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE> fil-kawża Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑540/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:517">EU:C:2005:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-<DATE ISO="20010802">2 ta’ Awwissu 2001</DATE> fil-kawża Boultif vs L-Isvizzera (Nru 54273/00), <HT TYPE="ITALIC">Ġabra tas-Sentenzi u tad-Deċiżjonijiet</HT> 2001-IX, § 39, kif ukoll tad-<DATE ISO="19960219">19 ta’ Frar 1996</DATE>, fil-kawża Gül vs L-Isvizzera (Nru 23218/94), § 38, li fiha l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonstatat: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Article 8 […] cannot be considered to impose on a State a general obligation to […] authorise family reunion in its territory<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Ara, ukoll reċentement, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-<DATE ISO="20140325">25 ta’ Marzu 2014</DATE>, Biao vs Id-Danimarka (Nru 38590/10), § 53.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, il-miżura tal-Pajjiżi l-Baxxi inkwistjoni għandha wkoll tkun proporzjonata mal-għan tal-integrazzjoni previst u ma għandhiex tippreġudika l-effettività tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-punt 56 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Dogan (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:287">EU:C:2014:287</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħidu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>miżuri ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> hija wiesgħa biżżejjed biex tiġbor fiha wkoll <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>obbligi tar-riżultat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>, bil-kundizzjoni madankollu li dawn ikunu proporzjonati mal-għan ta’ integrazzjoni prevista mill-Artikolu 7(2) [tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja] [...] u li l-effettività ta’ din tal-aħħar ma tkunx kompromessa.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></NOTE>, li għandha tiġi eżaminata iktar ’il quddiem fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-proporzjonalità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar il-proporzjonalità tal-eżami ta’ integrazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-eżami ta’ integrazzjoni huwa intiż li jtejjeb il-pożizzjoni inizjali tal-persuni li jingħaqdu mal-familji tagħhom fil-Pajjiżi l-Baxxi, u għalhekk li jrawwem l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dispożizzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi ssegwi għanijiet leġittimi li huma intiżi għall-integrazzjoni tal-persuni li ser jingħaqdu mal-familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-premessa 15 kif ukoll l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja.</P></NOTE> u tagħmel użu minn mezzi xierqa sabiex tagħmel dan, peress li t-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż huwa rekwiżit preliminari essenzjali għall-integrazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-punt 4 tal-Prinċipji Bażiċi Komuni għall-Politika ta’ integrazzjoni tal-Immigranti fl-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 14615/04 tad-<DATE ISO="20041119">19 ta’ Novembru 2004</DATE>, p. 16), li jipprovdi li għarfien bażiku tal-lingwa, tal-istorja u tal-istituzzjonijiet tal-Istat ospitanti huwa indispensabbli għall-integrazzjoni.</P></NOTE>. Għarfien sod tal-lingwa mhux biss itejjeb il-prospetti taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-suq tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara Kummissjoni Ewropea, Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Persuni bin-Nazzjonalità ta’ Pajjiżi Terzi, KUMM/2011/0455 finali, p. 5.</P></NOTE>, iżda jippermettilhom ifittxu għajnuna b’mod indipendenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-pajjiż ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-Gvern Ġermaniż enfasizza, matul is-seduta, li din hija kunsiderazzjoni importanti fil-każ ta’ nisa fi żwieġ sfurzat, peress li, jekk in-nisa kkonċernati diġà jkollhom għarfien bażiku tal-lingwa tal-Istat ospitanti meta jidħlu fil-pajjiż, huma jkunu jistgħu jgħinu lilhom infushom aħjar f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.</P></NOTE>. Għarfien bażiku dwar il-pajjiż jiżgura wkoll li l-persuna li tkun ser tingħaqad mal-familja tkun familjari mar-regoli bażiċi importanti ta’ koeżistenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-parti tal-eżami li tikkonċerna l-għarfien bażiku tas-soċjetà tal-Pajjiżi l-Baxxi tinkludi mistoqsijiet prattiċi, pereżempju mistoqsijiet dwar jekk l-irġiel u n-nisa għandhomx l-istess drittijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi, dwar jekk il-Pajjiżi l-Baxxi jirrikonixxix is-separazzjoni tal-knisja u tal-istat jew dwar l-età li fiha t-tfal għandhom jibdew imorru l-iskola.</P></NOTE> li jistgħu jgħinu jevitaw nuqqas ta’ fehim u ksur tad-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Huwa minnu li korsijiet tal-lingwa u ta’ integrazzjoni mwettqa fl-Istat Membru ospitanti stess jistgħu jkollhom effett ikbar minn taħriġ li jkun segwit barra mill-pajjiż. Madankollu, dan ma jnaqqasx il-bżonn ta’ miżura ta’ integrazzjoni magħżula mill-Pajjiżi l-Baxxi u applikata qabel ir-riunifikazzjoni tal-familja. Fil-fatt, it-tħassib tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa preċiżament li tingħata għajnuna għat-titjib tal-<HT TYPE="ITALIC">pożizzjoni inizjali</HT> tal-persuna li ser tingħaqad mal-familja tagħha. Għaldaqstant, taħriġ li jibda wara l-wasla tal-persuna fil-pajjiż ma huwiex daqstant effettiv.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-eżami ta’ integrazzjoni huwa wkoll fundamentalment adattat fir-rigward tal-istruttura tiegħu: għarfien tal-lingwa fil-Livell A1 tal-Qafas ta’ Riferiment Ewropew, kif meħtieġ mill-eżami ta’ integrazzjoni, huwa għarfien bażiku li jista’ jinkiseb normalment, partikolarment bl-għajnuna ta’ materjal preparatorju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jipprovdi pakkett għall-istudju awtonomu għall-użu tal-preparazzjoni tal-eżami. Huwa disponibbli fi 18-il lingwa u għaldaqstant, skont l-argumenti tal-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi fis-seduta, għandu jinftiehem b’mod immedjat minn madwar 75 % tal-persuni li jagħmlu l-eżami.</P></NOTE>, mingħajr sforz kbir.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ta’ migrazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiż terz għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja hija deċiżjoni personali kunsiderevoli, ikun ukoll loġiku li l-persuna li tkun tixtieq tingħaqad mal-familja tagħha għandha tistudja minn qabel aspetti ġenerali tal-Istat ospitanti u tar-regoli tiegħu, peress li dan ma huwiex biss fl-interess tal-pajjiż ospitanti iżda wkoll fl-interess tal-persuni li jixtiequ jingħaqdu mal-familja tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-fatt li ċittadini ta’ ċerti pajjiżi terzi, bħal dawk tal-Kanada jew tal-Istati Uniti tal-Amerika, ma humiex meħtieġa jagħmlu l-eżami ta’ integrazzjoni ma għandux ifisser li l-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi hija inkonsistenti, peress li, skont l-Artikolu 3(4)(a) tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa liberu, abbażi ta’ ftehim bilaterali, li jagħti trattament favorevoli lil ċerti pajjiżi terzi. Dan għandu japplika iktar u iktar fir-rigward ta’ miżuri ta’ integrazzjoni nazzjonali, li fir-rigward tagħhom il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-adozzjoni tagħhom għandha tkun diskrezzjoni tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi ma tkunx adattata jekk iċ-ċirkustanzi individwali ma jittieħdux debitament inkunsiderazzjoni meta tiġi applikata l-leġiżlazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenza Dogan (C‑138/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2066">EU:C:2014:2066</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</P></NOTE>. Il-fatt li applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja għandha tiġi ddeterminata l-iktar fuq evalwazzjoni ta’ każ b’każ jirriżulta mill-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja li tipprovdi, partikolarment, li għandhom jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni n-natura u s-solidità tar-rabtiet tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, applikanti b’diżabbiltà severa kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi privileġġati huma kompletament eżentati mill-obbligu li jagħmlu eżami ta’ integrazzjoni. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju rreferiet għal klawżola ta’ salvagwardja, li tapplika meta ma jkunx possibbli għal applikant, permanentement, li jgħaddi mill-eżami, u jagħti prova li għamel kull sforz raġonevolment mistenni sabiex jgħaddi mill-eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina liema sitwazzjonijiet jistgħu jkunu koperti mill-klawżola ta’ salvagwardja.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti mid-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja, il-klawżola ta’ salvagwardja, flimkien mal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar l-eżami tal-integrazzjoni, hija madankollu adattata biss jekk tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni individwali tal-applikant, partikolarment il-ħiliet lingwistiċi tiegħu u l-livell ta’ edukazzjoni tiegħu u teżentah mill-obbligi li jagħmel eżami f’każ ta’ irraġonevolezza.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Minbarra l-istat tas-saħħa, il-kapaċitajiet konjittivi u l-livell ta’ edukazzjoni tal-persuna kkonċernata, fatturi bħad-disponibbiltà tal-materjal preparatorju li huwa jista’ jifhem, l-ispejjeż koperti u l-impenn temporali jistgħu wkoll ikunu fatturi sinjifikattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ persuna li tixtieq tingħaqad mal-familja tagħha u li ma għandhiex għarfien ta’ waħda mit-18-il lingwa li fiha huwa disponibbli l-materjal ta’ taħriġ li jista’ jintuża għall-preparazzjoni tal-eżami ma jistax, pereżempju, jiġi mistenni li hija tibda titgħallem waħda minn dawn il-lingwi sabiex sussegwentement tibda l-preparazzjoni effettiva għall-eżami.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li persuna ma tgħaddix mill-eżami ta’ integrazzjoni ma għandux iwassal awtomatikament għar-rifjut tar-riunifikazzjoni tal-familja fil-każ li jkun hemm motivi għall-awtorizzazzjoni tagħha f’każ partikolari. Sa fejn il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi tippermetti li dawn il-fatturi speċifiċi jittieħdu inkunsiderazzjoni, partikolarment il-klawżola ta’ salvagwardja, ma hemmx inkompatibbiltà mad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jipprekludux l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ integrazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk l-obbligu ta’ eżami li tinkorpora din il-miżura jkun inapplikabbli meta dan l-obbligu jkun irraġonevoli għall-persuni li jixtiequ jingħaqdu mal-familja tagħhom, b’kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom jew jekk, minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ każ individwali, hemm raġunijiet li għalihom għandha tiġi awtorizzata r-riunifikazzjoni tal-familja minkejja li l-persuna ma tkunx għaddiet mill-eżami. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li għandu jitħallas l-ammont ta’ EUR 350 kull darba li jsir eżami ta’ integrazzjoni, flimkien ma’ ammont ta’ darba ta’ EUR 110 għall-materjal ta’ studju għall-preparazzjoni tal-eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Skont ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-ispejjeż jikkorrispondu għall-ħlas effettivament sostnut u għalhekk huma proporzjonati. Fil-każ li applikant ma jkollux biżżejjed fondi sabiex iħallas l-ispejjeż, is-sitwazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata permezz tal-applikazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja ma tirregolax il-kwistjoni dwar jekk u sa fejn l-Istati Membri jistgħu jimponu spejjeż meta jaġixxu skont il-poter mogħti lilhom mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva kif ukoll miżuri ta’ integrazzjoni fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Konsegwentement, il-leġiżlatur nazzjonali għandu marġni ta’ diskrezzjoni fil-kuntest tal-awtonomija proċedurali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, l-ispejjeż ma għandux ikollhom l-għan jew l-effett li joħolqu ostakolu għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, għaliex inkella jkunu jippreġudikaw l-għan tad-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑216/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:706">EU:C:2006:706</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43) u Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</P></NOTE>. Jekk l-ispejjeż ikollhom impatt finanzjarju kunsiderevoli fuq il-persuni kkonċernati, dawn jistgħu jċaħħdu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-possibbiltà li jinvokaw id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mogħti lilhom minn din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑216/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:706">EU:C:2006:706</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44) u Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 70).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dan ir-riskju huwa preżenti f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-ispejjeż fl-ammont indikat jistgħu jkunu piż finanzjarju kunsiderevoli f’diversi partijiet tad-dinja, fid-dawl tad-dħul <HT TYPE="ITALIC">per capita</HT> f’tali postijiet. Għaldaqstant, f’każijiet individwali, dawn jistgħu joħolqu ostakolu sproporzjonat li jippreġudika l-għan tad-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-effettività tagħha, speċjalment peress li l-ispejjeż tal-eżami japplikaw kull darba li jsir l-eżami. F’każijiet bħal dawn, soluzzjoni tista’ tkun, fost oħrajn, dik li tingħata eżenzjoni jew differiment. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk u sa fejn dan huwa possibbli skont id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li d-Direttiva dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu spejjeż ta’ eżami ta’ integrazzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk dawn l-ispejjeż u l-impożizzjoni tagħhom jipprekludu lill-persuna li tixtieq tingħaqad mal-familja tagħha milli teżerċita d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-prinċipju tal-proporzjonalità ma jipprekludux l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ integrazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk l-obbligu ta’ eżami li tinkorpora din il-miżura jkun inapplikabbli meta dan l-obbligu jkun irraġonevoli għall-persuni li jixtiequ jingħaqdu mal-familja tagħhom, b’kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom jew jekk, minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ każ individwali, hemm raġunijiet li għalihom għandha tiġi awtorizzata r-riunifikazzjoni tal-familja minkejja li l-persuna ma tkunx għaddiet mill-eżami. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/86/KE tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu spejjeż ta’ eżami ta’ integrazzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk dawn l-ispejjeż u l-impożizzjoni tagħhom jipprekludu lill-persuna li tixtieq tingħaqad mal-familja tagħha milli teżerċita d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>