|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2180 |
29.9.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2180
tat-22 ta’ Settembru 2026
li taħtar membru, propost mir-Repubblika ta’ Ċipru, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ċiprijott,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fis-16 ta’ Settembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/1911 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2025 sal-20 ta’ Settembru 2030. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Pieris PIERI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Ċiprijott ippropona lis-Sur Pavlos KALOSINATOS, Διευθυντής Ινστιτούτου Εργασίας Κύπρου ΠΕΟ, Μέλος Εκτελεστικού Συμβουλιού Παγκύπριας Εργατικής Ομοσπονδίας ΠΕΟ (Direttur tal-Istitut tax-Xogħol ta’ Ċipru (INEK-ΡΕΟ), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Federazzjoni pan-Ċiprijotta tal-Ħaddiema (PEO)), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2030, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Pavlos KALOSINATOS, Διευθυντής Ινστιτούτου Εργασίας Κύπρου ΠΕΟ, Μέλος Εκτελεστικού Συμβουλιού Παγκύπριας Εργατικής Ομοσπονδίας ΠΕΟ (Direttur tal-Istitut tax-Xogħol ta’ Ċipru (INEK-ΡΕΟ), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Federazzjoni pan-Ċiprijotta tal-Ħaddiema (PEO)), huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2030.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/853/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1911 tas-16 ta’ Settembru 2025 li taħtar membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2025 sal-20 ta’ Settembru 2030 (ĠU L, 2025/1911, 22.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1911/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2180/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)