31996R1510

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1510/96 tas-26 ta' Lulju 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

Official Journal L 189 , 30/07/1996 P. 0089 - 0090
CS.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
ET.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
HU.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
LT.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
LV.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
MT.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
PL.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
SK.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204
SL.ES Chapter 02 Volume 07 P. 203 - 204


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1510/96

tas-26 ta' Lulju 1996

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariff u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1192/96 [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 9,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ f'oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NK indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbiixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' tliet xhur mill-possessur;

Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġon-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xuerqa tan-NK indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.1996, p. 15.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifika Kodiċi tan-NK | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Qoxra tal-plastik, f'żewġ biċċiet, li fiha:żugraga tal-plastik b'dijametru ta' 2,5 ċm,uchewing gum f'għamla ta' boċċa miksija biz-zokkor b'kontenut ta' zokkor tal-kannemieli b'piż ta' 69,5 % (inkluż zokkor invert espress bħala zokkkor tal-kannemieli) | Żugraga 95039032 Chewing Gum 17041099 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kkombinata, bin- Nota 2 (v) tal-Kapitolu 39 u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tam9503-NK , 950390, 95039032,1704 , 170410 u 17041099 Mhux prodott kompost fit-tifsira tar-regola ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u b'mod partikolari mhux prodott imqiegħed f'sett għal bejgħ bl-imnut. Ara n-Nota Spjegattiva ta' HS, regola 3 (b), (X), subparagrafu 1 u 3. |

(perċentwal ta' piż) |

Trabtax-xorrox | 30-35 |

Trab tal-ġobon | 20-25 |

Melħ | 15-18 |

Basal u tewm | 8-10 |

Trab tax-xorrox tal-butir | 8-10 |

Aċidu lattiku u aċidu ċitriku | 3-4 |

Tursin | < 1 |

Estratt ta' bżar aħmar ħelu | < 0,5 |

Ħwawar | < 0,5 |

Żejt tas-sojja | < 0,25 |

Diossidu tas-silikon | < 0,5 |

Dan il-prodott jintuża bħala taħwir fil-manifattura ta' ikel tal-ħeffa.

| | 21039090 | Il-klassifika hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NK2103 , 210390 u 21039090. |

--------------------------------------------------