European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2622

4.10.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2622

tat-30 ta’ Lulju 2024

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda tar-Regolament (UE) 2023/2419 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-lista f’dak l-Anness

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor (2) jelenka d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2024 tal-Kumitat Konġunt (3) żiedet ir-Regolament (UE) 2023/2419 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), taħt il-punt 34 “Għalf – prodotti u iġjene” mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor. Id-Deċiżjoni Nru 2/2024 daħlet fis-seħħ fis-17 ta’ Mejju 2024.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2023/1231 jistabbilixxi regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut għall-introduzzjoni fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq għall-konsumatur finali. L-Anness I ta’ dak ir-Regolament jelenka d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit għall-introduzzjoni fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Filwaqt li titqies ir-responsabbiltà tar-Renju Unit li jipproteġi s-saħħa pubblika u l-konsumaturi fl-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward ta’ oġġetti bl-imnut li jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2419, fid-dawl tal-kontenut tiegħu, jiżdied mal-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1231.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2023/1231 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Fl-interess taċ-ċertezza legali u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika b’mod retroattiv mis-17 ta’ Mejju 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1231, jiżdied il-punt li ġej:

“68.

*Ir-Regolament (UE) 2023/2419 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar it-tikkettar tal-ikel organiku għall-annimali domestiċi (*1)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-17 ta’ Mejju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 165, 29.6.2023, p. 103, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1231/oj.

(2)  Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2024 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tas-16 ta’ Mejju 2024 li żżid att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor, [Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali].

(4)  Ir-Regolament (UE) 2023/2419 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar it-tikkettar tal-ikel organiku għall-annimali domestiċi (ĠU L, 2023/2419, 27.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2419/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2622/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)