|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/667 |
10.2.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Jannar 2025
li tapprova l-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Irlanda
(C/2025/667)
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
|
(1) |
Fit-30 ta' April 2024 daħal fis-seħħ qafas ta' governanza ekonomika tal-UE riformat. Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali (1), flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1467/97 emendat dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (2), u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE dwar l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri emendata (3) huma l-elementi ewlenin tal-qafas riformat ta' governanza ekonomika tal-UE. Il-qafas għandu l-għan li jippromwovi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli, u tkabbir sostenibbli u inklużiv u r-reżiljenza permezz ta' riformi u investimenti, u li jipprevjeni defiċits eċċessivi tal-gvern. Huwa jippromwovi wkoll is-sjieda nazzjonali u jiffoka aktar fuq terminu medju, flimkien ma' infurzar aktar effettiv u koerenti tar-regoli. |
|
(2) |
Il-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni huma fiċ-ċentru tal-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika. Il-pjanijiet għandhom jimmiraw li jintlaħqu żewġ objettivi: i) l-iżgurar li, fost l-oħrajn, sa tmiem il-perjodu ta' aġġustament, id-dejn tal-gvern estiż ikun fuq trajettorja ta' tnaqqis plawżibbli, jew jibqa' f'livelli prudenti, u li d-defiċit tal-gvern jinġieb u jinżamm taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fuq it-terminu medju, u ii) l-iżgurar tat-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-UE. Għal dak il-għan, kull pjan għandu jippreżenta impenn fuq terminu medju għal perkors tan-nefqa netta (4), li effettivament jistabbilixxi restrizzjoni baġitarja għad-durata tal-pjan, li tkopri erba' jew ħames snin (skont it-terminu regolari tal-leġiżlatura fi Stat Membru). Barra minn hekk, il-pjan għandu jispjega kif l-Istat Membru ser jiżgura t-twettiq ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (inkluż dawk li jappartjenu għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (MIP), jekk applikabbli), u kif l-Istat Membru ser jindirizza l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni. Il-perjodu għall-aġġustament fiskali jkopri perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġi estiż sa tliet snin jekk l-Istat Membru jintrabat li jwettaq sett ta' riformi u investimenti rilevanti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(3) |
Wara l-preżentazzjoni tal-pjan, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk jikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(4) |
Fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill irid imbagħad jadotta rakkomandazzjoni biex jistabbilixxi l-perkors tan-nefqa netta tal-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, japprova s-sett ta' impenji ta' riforma u ta' investiment li jirfdu estensjoni tal-perjodu ta' aġġustament fiskali. |
KUNSIDERAZZJONIJIET DWAR IL-PJAN FISKALI-STRUTTURALI NAZZJONALI FUQ TERMINU MEDJU TAL-IRLANDA
|
(5) |
Fil-15 ta' Ottubru 2024, l-Irlanda ppreżentat il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali tagħha fuq terminu medju lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-preżentazzjoni saret wara estensjoni tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2024/1263, kif miftiehem mal-Kummissjoni fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija mill-Irlanda. |
Proċess qabel il-preżentazzjoni tal-pjan
|
(6) |
L-Irlanda kienet eliġibbli biex tirċievi informazzjoni teknika, iżda ma talbithiex. Fil-21 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Irlanda l-kundizzjonijiet inizjali ewlenin u s-suppożizzjonijiet sottostanti użati fil-qafas tal-projezzjoni tad-dejn tal-gvern fuq terminu medju tal-Kummissjoni (5), kif imsemmi fil-Premessa (25) tar-Regolament (UE) 2024/1263, u ppubblikathom fil-15 ta' Ottubru 2024 (6). |
|
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2024/1263, l-Irlanda u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom fi djalogu tekniku f'Settembru 2024. Id-djalogu ffoka fuq il-perkors tan-nefqa netta previst mill-Irlanda u s-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha (b'mod partikolari t-tkabbir tal-PDG potenzjali u l-aġġustamenti bejn il-fondi u l-flussi), kif ukoll it-twettiq previst ta' riformi u investimenti li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni fi tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, ir-reżiljenza soċjali u ekonomika, is-sigurtà tal-enerġija u l-bini tal-kapaċitajiet tad-difiża. |
|
(8) |
F'Mejju 2024, f'konformità mal-Artikolu 11(3) u 36(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2024/1263, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Irlanda fil-pjan, l-Irlanda kienet involuta fi proċess ta' konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, mas-sħab soċjali, mal-awtoritajiet reġjonali u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Irlanda fil-pjan tagħha, il-Gvern ospita d-Djalogu Ekonomiku Nazzjonali (NED), avveniment annwali li jipprovdi forum għall-partijiet ikkonċernati biex jiskambjaw mal-Gvern dwar il-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali. Id-diskussjonijiet fl-NED 2024 inkludew fokus fuq terminu medju fil-kuntest tal-obbligi tal-Gvern skont il-qafas fiskali rivedut tal-UE. |
|
(9) |
Il-Kunsill Konsultattiv Fiskali Irlandiż (IFAC) ta opinjoni dwar it-tbassir makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi li jirfdu l-perkors tan-nefqa netta pluriennali (7). Il-previżjonijiet makroekonomiċi li jirfdu l-baġit nazzjonali għall-2025 ġew approvati mill-IFAC fit-23 ta' Settembru 2024, peress li l-IFAC kien sodisfatt li l-previżjonijiet huma fi ħdan firxa li tista' tiġi approvata. L-IFAC jqis li l-approvazzjoni tiegħu ġiet fi żmien meta l-ekonomija qed tagħmel prestazzjoni ogħla mill-potenzjal tagħha u b'riskji relatati ma' restrizzjonijiet tal-kapaċità domestikament. |
Proċessi oħra relatati
|
(10) |
Fil-15 ta' Ottubru 2024, l-Irlanda ppreżentat l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tagħha għas-sena 2025. Il-Kummissjoni adottat opinjoni dwar dan l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju fis-26 ta' Novembru 2024 (8). |
|
(11) |
Fil-21 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill indirizza lill-Irlanda sensiela ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fil-kuntest tas-Semestru Ewropew (9). |
SOMMARJU TAL-PJAN U L-VALUTAZZJONI TIEGĦU MILL-KUMMISSJONI
|
(12) |
F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-Kummissjoni vvalutat il-pjan kif ġej: |
Kuntest: is-sitwazzjoni u l-prospetti makroekonomiċi u fiskali
|
(13) |
L-attività ekonomika fl-Irlanda naqset b'5,5 % fl-2023, xprunata minn tnaqqis fl-esportazzjonijiet netti, prinċipalment f'setturi speċifiċi ddominati minn multinazzjonali, filwaqt li l-ekonomija domestika baqgħet b'saħħitha. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, l-ekonomija hija mistennija li tonqos b' 0,5 % fl-2024, minħabba l-volatilità kontinwa fis-setturi ddominati mill-kumpaniji multinazzjonali. Fl-2025, il-PDG reali huwa mistenni li jiżdied b' 4,0 %, appoġġat minn ekonomija domestika b'saħħitha u tkabbir kontinwu fl-esportazzjonijiet. Fl-2026, il-PDG reali huwa mistenni li jiżdied b' 3,6 %, hekk kif id-domanda domestika u l-esportazzjonijiet ikomplu jikkontribwixxu b'mod pożittiv għat-tkabbir. Matul il-perjodu ta' tbassir (jiġifieri, 2024–2026), it-tkabbir tal-PDG potenzjali fl-Irlanda huwa mistenni li jiżdied marġinalment minn 2,6 % fl-2024 għal 2,9 % fl-2025, segwit minn tnaqqis żgħir fl-2026 għal 2,7 %. Dan huwa xprunat minn tnaqqis gradwali fil-kontribuzzjoni tax-xogħol u żieda fil-kontribuzzjoni tal-akkumulazzjoni kapitali wara tnaqqis fl-2024. Ir-rata tal-qgħad kienet ta' 4,3 % fl-2023 u hija pprojettata mill-Kummissjoni li tammonta għal 4,4 % fl-2024, 4,4 % fl-2025 u 4,5 % fl-2026. L-inflazzjoni (deflatur tal-PDG) hija pprojettata li tonqos minn 3,6 % fl-2023 għal 3,3 % fl-2024, u li tilħaq 2,1 % fl-2025 u 1,7 % fl-2026. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-iżviluppi fiskali, fl-2023 is-surplus tal-gvern estiż tal-Irlanda ammonta għal 1,5 % tal-PDG. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, huwa mistenni li jilħaq 4,4 % tal-PDG fl-2024 u li jonqos għal 1,4 % tal-PDG fl-2025 u, fuq bażi ta' ebda bidla fil-politika, għal 1,3 % fl-2026. It-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea jinkludi l-abbozz tal-baġit tal-Irlanda għall-2025 li l-gvern ippropona lill-parlament nazzjonali f'Ottubru. Id-dejn tal-gvern estiż kien ta' 43,3 % tal-PDG fi tmiem l-2023. Skont it-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea, il-proporzjon tad-dejn huwa mistenni li jonqos għal 41,6 % tal-PDG fi tmiem l-2024. Dan huwa pprojettat li jonqos għal 38,3 % tal-PDG fi tmiem l-2025 u għal 36,8 % fi tmiem l-2026. It-tbassir fiskali mill-Kummissjoni ma jqisx l-impenji ta' politika fil-pjanijiet fuq terminu medju bħala tali sakemm ma jkunux sostnuti minn miżuri ta' politika konkreti mħabbra b'mod kredibbli u speċifikati biżżejjed. |
Perkors tan-nefqa netta u suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan
|
(15) |
Il-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju tal-Irlanda jkopri l-perjodu 2025–2029 u jippreżenta aġġustament fiskali fuq erba' snin. |
|
(16) |
Il-pjan fih l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(17) |
Il-pjan jimpenja ruħu għall-perkors tan-nefqa netta indikat fit-Tabella 1, li jikkorrispondi għal tkabbir medju fin-nefqa netta ta' 5,3 % matul is-snin 2025-2029. Il-perkors tan-nefqa netta impenjat fil-pjan huwa rrapportat li jwassal għal bilanċ primarju strutturali ta' 2,3 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2028). Il-pjan jassumi li t-tkabbir tal-PDG potenzjali ser jonqos gradwalment minn 3,1 % fl-2024 għal 2,8 % sal-2027 qabel żieda għal 3,6 % fl-2028. Barra minn hekk, il-pjan jistenna li r-rata ta' tkabbir tad-deflatur tal-PDG tonqos minn 3,2 % fl-2024 għal 2,1 % fl-2025 u tibqa' f'dak il-livell sal-2028. Tabella 1: Perkors tan-nefqa netta u suppożizzjonijiet ewlenin fil-pjan tal-Irlanda
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għad-dejn tal-gvern estiż
|
(18) |
Jekk jimmaterjalizzaw il-perkors tan-nefqa netta impenjat fil-pjan u s-suppożizzjonijiet sottostanti, id-dejn tal-gvern estiż, skont il-pjan, jonqos gradwalment minn 41,4 % fl-2024 għal 34,0 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2028), skont it-tabella li ġejja. Wara l-aġġustament, fuq terminu medju (jiġifieri sal-2038), il-proporzjon tad-dejn huwa mistenni li jkompli jonqos sew taħt is-60 % tal-PDG biex jilħaq 18,8 % tal-PDG sal-2038. Tabella 2: Id-dejn tal-gvern estiż u l-iżviluppi tal-bilanċ fil-pjan tal-Irlanda
Għalhekk, skont il-pjan, id-dejn tal-gvern estiż jibqa' taħt il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 60 % tal-PDG fuq it-terminu medju. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan hu konsistenti mar-rekwiżit għad-dejn kif stabbiliti fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Implikazzjonijiet tal-impenji tan-nefqa netta tal-pjan għall-bilanċ tal-gvern estiż
|
(19) |
Fuq il-bażi tal-perkors u s-suppożizzjonijiet tan-nefqa netta tal-pjan, is-surplus tal-gvern estiż ikun ta' 1,7 % tal-PDG fl-2025, jonqos għal 1,4 % fl-2026 u 1,1 % fl-2027 u jikber għal 1,6 % fl-2028. Għalhekk, skont il-pjan, il-bilanċ tal-gvern estiż ma jaqbiżx il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG fi tmiem il-perjodu ta' aġġustament (2028). Barra minn hekk, fl-10 snin wara l-perjodu ta' aġġustament (jiġifieri sal-2038), id-defiċit tal-gvern ma jaqbiżx 3 % tal-PDG. Għalhekk, abbażi tal-impenji ta' politika u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan, il-perkors tan-nefqa netta mressaq fil-pjan huwa konsistenti mar-rekwiżit għad-defiċit kif stabbilit fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
Suppożizzjonijiet makroekonomiċi tal-pjan
|
(20) |
Il-pjan huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet li huma differenti mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni mibgħuta lill-Irlanda fil-21 ta' Ġunju 2024. B'mod partikolari, il-pjan juża suppożizzjonijiet differenti għal tmien varjabbli, jiġifieri: il-punt tat-tluq (il-bilanċ strutturali primarju fl-2024), it-tkabbir tal-PDG potenzjali, it-tkabbir tad-deflatur tal-PDG, it-tkabbir tal-PDG reali, ir-rata tal-imgħax nominali impliċita, l-aġġustamenti bejn il-fondi u l-flussi, il-miżuri ta' darba, u l-għeluq tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-pjan jiddevja mis-suppożizzjoni ta' “ebda bidla fil-politika fiskali” lil hinn mill-perjodu ta' aġġustament billi jassumi aktar dekonsolidazzjoni fiskali matul is-snin 2029 u 2030. Valutazzjoni ta' dawn id-differenzi fis-suppożizzjonijiet hija pprovduta hawn taħt. Id-differenzi fis-suppożizzjonijiet bl-aktar impatt sinifikanti fuq it-tkabbir medju tan-nefqa netta huma elenkati hawn taħt, flimkien ma' valutazzjoni ta' kull differenza kkunsidrata b'mod iżolat. |
|
(21) |
Il-pjan jassumi bilanċ primarju strutturali ogħla għall-2024, jiġifieri surplus ta' 3,7 % tal-PDG, filwaqt li l-Kummissjoni stenniet surplus ta' 2,5 % tal-PDG fir-rebbiegħa tal-2024. Din il-pożizzjoni fiskali inizjali riveduta u l-kundizzjonijiet makroekonomiċi aġġornati li jakkumpanjawha għall-2024 fil-pjan jirriflettu informazzjoni aktar reċenti disponibbli mir-rebbiegħa. Dan huwa konformi mat-Tbassir tal-Ħarifa 2024 tal-Kummissjoni. Konsegwentement, din id-differenza titqies li hija ġġustifikata kif xieraq. Meta jitqies waħdu, dan iżid il-limitu massimu medju tat-tkabbir tan-nefqa netta matul il-perjodu ta' aġġustament meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni.
Id-differenzi li jifdal ma għandhomx impatt sinifikanti fuq it-tkabbir tan-nefqa netta medja meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni. B'mod ġenerali, id-differenzi kollha fis-suppożizzjonijiet meħuda flimkien iwasslu għal limitu massimu teoretiku medju tat-tkabbir tan-nefqa netta li huwa ogħla minn dak li jkun meħtieġ għall-konformità mar-regoli fiskali applikabbli abbażi tas-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2024. Madankollu, fil-pjan tagħha, l-Irlanda timpenja ruħha għal perkors tan-nefqa netta li huwa aktar baxx minn dan il-limitu massimu teoretiku u wkoll aktar baxx minn dak li jkun meħtieġ biex tikkonforma mar-regoli fiskali skont is-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ser tqis il-valutazzjoni ta' hawn fuq tas-suppożizzjonijiet tal-pjan f'valutazzjonijiet futuri tal-konformità mal-perkors tan-nefqa netta. |
Strateġija fiskali tal-pjan
|
(22) |
Skont l-istrateġija fiskali indikattiva fil-pjan, l-impenji fuq in-nefqa netta ser jitwettqu prinċipalment billi jiġu pprovduti servizzi pubbliċi addizzjonali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li qed tespandi malajr. Barra minn hekk, l-Irlanda ser tiffinanzja żidiet mal-istokk ta' kapital pubbliku billi żżid ir-rata ta' investiment tas-settur pubbliku. Fl-aħħar nett, l-Irlanda stabbiliet żewġ vetturi ta' tfaddil fuq terminu itwal peress li sehem kbir mit-taxxa korporattiva huwa stmat li huwa “mhux mistenni” fin-natura tiegħu. Filwaqt li l-projezzjonijiet għall-bilanċi tal-gvern estiż juru surpluses persistenti tal-gvern estiż, l-istrateġija tiffoka fuq in-naħa tan-nefqa minħabba l-impatt sinifikanti ta' dħul “mhux mistenni” fuq il-bilanċ nominali. L-ispeċifikazzjoni tal-miżuri ta' politika li ser jiġu adottati għandha tiġi kkonfermata jew aġġustata u kkwantifikata fil-baġits annwali. Barra minn hekk, l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju għall-2025 jispeċifika l-miżuri ta' politika li permezz tagħhom ser jinkiseb l-impenn tan-nefqa netta għall-2025 (10). |
Intenzjonijiet ta' riformi u investimenti fil-pjan li jirrispondu għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u li jindirizzaw il-prijoritajiet komuni tal-Unjoni
|
(23) |
Il-pjan jiddeskrivi l-intenzjonijiet ta' politika li jikkonċernaw ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, speċjalment is-CSRs, u biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet komuni tal-UE. Il-pjan jinkludi madwar 40 miżura, li minnhom 12 huma appoġġati finanzjarjament mill-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). |
|
(24) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, inkluż l-objettivi klimatiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, il-pjan jiddeskrivi sett konsistenti ta' riformi u investimenti. Il-miżuri dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (CSRs fl-2019, fl-2020, fl-2022 u fl-2023) jinkludu żieda fir-rata tat-taxxa fuq il-karbonju u fl-Abbozz ta' Liġi dwar l-Azzjoni Klimatika u l-Iżvilupp b'Livell Baxx ta' Karbonju (emenda), li t-tnejn huma inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) u fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima. L-abbozz ta' liġi jistabbilixxi qafas legalment vinkolanti, b'miri u impenji, li jqiegħed l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 fuq bażi statutorja, inkluża l-adozzjoni ta' baġits tal-karbonju ta' kull 5 snin u Pjanijiet ta' Azzjoni dwar il-Klima. Il-miżuri dwar l-ilma u l-ilma mormi (CSR fl-2019, fl-2020, fl-2022, fl-2023 u fl-2024) jirreferu għat-tielet Pjan ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara tal-Irlanda. Il-pjan jiddeskrivi miżuri li jippermettu t-tranżizzjoni diġitali (CSR fl-2019 u fl-2020) kif rifless fl-Istrateġija Diġitali Nazzjonali, L-isfruttar Diġitali u l-ilħuq tal-miri diġitali kif rifless fil-Pjan Direzzjonali Strateġiku għad-Deċennju Diġitali. Dan jinkludi investimenti fil-ħiliet diġitali (xi wħud inklużi fl-RRP), l-aċċess u l-użu tas-servizzi pubbliċi diġitali (xi wħud inklużi fl-RRP), speċjalment permezz ta' għotjiet u assistenza lill-SMEs, appoġġ għall-kumpaniji biex jiddiġitalizzaw (xi wħud inklużi fl-RRP), iċ-ċibersigurtà permezz ta' aktar riżorsi għaċ-Ċentru Nazzjonali taċ-Ċibersigurtà, u l-konnettività permezz tal-implimentazzjoni ta' Pjan Nazzjonali għall-Broadband bil-mira li l-unitajiet domestiċi u n-negozji Irlandiżi kollha jkunu koperti min-network tal-Gigabits sa mhux aktar tard mill-2028 u ż-żoni popolati kollha koperti mill-5G sa mhux aktar tard mill-2030. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan jiddeskrivi miżuri biex tiżdied il-provvista ta' akkomodazzjoni soċjali u affordabbli (CSR fl-2019 u fl-2020) permezz tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' Akkomodazzjoni għal Kulħadd (xi azzjonijiet inklużi fl-RRP), u r-riforma tal-ippjanar. Miżuri li jappoġġaw l-ambjent tan-negozju tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-SMEs domestiċi (CSR fl-2019 u l-2020), jinkludu azzjonijiet stabbiliti fil-White Paper dwar l-Intrapriża. Il-miżuri li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni (CSR fl-2019 u fl-2020) jinkludu l-ħolqien ta' aġenzija ġdida ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni kompetittiva, it-tisħiħ tal-universitajiet teknoloġiċi (xi azzjonijiet inklużi fil-programmi RRP u tal-FEŻR) u investimenti oħra ppubblikati fl-istrateġija ta' Impatt 2030. F'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-pjan jiddeskrivi wkoll firxa ta' inizjattivi dwar l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Il-miżuri dwar il-ħiliet (CSR fl-2020 u fl-2023) jinkludu l-istabbiliment ta' Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet ġdid, l-isfruttar ta' fondi mill-Fond Nazzjonali għat-Taħriġ, żieda fl-investiment attwali u kapitali (xi azzjonijiet inklużi fl-RRP), l-iżvilupp ta' mudell ta' apprendistat nazzjonali uniku u riformi fis-settur tal-edukazzjoni terzjarja. Il-pjan jirreferi għall-qafas li permezz tiegħu l-Irlanda beħsiebha tkompli tiffaċilita l-offertasostanzjali attwali tagħha ta' titjib tal-ħiliet, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli u persuni li jgħixu f'unitajiet domestiċi b'intensità baxxa ta' xogħol (CSR fl-2019). Il-pjan jiddeskrivi firxa ta' inizjattivi dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, inkluża l-introduzzjoni ta' pagi nazzjonali li jiggarantixxu l-għajxien ta' 60 % tal-pagi medjani fis-siegħa sa Jannar 2026. Il-pjan jiddeskrivi wkoll inizjattivi dwar il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, inkluż l-investimenti għall-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol (CSR fl-2019) immirati lejn gruppi vulnerabbli kif stabbilit fl-istrateġija dwar il-Perkorsi għax-Xogħol. Dan huwa kkomplementat minn riformi fis-settur tal-indukrar tat-tfal (CSR fl-2019), li jinkludu sussidji universali u relatati mal-introjtu taħt l-Iskema Nazzjonali għall-Kura tat-Tfal, u impenji għat-tnaqqis tal-faqar stabbiliti taħt il-Pjan Direzzjonali għall-Inklużjoni Soċjali. Fir-rigward tal-koorti ta' prijorità msemmija fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-pjan jirreferi għall-Istrateġija Nazzjonali tad-Diżabilità u t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Vjaġġaturi u l-Inklużjoni tar-Rom. |
|
(26) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tas-sigurtà tal-enerġija, il-pjan jiddeskrivi miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili, b'mod partikolari permezz ta' investimenti fl-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (CSR fl-2022 u fl-2023) (xi azzjonijiet inklużi fl-RRP) u konnetturi tal-grilja (CSR fl-2022, fl-2023 u fl-2024) mal-Irlanda ta' Fuq u ma' Franza. Il-miżuri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija jinkludu finanzjament għal unitajiet domestiċi ifqar biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini privat fl-użu tal-enerġija (CSR fl-2022, fl-2023 u fl-2024) (xi azzjonijiet inklużi fil-programmi RRP u tal-FEŻR) kif ukoll azzjonijiet dwar il-ħżin tal-enerġija u r-rispons min-naħa tad-domanda (CSR fl-2022, fl-2023 u fl-2024) inklużi fl-istrateġija dwar is-Sigurtà tal-Enerġija fl-Irlanda. |
|
(27) |
Fir-rigward tal-prijorità komuni tal-kapaċitajiet ta' difiża, il-pjan ma jinkludi l-ebda miżura. |
|
(28) |
Barra minn hekk, il-pjan jiddeskrivi miżuri ta' politika biex tiġi indirizzata s-sostenibbiltà fiskali fit-tul. Il-miżuri dwar il-kosteffettività u l-aċċessibbiltà tas-sistema tal-kura tas-saħħa (CSR fl-2019 u fl-2024) deskritti fil-Qafas Strateġiku tas-Saħħa Diġitali jinkludu 48 inizjattiva strateġika dwar soluzzjonijiet tas-saħħa diġitali, l-istabbiliment ta' Kummissjoni indipendenti dwar il-Kura għall-Anzjani, kif ukoll l-istabbiliment ta' erba' sptarijiet elettivi ġodda, l-iżvilupp ta' kura primarja u komunitarja aħjar u r-ristrutturar tal-eżekuttiv tas-servizz tas-saħħa taħt ir-riforma ta' Sláintecare (xi azzjonijiet inklużi fl-RRP). Il-miżuri biex tittejjeb is-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet (CSR fl-2019, fl-2022 u fl-2023) jinkludu l-introduzzjoni ta' benefiċċji soċjali relatati mal-ħlas, skema ta' pensjonijiet ta' awtoreġistrazzjoni għal impjegati magħżula, l-istabbiliment ta' żewġ vetturi ta' tfaddil fit-tul (il-Fond għall-Irlanda Futura u l-Fond għall-Infrastruttura, il-Klima u n-Natura) kif ukoll pjan direzzjonali miftiehem taż-żidiet fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Il-pjan jiddikjara li l-Irlanda ser tkompli tindirizza l-ippjanar aggressiv tat-taxxa (CSR fl-2019 u fl-2020) permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tagħha dwar it-Taxxa Korporattiva (xi azzjonijiet inklużi fl-RRP). |
|
(29) |
Il-pjan jipprovdi informazzjoni dwar il-konsistenza u, fejn xieraq, il-komplementarjetà, mal-fondi tal-politika ta' koeżjoni u mal-RRP tal-Irlanda. Il-pjan jinkludi informazzjoni dwar id-daqs u l-objettivi tal-fondi differenti tal-politika ta' koeżjoni. Il-pjan jinkludi tabella li tiddeskrivi liema riformi strutturali u prijoritajiet ta' investiment ser jiġu indirizzati parzjalment permezz ta' miżuri inklużi fl-RRP tal-Irlanda u/jew fil-fondi tal-politika ta' koeżjoni. |
|
(30) |
Il-pjan għandu l-għan li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' investiment pubbliku tal-Irlanda relatati mal-prijoritajiet komuni tal-UE. Fir-rigward tal-prijorità komuni ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, il-pjan jagħti deskrizzjoni ġenerali dwar l-investimenti li għaddejjin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għat-titjib tal-ġestjoni tal-ilma u tal-ilma mormi u għall-appoġġ tat-trasformazzjoni diġitali. Fir-rigward tal-prijorità komuni tar-reżiljenza soċjali u ekonomika, il-pjan jagħti deskrizzjoni ġenerali dwar l-investimenti li għaddejjin relatati mal-appoġġ għall-intrapriżi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-ħiliet, l-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-indukrar tat-tfal u l-akkomodazzjoni. Fir-rigward tal-prijorità komuni tas-sigurtà tal-enerġija, il-pjan jagħti deskrizzjoni ġenerali dwar l-investimenti relatati mal-modifika retroattiva, l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta u l-konnetturi tal-grilja. |
Konklużjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni
|
(31) |
B'mod ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan tal-Irlanda jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1263. |
|
(32) |
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1263, il-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit fil-pjan għandu jiġi rrakkomandat mill-Kunsill lill-Irlanda. |
KONKLUŻJONI ĠENERALI TAL-KUNSILL
|
(33) |
Il-Kunsill jilqa' l-pjan fiskali-strutturali fuq terminu medju tal-Irlanda u jqis li l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu twassal biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sodi u tiġi appoġġata s-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku kif ukoll tkabbir sostenibbli u inklużiv. |
|
(34) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan. Madankollu, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tal-pjanijiet futuri f'dokument separat mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. |
|
(35) |
Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-perkors tan-nefqa netta u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi ewlenin fil-pjan kif ukoll l-implikazzjonijiet tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern. Il-Kunsill jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi u fiskali, filwaqt li f'xi każijiet huma differenti mis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni, inkluż biex jipprovdu għal data makroekonomika u fiskali aġġornata, huma ġeneralment debitament ġustifikati u sostnuti minn argumenti ekonomiċi sodi. Il-Kunsill jieħu nota tal-istrateġija fiskali wiesgħa tal-pjan u r-riskji għall-prospettiva, li jistgħu jaffettwaw il-materjalizzazzjoni tax-xenarju makroekonomiku u s-suppożizzjonijiet sottostanti u t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tal-pjan. B'mod partikolari, il-Kunsill jieħu nota tal-preferenza tal-awtoritajiet Irlandiżi li jużaw metriċi modifikati għall-analiżi domestika tal-introjtu nazzjonali minħabba d-distorsjonijiet maħluqa mill-iskala relattiva tas-settur multinazzjonali fl-Irlanda. B'rabta ma' dan, il-pożizzjoni fiskali ewlenija tal-Irlanda hija affettwata minn dħul potenzjali mhux mistenni mit-taxxa korporattiva, li huwa ffiltrat b'mod simili f'ħafna mill-evalwazzjonijiet fiskali domestiċi tal-Irlanda. Għaldaqstant, il-Kunsill jieħu nota tal-istabbiliment ta' żewġ vetturi ta' tfaddil biex jinbnew buffers fiskali; waħda li ser tintuża biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali futuri u oħra li ser topera b'mod kontroċikliku f'każ ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jew fiskali u tgħin fit-twettiq tal-għanijiet ambjentali u relatati mal-klima tal-Irlanda. Il-Kunsill jinnota wkoll li r-riskji ġeopolitiċi jistgħu jagħmlu pressjoni fuq in-nefqiet tad-difiża. |
|
(36) |
Il-Kunsill jistenna li l-Irlanda tkun lesta taġġusta l-istrateġija fiskali tagħha kif meħtieġ biex tiżgura t-twettiq tal-perkors tan-nefqa netta tagħha. Il-Kunsill huwa determinat li jissorvelja mill-qrib l-iżviluppi ekonomiċi u fiskali, inkluż dawk sottostanti għax-xenarju tal-pjan. |
|
(37) |
Il-Kunsill iqis li aktar diskussjonijiet biex jinstab fehim komuni dwar l-implikazzjonijiet ta' sorveljanza annwali tar-rati ta' tkabbir kumulattiv tan-nefqa netta huma meħtieġa fil-ħin għaċ-ċiklu li jmiss ta' sorveljanza fiskali. |
|
(38) |
Il-Kunsill jieħu nota tad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni tar-riformi u l-ħtiġijiet u l-intenzjonijiet ta' investiment b'reazzjoni għall-isfidi ewlenin identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat it-twettiq ta' tali riformi u investimenti. Il-Kunsill, abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni, ser jivvaluta tali riformi u investimenti u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew. |
|
(39) |
Il-Kunsill jistenna b'interess ir-rapporti ta' progress annwali mill-Irlanda li għandu jkun fihom, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-perkors tan-nefqa netta kif stabbilit mill-Kunsill, u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti usa' fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Irlanda:
|
1. |
Tiżgura li t-tkabbir fin-nefqa netta ma jaqbiżx il-massimi stabbiliti fl-Anness I ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264 tad-29 ta' April 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L, 2024/1264, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1264/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta' April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L, 2024/1265, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1265/oj).
(4) In-nefqa netta kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/1263, jiġifieri n-nefqa tal-gvern netta minn (i) nefqa fuq l-imgħax, (ii) miżuri diskrezzjonali relatati mad-dħul, (iii) nefqa fuq il-programmi tal-Unjoni ffinanzjata kompletament minn dħul minn fondi tal-Unjoni, (iv) nefqa nazzjonali fuq il-kofinanzjament ta' programmi ffinanzjati mill-Unjoni, (v) elementi ċikliċi tan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad u (vi) miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra.
(5) Il-kundizzjonijiet inizjali ewlenin u s-suppożizzjonijiet sottostanti huma konformi mal-metodoloġija deskritta fid-Debt Sustainability Monitor 2023 tal-Kummissjoni (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/debt-sustainability-monitor-2023_en). Dawn huma bbażati fuq it-Tbassir tar-Rebbiegħa 2024 tal-Kummissjoni Ewropea u l-estensjoni tiegħu fuq terminu medju sal-2033, u t-tkabbir tal-PDG fit-tul u l-ispejjeż tat-tixjiħ huma konformi mar-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-Kunsill 2024 Ageing Report (https://economy-finance.ec.europa.eu/publications/2024-ageing-report-economic-and-budgetary-projections-eu-member-states-2022-2070_en).
(6) https://economy-finance.ec.europa.eu/economic-and-fiscal-governance/national-medium-term-fiscal-structural-plans_en#ireland.
(7) Il-projezzjonijiet makroekonomiċi fil-Baġit 2025 ikopru s-snin mill-2024 sal-2030.
(8) L-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Irlanda, 26.11.2024, C(2024) 9056 final.
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2024 dwar il-politiki ekonomiċi, baġitarji, tal-impjiegi u strutturali tal-Irlanda.
(10) Ara l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Irlanda, 26.11.2024, C(2024) 9056 final.
ANNESS I
Rati massimi ta' tkabbir tan-nefqa netta
(rati ta' tkabbir annwali u kumulattivi, f'termini nominali)
Irlanda
|
Snin |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
|
Rati ta' tkabbir (%) |
Annwali |
5,1 |
6,5 |
4,9 |
5,4 |
4,7 |
|
Kumulattiv (*1) |
15,4 |
22,8 |
28,9 |
35,8 |
42,3 |
|
(*1) Ir-rati ta' tkabbir kumulattivi huma kkalkolati b'referenza għas-sena bażi tal-2023. Ir-rati kumulattivi ta' tkabbir jintużaw fil-monitoraġġ annwali tal-konformità ex post fil-kont ta' kontroll.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/667/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)