European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2568

16.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2568

tas-16 ta’ Novembru 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/386 li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra l-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina u dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu l-azzjonijiet vjolenti tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi miżuri restrittivi kontra l-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina u dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu l-azzjonijiet vjolenti tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/386.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina, jenħtieġ li persuna waħda u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/386 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L, 2024/386, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/386/oj.


xxxANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/386 huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “A Persuni fiżiċi”, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

“23.

Mustafa Moin AYASH

مصطفى معين عياش

magħruf ukoll bħala

Mustafa Moen AYYASH,

Mustafa AIASH

Data tat-twelid: 18.9.1992

Post tat-twelid: Gaza

Sess: raġel

Dokument tal-Ivvjaġġar Awstrijak tar-Refuġjati: nru. K1518177

Passaport Palestinjan: nru. 6080310

Passaport Palestinjan: nru. 6214861

Mustafa Moin Ayash huwa l-fundatur tal-pjattaforma tal-aħbarijiet tal-media soċjali Gaza Now, li talbet donazzjonijiet għall-Ħamas, inkluż permezz tal-kriptovaluta. Għalhekk huwa jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas.

16.11.2026;”

(2)

taħt l-intestatura “B Persuni ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi”, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Gaza Now

غزة الآن

Post prinċipali tan-negozju: Europe

Gaza Now hija pjattaforma tal-aħbarijiet tal-media soċjali mwaqqfa minn Mustafa Moin Ayash, li fuqha huma mitluba donazzjonijiet għall-Ħamas. Għalhekk hija tipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas.

16.11.2026.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2568/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)