<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0607</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20150709">9.7.2015</DATE> – KAWŻA C‑607/13</P><P>CIMMINO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni komuni tas-swieq</KEYWORD><KEYWORD>Banana</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2362/98</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 7, 11 u 21</KEYWORD><KEYWORD>Kwoti tariffarji</KEYWORD><KEYWORD>Banana li toriġina mill-pajjiżi AKP</KEYWORD><KEYWORD>Operatur ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Liċenzji ta’ importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw minn ċerti liċenzji ta’ importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prattika abbużiva</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2988/95</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3)</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑607/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130710">10 ta’ Lulju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20131125">25 ta’ Novembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Dogane,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Francesco Cimmino,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Costantino Elmi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Diletto Nicchi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vincenzo Nicchi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ivo Lazzeri,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Euclide Lorenzon,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Patrizia Mansutti,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maurizio Misturelli,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maurizio Momesso,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mirjam Princic,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marco Raffaelli,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Gianni Vecchi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marco Malavasi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Massimo Malavasi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Umberto Malavasi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Carlo Mosca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Luca Nicoli,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Raffaella Orsero,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Raffaello Orsero,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Erminia Palombini,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Matteo Surian,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Jürimäe (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Lorenzon, Mansutti, Misturelli u Momesso, Princic, kif ukoll Raffaelli u Vecchi, minn P. Rovatti, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Palombini, minn W. Viscardini u G. Donà, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Surian, minn R. Bettiol u B. Cortese, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Orsero, minn F. Munari, R. Dominici u U. De Luca, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, assistita minn A. Collabolletta, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u P. Rossi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="3"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 11 u 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2362/98, tat-<DATE ISO="19981028">28 ta’ Ottubru 1998</DATE>, li jistabbilixxi metodi għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 f’dak li jikkonċerna s-sistema ta’ importazzjoni ta’ banana fil-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1998">ĠU L 293, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1632/2000, tal-<DATE ISO="20000725">25 ta’ Lulju 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2000">ĠU L 187, p. 27</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 2362/98<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Ministero dell’economia e delle finanze (Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi), l-Agenzia delle dogane (Aġenzija tad-Dwana) u l-Kummissjoni Ewropea minn naħa, u r-rappreżentanti legali ta’ kumpanniji li jimportaw, fl-Unjoni Ewropea, banana li toriġina minn pajjiżi tal-Afrika, tal-Karaibi u tal-Paċifiku (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Istati AKP<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kif ukoll minn pajjiżi terzi oħra, fosthom SIMBA SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>SIMBA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Rico Italia srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Rico Italia<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar l-ammont tad-dazji doganali li ġew issuġġettati għalihom dawn il-kumpanniji minħabba dawn l-importazzjonijiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 404/93</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93, tat-<DATE ISO="19930213">13 ta’ Frar 1993</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 388), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolament Nru 404/93<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. L-Artikoli 16 sa 20 tar-Regolament Nru 404/93, li jinsabu taħt dan it-Titolu IV, jirregolaw il-kwoti tariffarji applikabbli għall-banana provenjenti mill-pajjiżi terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Artikoli minn 16 sa 20 ta’ dan it-Titolu għandhom jgħoddu biss għal prodotti friski tal-kodiċi ĊN ex 0803 00 19.</P><P>Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>importazzjoni tradizzjonali mill-Istati AKP<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser importazzjoni [fl-Unjoni] ta’ banana li toriġina fl-Istati elenkati fl-Anness ta’ hawn sal-limitu ta’ 857700 tunnellata metrika (piż nett) kull sena; din tissejjħaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>banana tradizzjonali AKP<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>importazzjoni mhux tradizzjonali minn Stati AKP<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser importazzjoni [fl-Unjoni] ta’ banana li toriġina fl-Istati AKP iżda li ma tkunx koperta bid-definizzjoni 1; din tissejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>banana mhux tradizzjonali AKP<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>importazzjoni minn Stati terzi li m’humiex AKP<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser banana importata [fl-Unjoni] li toriġina fi Stati terzi li ma jkunux Stati AKP; din tissejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>banana ta’ Stati terzi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kwota ta’ tariffa ta’ <FT TYPE="NUMBER">2200000</FT> tunnellata metrika (piż nett) għandha tinfetaħ kull sena għall-importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi u dik mhux tradizzjonali AKP.</ALINEA><ALINEA>Skont il-kwota tat-tariffa, importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi kellha tkun suġġetta għal dazju preferenzjali ta’ EUR 75 kull tunnellata metrika, filwaqt li importazzjoni ta’ banana AKP mhux tradizzjonali kellha tkun ħielsa mid-dazju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kwota addizzjonali tat-tariffa ta’ <FT TYPE="NUMBER">353000</FT> tunnellata metrika (piż nett) għandha tinfetaħ kull sena għall-importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi u AKP mhux tradizzjonali.</ALINEA><ALINEA>Skont il-kwota tat-tariffa, importazzjoni tal-banana ta’ Stati terzi kellha tkun suġġetta għal dazju preferenzjali ta’ EUR 75 kull tunnellata metrika, filwaqt li importazzjoni ta’ banana AKP mhux tradizzjonali kellha tkun ħielsa mid-dazju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ebda dazju m’għandu jitħallas fuq l-importazzjoni tal-banana tradizzjonali AKP.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) ta’ dan l-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-kwoti tat-tariffa indikati fl-Artikolu 18(1) u (2) u l-importazzjoni ta’ banana tradizzjonali AKP għandhom jiġu amministrati b’mod konformi mal-metodu bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dawk tradizzjonali/ dawk reċenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>).</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2362/98</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 6, 8, 10 u 14 tar-Regolament Nru 2362/98 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(6)</NO.P><TXT>billi parti mill-kwoti tariffarji u mill-banana tradizzjonali AKP għandha tiġi rriżervata għall-operaturi l-ġodda; billi din l-allokazzjoni globali għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti lil operaturi li jipparteċipaw fil-kummerċ ta’ importazzjoni u jiffavorixxu kompetizzjoni b’saħħita;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>billi l-esperjenza fuq numru ta’ snin dwar l-applikazzjoni tas-sistema Komunitarja tal-importazzjoni tal-banana twassal biex jiġu ssikkati l-kriterji għall-eliġibbiltà għall-operaturi l-ġodda biex tiġi evitata r-reġistrazzjoni ta’ aġenti purament fittizji u l-għoti ta’ allokazzjonijiet bi tweġiba għall-applikazzjonijiet artifiċjali jew spekulattivi, billi b’mod partikolari, huwa ġustifikat li tkun meħtieġa esperjenza minima fil-kummerċ ta’ importazzjoni ta’ prodotti paragunabbli, tal-prodotti friski tal-Kapitoli 7, 8 u tal-prodotti tal-Kapitolu 9 taħt ċerti kundizzjonijiet tan-Nomenklatura Magħquda; billi, biex ikunu evitati l-applikazzjonijiet għal allokazzjonijiet kull sena li ma jkollhomx x’jaqsmu ħafna mal-kapaċitajiet veri tal-operaturi u li ma jwasslux għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet korrispondenti, is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-allokazzjoni kull sena għandha tkun bla ħsara għall-ħtieġa li tiġi ddepożitata garanzija minflok il-garanzija fuq il-liċenzja tal-importazzjoni. […];</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>billi għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet applikabbli għar-reġistrazzjoni tal-operaturi u għandhom jiġu ddeterminati, skont il-każ, tal-kwantità ta’ referenza jew tal-allokazzjoni annwali tagħhom, billi għandhom jiġu stabbiliti l-verifiki u l-kontrolli li għandom iwettqu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u billi għandhom jiġu ppreċiżati l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu min-nuqqas ta’ twettiq ta’ ċerti obbligi, b’mod partikolari fil-qasam tar-reġistrazzjoni u ta’ dikjarazzjonijiet għall-finijiet li jinkisbu kwantitajiet ta’ riferenza jew tal-allokazzjonijiet abbażi tas-sistema ta’ importazzjoni;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Ir-regoli sabiex jiġu ttrasferiti l-liċenzji għandhom ikunu speċifikati b’referenza għad-definizzjoni tal-kategoriji tal-operaturi stabilita b’dan ir-Regolament; It-trasferiment ristrett għal trasferitur wieħed biss għal kull liċenzja jew estratt minnha jrid jippermetti relazzjonijiet kummerċjali li jiżviluppaw bejn l-operaturi varji rreġistrati; Madankollu, il-kummerċ artifiċjali, l-ispekulazzjoni jew id-disturb fil-kummerċ normali ma għandhomx ikunu inkoraġġiti billi jiġi permess it-trasferiment minn operaturi mhux tradizzjonali għal operaturi tradizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-kwoti tariffarji u l-banana tradizzjonali AKP, imsemmija rispettivament fl-Artikolu 18(1) u (2) u fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 404/93, huma disponibbli sa 92 % għall-operaturi tradizzjonali ddefiniti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2362/98 kif ukoll sa 8 % għall-operaturi l-ġodda ddefiniti fl-Artikolu 7 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2362/98:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>operatur ġdid<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser, fid-dawl ta’ l-importazzjoni fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffa u tal-banana tradizzjonali ta’ l-AKP, l-aġent ekonomiku, stabbilit [fl-Unjoni] meta rreġistra, li:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>eżerċita, f’ismu stess u b’mod indipendenti, attività kummerċjali bħala importatur fis-settur tal-frott u tal-ħaxix frisk li jaqgħu fil-Kapitoli 7 u 8 kif ukoll tal-prodotti li jaqgħu fil-Kapitolu 9 tan-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u tat-Tariffa Doganali Komuni fil-każ fejn ikun importa wkoll il-prodotti ċċitati iktar ‘il fuq, li jaqgħu fil-Kapitoli 7 u 8, matul waħda mit-tliet snin li jippreċedu eżattament is-sena li fir-rigward tagħha ntalbet ir-reġistrazzjoni u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bis-saħħa ta’ din l-attività, ikunu għamlu importazzjonijiet tal-valur doganali dikjarat ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">400000</FT> jew iktar matul il-perjodu msemmi fil-punt (a).<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Sabiex ikollhom ir-reġistrazoni tagħhom imġedda, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’xiehda li jkunu attwalment importaw mill-inqas 50 % tal-kwantità allokata lilhom għas-sena korrenti.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tar-regolament imsemmi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli illi jiżguraw il-konformità ma’ din it-Taqsima.</ALINEA><ALINEA>B’mod partikolari huma għandhom jiċċekkjaw li l-operaturi kkonċernati jkunu attivi kummerċjalment bħala importaturi f’isimhom stess [fl-Unjoni] fis-settur imsemmi fl-Artikolu 7 u bħala unitajiet ekonomiċi indipendenti fir-rigward ta’ tmexxija, persunal u funzjonament. Fejn ikun hemm raġunijiet ta’ suspetti li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux qed jitħarsu, applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u talbiet għal allokazzjonijiet annwali għandhom jiġu aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-operatur iġib prova ta’ konformità li titqies sodisfaċenti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-metodi għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni huma rregolati mill-Artikoli 14 sa 22 ta’ dan l-istess regolament. L-Artikolu 21(1) u (2) ta’ dan tal-aħħar jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa konformement ma’ dan il-kapitolu huma trasferibbli, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament [tal-Kummissjoni] (KEE) Nru 3719/88 [, tas-<DATE ISO="19881116">16 ta’ Novembru 1988</DATE>, li jistabbilixxi metodi komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni u ta’ ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1988">ĠU L 331, p. 1</REF.DOC.OJ>)] favur operatur ċessjonarju wieħed, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-trasferiment tad-drittijiet jista’ jsir:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bejn operaturi tradizzjonali rreġistrati abbażi tal-Artikolu 5;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>min-naħa ta’ operaturi tradizzjonali favur operaturi ġodda rreġistrati abbażi tal-Artikolu 8 jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>bejn operaturi ġodda.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Ma huwiex awtorizzat it-trasferiment min-naħa ta’ operatur ġdid favur operatur tradizzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2988/95</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>permezz ta’ obbligu li min ikun iħallas jew iħallas lura l-ammonti dovuti jew aċċettati b’mod skorrett,</P></ITEM><ITEM><P>bit-telf sħiħ jew parzjali tal-garanzija provduta in sostenn tat-talba għall-vantaġġ li jkun ingħata jew fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni ta’ ħlas antiċipat.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-atti li jiġi stabbilit li biex jkollhom bħala l-għan tagħhom il-kisba ta’ vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-liġi tal-[Unjoni] applikabbli fil-każ billi joħolqu artifiċjalment il-kundiżżjonijiet meħtieġa biex jinkiseb dak il-vantaġġ għandhom jirriżultaw, skont kif ikun il-każ, jew fiż-żamma milli jinkiseb dak il-vantaġġ jew fl-irtirar tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri kif hemm provdut f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala penali.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul l-1999 u l-2000, saru tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ banana fl-Unjoni li toriġina minn Stati AKP u minn Stati terzi mhux AKP, minn kumpanniji li kellhom il-kwalità ta’ operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2362/98 u li kellhom liċenzji ta’ importazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>AGRIM<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> meħtieġa fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previsti mir-Regolament Nru 404/93. Abbażi ta’ dan, l-importazzjonijiet ikkonċernati bbenefikaw, skont il-każ, minn dazju doganali ta’ żero jew minn dazju doganali mnaqqas ta’ EUR 75 għal kull tunnellata metrika (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tariffa preferenzjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>SIMBA, irrappreżentata minn R. u R. Orsero, hija kumpannija attiva kemm fis-suq tal-importazzjoni tal-banana bħala operatur tradizzjonali fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2362/98 kif ukoll fis-suq tal-kummerċjalizzazzjoni tal-banana fl-Unjoni. Rico Italia, irrappreżentata minn M. Misturelli, hija importatur irreġistrat bħala operatur ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Kontroll fiskali ta’ SIMBA mwettaq mill-Guardia di Finanza (pulizija doganali u fiskali) irrileva l-eżistenza ta’ prattiki kummerċjali allegatament frawdolenti bejn SIMBA, Rico Italia u l-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Dawn il-prattiki ġew organizzati b’mod li tiġi evitata l-projbizzjoni, stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98, tat-trasferiment tad-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji ta’ importazzjoni min-naħa ta’ operatur ġdid favur operatur tradizzjonali u b’hekk biex SIMBA tibbenefika indebitament mit-tariffa preferenzjali għall-importazzjoni tal-banana permezz tal-liċenzji ta’ importazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>AGRIM<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> miksuba mill-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jsegwu l-istruttura segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>inizjalment, SIMBA kienet tbigħ sistematikament lil Rico Italia banana li tinsab barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;</P></ITEM><ITEM><P>sussegwentement, Rico Italia kienet tbigħ il-banana lill-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali li kellhom il-liċenzji ta’ importazzjoni neċessarji biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-tariffa preferenzjali;</P></ITEM><ITEM><P>wara, l-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jimportaw il-banana fl-Unjoni, u wara li din kienet tgħaddi mid-dwana, l-operaturi l-ġodda kienu jerġgħu jbigħuha lil Rico Italia;</P></ITEM><ITEM><P>finalment, Rico Italia kienet terġa’ tbigħ il-banana lil SIMBA.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Infetħu proċeduri kriminali kontra r-rappreżentanti ta’ SIMBA, ta’ Rico Italia u tal-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali taħt kapijiet ta’ kuntrabandu doganali u ta’ dikjarazzjonijiet foloz. Il-Ministero dell’economia e delle finanze, l-Agenzia delle dogane u l-Kummissjoni ppreżentaw ruħhom bħala parti ċivili fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, it-Tribunale di Verona (Qorti ta’ Verona, l-Italja) iddikjara lir-rappreżentant ta’ Rico Italia ħati tal-fatti mressqa kontrih u, b’deċiżjoni fuq l-interessi ċivili, ikkundannathu biex jikkumpensa lill-partijiet ċivili għad-dannu subit u biex iħallas multa lill-Ministero dell’economia e delle finanze kif ukoll lill-Agenzia delle dogane. Din il-qorti ħelset lill-intimati l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Corte d’Appello di Venezia (Qorti tal-Appell ta’ Venezia, l-Italja), peress li qieset li l-fatti mressqa kontra r-rappreżentant ta’ Rico Italia kienu preskritti, iddeċidiet li ma kienx hemm lok għal proċeduri iżda kkonfermat is-sentenza tal-ewwel istanza sa fejn din kienet tirrigwarda l-interessi ċivili. Din il-qorti kkonfermat ukoll il-ħelsien tal-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali, deċiż fl-ewwel istanza, minħabba li dawn, diversament minn Rico Italia, kellhom attività effettiva fis-settur tal-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski u kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi rrikonoxxuta lilhom il-kwalità ta’ operaturi ġodda fis-sens tar-Regolament Nru 2362/98.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara li l-partijiet ippreżentaw appell fil-kassazzjoni quddiemha kontra s-sentenza tal-Corte d’Appello di Venezia, il-Corte suprema di cassazione (Qorti ta’ Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2362/98, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw ruħhom li l-operaturi jeżerċitaw attività ta’ importazzjoni f’isimhom stess, bħala entità ekonomika awtonoma, fir-rigward tat-tmexxija tagħhom, tal-persunal tagħhom u tal-funzjonament tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma esklużi mill-benefiċċji doganali allokati l-attivitajiet kollha ta’ importazzjoni eżegwiti f’isem operatur tradizzjonali meta dawn tal-aħħar isiru minn persuni li jissodisfaw biss formalment ir-rekwiżiti previsti għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>operaturi ġodda<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> mill-istess regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 2362/98 jippermetti lil operatur tradizzjonali li jbigħ banana li tinsab barra mit-territorju tal-Unjoni lil operatur ġdid billi jiftiehem ma’ dan tal-aħħar li jipprovdi sabiex idaħħal fit-territorju tal-Unjoni l-banana b’rata ta’ dazju preferenzjali u jbigħha mill-ġdid lill-istess operatur tradizzjonali bi prezz miftiehem qabel ma sseħħ it-tranżazzjoni kollha, mingħajr ma jbati riskju effettiv kummerċjali u mingħajr ma jipprovdi ebda mezz materjali għal din it-tranżazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-ftehim imsemmi fil-punt preċedenti jikkostitwixxi ksur tal-projbizzjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet minn operatur ġdid għal operatur tradizzjonali previst fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2362/98, bil-konsegwenza li t-trasferiment magħmul jibqa’ mingħajr effett u li d-dazji doganali jirriżultaw li huma dovuti b’rata sħiħa u mhux b’dik preferenzjali, fis-sens tal-Artikolu 4(3)) tar-Regolament Nru 2988/95?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuh mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet fil-<DATE ISO="20150205">5 ta’ Frar 2015</DATE> wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE> li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, M. Surian talab lil din tal-aħħar, minn naħa, tordna l-ftuh mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura u, min-naħa l-oħra, li tindirizza lill-Corte suprema di cassazione b’talba għal kjarifiki f’dak li jikkonċerna l-fatti fil-kawża prinċipali kif deskritti minn din il-qorti fid-deċiżjoni tar-rinviju. Talba simili saret minn R. u R. Orsero, kif ukoll minn E. Palombini, b’ittri rispettivament tal-20 u tas-<DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn l-istess jiem.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħhom, dawn il-partijiet fil-kawża prinċipali essenzjalment jinvokaw, hekk kif sostnew ukoll fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u waqt is-seduta, li wħud mill-fatti esposti fid-deċiżjoni tar-rinviju ma jikkorrispondux għal dawk stabbiliti fl-ewwel istanza u fl-appell. Il-partijiet imsemmija jsostnu li l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali huma, konsegwentement, ibbażati fuq fatti żbaljati marbuta mal-kontenut ineżatt ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tqis li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi kollha meħtieġa sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula u li dawn l-elementi kienu ġew indirizzati mill-partijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li jiġu indirizzati talbiet għal kjarifiki lill-Corte suprema di cassazione.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, it-talbiet ta’ M. Surian, ta’ R. u R. Orsero, kif ukoll ta’ E. Palombini għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-fatti fil-kawża prinċipali huma kkontestati mill-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hekk kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u mid-diskussjonijiet li seħħew waqt is-seduta quddiema. Dawn il-kontestazzjonijiet jirrigwardaw b’mod partikolari l-ipoteżijiet fattwali li fuqhom il-qorti tar-rinviju bbażat id-domandi tagħha, peress li dawn ma jikkorrispondux, skont dawn l-operaturi, mal-fatt stabbiliti mill-qrati tal-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-importaturi ġodda jsostnu li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li huwa l-kompitu tagħha li tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà u mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos, C‑604/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:344">EU:C:2013:344</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2362/98 u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 7, 11 u 21 tiegħu, hija neċessarja għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinux jikkostitwixxu prattika abbużiva fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-appell fil-kassazzjoni mressaq quddiem il-Corte suprema di cassazione jirrigwarda l-fondatezza tal-interpretazzjoni ta’ dawn l-Artikoli mwettqa mill-Corte d’Appello di Venezia.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu wkoll jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 267TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddeċiedi tilwima dwar nuqqas ta’ qbil fuq sitwazzjoni ta’ fatt. Tali tilwima, wara kollox bħal kull evalwazzjoni oħra tal-fatti tal-kawża, tidħol fil-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali (sentenza CEPSA, C‑279/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:485">EU:C:2008:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita permezz tal-Artikolu 267 TFUE, hija l-kompetenza ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiema. F’dan id-dawl, huwa obbligu, jekk inhu l-każ, tal-Qorti<?PAGE NO="10"?> tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Douane Advies Bureau Rietveld, C‑541/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2270">EU:C:2014:2270</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza eco cosmetics u Raiffeisenbank St. Georgen, C‑119/13 u C‑120/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2144">EU:C:2014:2144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm id-domanda magħmula tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2362/98, mill-kliem sħiħ ta’ din id-domanda, kif ukoll mill-elementi pprovduti mill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tar-rinviju, jirriżulta li din il-qorti fir-realtà tistaqsi dwar il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(a) ta’ dan ir-regolament, moqri fid-dawl tal-imsemmi Artikolu 11, li tgħid li operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għandu jeżerċita l-attività ta’ importazzjoni tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>f’ismu stess u b’mod indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kawża prinċipali, għalkemm huwa stabbilit li l-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jissodisfaw din il-kundizzjoni fil-mument tar-reġistrazzjoni, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina jekk, minħabba l-involviment tagħhom fit-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali dawn l-operaturi jistgħux jitqiesu li wettqu l-attività ta’ importazzjoni tagħhom fis-suq tal-banana b’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel domanda preliminari għandha tinftiehem li tirrigwarda l-punt jekk l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 2362/98, moqri fid-dawl tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li tgħid li aġent ekonomiku għandu jeżerċita attività kummerċjali bħala importatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>f’ismu stess u b’mod indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tikkonċerna biss ir-reġistrazzjoni ta’ dan l-aġent bħala operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jew jekk din il-kundizzjoni hijiex meħtieġa wkoll biex dan ikun jista’ jżomm din il-kwalità fid-dawl tal-importazzjoni tal-banana fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previsti mir-Regolament Nru 404/93.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li, f’dak li jikkonċerna l-importazzjoni tal-banana fl-Unjoni, ir-Regolament Nru 404/93 jistabbilixxi sistema ta’ kummerċ mal-Istati terzi, ibbażata b’mod partikolari fuq il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u (2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji ssir, skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament imsemmi, bl-applikazzjoni tal-metodu msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tradizzjonali/ġodda<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, ibbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kummerċ tradizzjonali, anki jekk, hekk kif inhu indikat fit-tlettax-il premessa ta’ dan l-istess regolament, kwantità disponibbli tiġi rriżervata lill-operaturi l-ġodda li riċentement bdew attività kummerċjali jew ser jibdew attività kummerċjali f’dan is-settur.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2362/98 jipprevedi tqassim tal-kwantitajiet ta’ banana disponibbli fil-kuntest tal-imsemmija kwoti tariffarji bejn l-operaturi tradizzjonali u l-operaturi ġodda. Mill-premessa 6 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan it-tqassim huwa intiż biex jippermetti lill-operaturi ġodda li jibdew fil-kummerċ ta’ importazzjoni tal-banana u biex tiġi ffavorita kompetizzjoni b’saħħitha.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B’hekk, ir-Regolament Nru 2362/98 jissuġġetta l-parteċipazzjoni tal-operaturi fil-kwoti tariffarji għal ċerti kundizzjonijiet partikolari b’mod li t-tqassim imsemmi fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza jkun jista’ jiġi ppreżervat.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm dawk imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, relattivi għall-kisba tal-kwalità ta’ operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Skont dan l-Artikolu, l-operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jinftiehem bħala l-aġent ekonomiku, stabbilit fl-Unjoni, fil-mument tar-reġistrazzjoni tiegħu, li, b’mod partikolari,<?PAGE NO="11"?> eżerċita attività kummerċjali bħala importatur fis-settur tal-frott u l-ħxejjex friski tal-Kapitoli 7 u 8 tat-tariffa doganali komuni, f’ismu stess u b’mod indipendenti, matul waħda mit-tliet snin immedjatament preċedenti għas-sena li għaliha tintalab ir-reġistrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalkemm mit-termini tal-Artikolu 7 jirriżulta li, biex jikseb il-kwalità ta’ operatur ġdid, importatur għandu jissodisfa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>meta rreġistra<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> il-kundizzjonijiet previsti minn dan l-Artikolu, minn dawn l-istess termini jirriżulta wkoll li din il-kwalità tinkiseb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fid-dawl ta’ l-importazzjoni fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffa<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>B’hekk, fid-dawl tal-iskop tat-tqassim tal-kwoti tariffarji u tal-preżervazzjoni tal-kompetizzjoni b’saħħitha fis-suq tal-importazzjoni tal-banana, kif imfakkar fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, il-kundizzjoni li tgħid li l-attività ta’ operatur ġdid għanda tiġi eżerċitata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>f’ismu stess u b’mod indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tillimita ruħha biss għall-attività li dan wettaq matul il-perijodu preċedenti għar-reġistrazzjoni tiegħu, iżda testendi lil hinn minn dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-operaturi tradizzjonali u l-operaturi ġodda jimplika li operaturi ġodda reali jintervjenu fis-suq u, għalhekk, jeżerċitaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom b’mod sħiħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Di Lenardo u Dilexport, C‑37/02 u C‑38/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:443">EU:C:2004:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 84 u 87). F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta mill-premessa 8 tar-Regolament Nru 2362/98, il-kriterji ffissati għall-ammissibbiltà tal-operaturi l-ġodda huma intiżi, fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji, biex tiġi evitata r-reġistrazzjoni ta’ sempliċi aġenti li jidhru f’isimhom għal ħaddieħor u, b’dan il-mod, biex jiġġieldu kontra l-prattiki spekulattivi u artifiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kundizzjoni marbuta mal-awtonomija tal-attività kummerċjali tal-operaturi ġodda, li tinsab fl-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 2362/98, għandha l-għan li tevita li operatur tradizzjonali li diġà jibbenefika minn sehem mill-kwoti tariffarji jkun jista’ jaħtaf, bl-intermedjarju ta’ operatur ieħor, is-sehem tal-kwoti tariffarji rriżervati għall-operaturi ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Isegwi li din il-kundizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll l-attività ta’ importazzjoni tal-banana mwettqa mill-operaturi ġodda fil-kuntest tal-kwoti tariffarji. Din l-interpretazzjoni hija, barra minn hekk, ikkorroborata mill-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 2362/98.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, sabiex jinkiseb it-tiġdid annwali tar-reġistrazzjoni tagħhom, l-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li dawn l-operaturi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-prova li huma effettivament importaw, f’isimhom stess, mill-inqas 50 % tal-kwantità li ġiet allokata lilhom, individwalment, għas-sena kurrenti. Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-kundizzjoni timponi fuq dawn l-operaturi obbligu ta’ użu minimu tal-allokazzjoni annwali li tingħatalhom biex jiġi żgurat li dawn tal-aħħar effettivament jipparteċipaw fis-suq tal-importazzjoni tal-banana u b’hekk jagħmlu dan tal-aħħar iktar kompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, abbażi tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 2362/98, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ġodda jwettqu attività ta’ importazzjoni fl-Unjoni f’isimhom, bħala entità ekonomika awtonoma, u, f’każ ta’ dubju fir-rigward tal-osservanza ta’ din il-kundizzjoni, l-operatur ikkonċernat għandu, biex l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni u għall-allokazzjoni tiegħu jitqiesu ammissibbli u biex jiġġustifika l-awtonomija ta’ amministrazzjoni tiegħu, jippreżenta quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti provi meqjusa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>sodisfaċenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> minn din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Di Lenardo u Dilexport, C‑37/02 u C‑38/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:443">EU:C:2004:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 86).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 2362/98, moqri fid-dawl tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li tgħid li aġent ekonomiku għandu jeżerċita attività kummerċjali bħala importatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>f’ismu stess u b’mod indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><?PAGE NO="12"?> hija meħtieġa mhux biss għar-reġistrazzjoni ta’ dan l-aġent bħala operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni iżda anki biex dan ikun jista’ jżomm din il-kwalità fid-dawl tal-importazzjoni tal-banana fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previsti mir-Regolament Nru 404/93.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domanda u l-ewwel parti tat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda u bl-ewwel parti tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bihom operatur ġdid jixtri, permezz ta’ operatur ieħor irreġistrat bħala ġdid, merkanzija mingħand operatur tradizzjonali qabel l-importazzjoni tagħha fl-Unjoni, u wara jbigħha lura lil dan l-operatur tradizzjonali, permezz tal-istess intermedjarju, wara li tkun ġiet importata fl-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98, it-trażmissjoni tad-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa konformement ma’ dan ir-Regolament ma hijiex permessa meta din issir minn operatur ġdid favur operatur tradizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li, fin-nuqqas ta’ trażmissjoni ta’ liċenzji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>AGRIM<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jew ta’ drittijiet provenjenti minn tali liċenzji mill-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali favur l-operatur tradizzjonali SIMBA, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98 fil-prinċipju ma japplikax.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni fl-Unjoni essenzjalment paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑155/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40), li għalkemm l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 tal-Kummissjoni, tad-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="056M" PAGE.FIRST="218" DATE.PUB="2007">ĠU L 56M, p. 218</REF.DOC.OJ>), li jipprevedi projbizzjoni ta’ trażmissjoni tad-drittijiet provenjenti mil-liċenzji ta’ importazzjoni, fil-prinċipju ma jipprekludix tali tranżazzjonijiet, madankollu dawn jikkostitwixxu abbuż ta’ liġi meta jkun ġew ippjanati artifiċjalment bil-għan essenzjali li jinkiseb il-benefiċċju tat-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 95 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-soluzzjoni mogħtija fis-sentenza SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑155/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija trasponibbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi fuq rinviju preliminari, tista’, jekk ikun il-każ, tagħti preċiżazzjonijiet intiżi biex jidderiġu lill-qorti nazzjonali fl-interpretazzjoni tagħha, hija madankollu din tal-aħħar li għandha tivverifika jekk l-elementi li jikkostitwixxu prattika abbużiva humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali. F’dan il-kuntest, il-verifika tal-eżistenza ta’ prattika abbużiva teżiġi li l-qorti tar-rinviju tieħu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, inklużi t-tranżazzjonijiet kummerċjali preċedenti u sussegwenti għall-importazzjoni inkwistjoni (sentenza SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑155/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prova ta’ prattika abbużiva teħtieġ, minn naħa, numru ta’ ċirkustanzi oġġettivi li minnhom jirriżulta li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan intiż minn din il-leġiżlazzjoni ma jkunx intlaħaq u, min-naħa l-oħra, element suġġettiv li jikkonsisti fir-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Eichsfelder Schlachtbetrieb, C‑515/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:491">EU:C:2005:491</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39, kif ukoll, f’dan is-sens, SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑155/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 31 sa 33).</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-għan imfittex mir-Regolament Nru 2362/98, hekk kif tfakkar b’mod partikolari fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, dan ir-regolament huwa intiż, permezz tat-tqassim tal-kwoti tariffarji, biex jippermetti li operaturi ġodda reali jibdew l-attivitajiet tagħhom fis-suq ta’ importazzjoni tal-banana bil-għan li jiffavorixxu kompetizzjoni b’saħħitha f’dan is-suq. Għal dan il-għan, mill-premessa 14 tar-regolament imsemmi jirriżulta li l-projbizzjoni ta’ trażmissjoni tad-drittijiet min-naħa ta’ operaturi ġodda favur operaturi tradizzjonali, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) ta’ dan l-istess regolament, għandha l-għan li tevita l-ħolqien ta’ relazzjonijiet artifiċjali jew spekulattivi bejn dawn l-operaturi jew it-tfixkil tar-relazzjonijiet kummerċjali normali fis-suq tal-importazzjoni tal-banana.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jintlaħaqx jekk tranżazzjonijiet suċċessivi ta’ xiri, ta’ importazzjoni u ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ banana, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għalkemm huma legalment validi meta jitqiesu individwalment, ikunu effettivament jekwivalu għal trażmissjoni pprojbita tal-liċenzji ta’ importazzjoni jew tad-drittijiet li jirriżultaw minn tali liċenzji min-naħa ta’ operatur ġdid favur operatur tradizzjonali, u jippermettu lil dan tal-aħħar li jestendi l-influwenza tiegħu lil hinn mill-ishma tal-kwoti li ġew irriżervati lilu biex jimporta fl-Unjoni banana bit-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-motiv tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi stabbilit ukoll, biex tingħata l-prova ta’ prattika abbużiva, li l-għan essenzjali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet kien li l-operatur tradizzjonali SIMBA jkun jista’ jimporta l-banana tiegħu bit-tariffa preferenzjali fil-kuntest tas-sehem tal-kwoti tariffarji rriżervat lill-operaturi ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑155/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37 sa 39), biex tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu jistgħu jitqiesu li kellhom bħala għan essenzjali li jagħtu lix-xerrej fl-Unjoni vantaġġ indebitu, huwa neċessarju li l-importaturi kellhom l-intenzjoni li jagħtu tali vantaġġ lix-xerrej imsemmi u li t-tranżazzjonijiet ma jkollhom ebda ġustifikazzjoni ekonomika u kummerċjali għalihom, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Anki meta tali tranżazzjonijiet ikunu mmotivati mir-rieda tax-xerrej li jibbenefika mit-tariffa preferenzjali u anki jekk l-importaturi kkonċernati huma konxji minn dan, dawn it-tranżazzjonijiet ma jistgħux <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jitqiesu li huma nieqsa minn ġustifikazzjoni ekonomika għal dawn tal-aħħar. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li, f’ċerti ċirkustanzi, tali tranżazzjonijiet ikunu ġew ippjanati artifiċjalment bil-għan essenzjali li jittieħed benefiċċju mit-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, in-natura artifiċjali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet tista’ b’mod partikolari tiġi evalwata fid-dawl tal-eżistenza ta’ indizji li juru li r-rwol tal-operaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali fit-tranżazzjonijiet imsemmija kien fir-realtà limitat għal dak ta’ sempliċi aġent li jidher f’ismu favur SIMBA. Fid-dawl tal-provi mressqa b’risposta għall-ewwel domanda, din l-evalwazzjoni twassal qabel kollox biex jiġi vverifikat jekk dawn l-operaturi talbux ir-reġistrazzjoni tagħhom bħala operatur ġdid bl-għan li jiksbu liċenzji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>AGRIM<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bl-uniku skop li jwettqu l-importazzjoni tal-banana fl-Unjoni bit-tariffa preferenzjali, favur l-operatur tradizzjonali SIMBA.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-qorti tar-rinviju tista’ tieħu inkunsiderazzjoni r-rabtiet legali, ekonomiċi u/jew personali kollha bejn l-operaturi inkwistjoni f’dawn l-operazzjonijiet (sentenza Part Service, C‑425/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:108">EU:C:2008:108</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62) u, abbażi tal-indizji li jinsabu fil-punt 39 tas-sentenza SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑155/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-fatt li l-operatur ġdid li għandu liċenzji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>AGRIM<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> ma assuma ebda riskju kummerċjali fil-kuntest tal-operazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi fir-realtà ġie kopert mix-xerrej fl-Unjoni li huwa wkoll operatur tradizzjonali, jew il-fatt li, fir-rigward tal-prezz tal-bejgħ u ta’ bejgħ mill-ġdid tal-merkanzija kkonċernata, il-marġni ta’ profitt tal-operaturi ġodda irriżulta li kien insinjifikanti.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif osservaw l-importaturi ġodda inkwistjoni fil-kawża prinċipali fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi ppreċiżat li, fid-dawl tan-natura speċifika tas-suq tal-importazzjoni tal-banana, il-fatt li dawn l-operaturi għamlu użu minn infrastrutturi xierqa li jippermettu li tinżamm u tiġi ttrasportata l-banana importata ma huwiex determinanti biex tiġi stabbilita n-natura artifiċjali tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, ir-rekwiżit li operaturi ġodda jkollhom tali infrastruttura jmur kontra l-għan tar-Regolament Nru 2362/98, li huwa intiż biex jippermetti li operaturi ġodda jkunu jistgħu jidħlu fis-suq tal-importazzjoni tal-banana.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif tosserva l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, in-natura artifiċjali tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tirriżulta wkoll mill-involviment sistematiku, f’dawn it-tranżazzjonijiet, ta’ kumpannija intermedjarja, f’dan il-każ Rico Italia, irreġistrata bħala operatur ġdid, jekk jirriżulta li dan l-involviment kellu bħala skop biss li jaħbi r-rabtiet bejn operatur tradizzjonali, bħal SIMBA, u operaturi ġodda, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex jaħarbu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għat-tieni domanda u għall-ewwel parti tat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bihom operatur ġdid jixtri, bl-intermedjarju ta’ operatur ieħor irreġistrat bħala ġdid, merkanzija mingħand operatur tradizzjonali qabel l-importazzjoni tagħha fl-Unjoni, u wara jbigħha mill-ġdid lil dan l-operatur tradizzjonali, permezz tal-istess intermedjarju, wara li jkun importaha fl-Unjoni, meta dawn it-tranżazzjonijiet ikunu jikkostitwixxu prattika abbużiva, liema ħaġa għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni parti tat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Bit-tieni parti tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-konsegwenzi li jkollhom jinsiltu mill-konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva, fil-każ li l-eżistenza ta’ tali prattika tiġi kkonstatata fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2988/95, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>l-atti li jiġi stabbilit li biex jkollhom bħala l-għan tagħhom il-kisba ta’ vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-liġi tal-[Unjoni] applikabbli fil-każ billi joħolqu artifiċjalment il-kundiżżjonijiet meħtieġa biex jinkiseb dak il-vantaġġ għandhom jirriżultaw, skond kif ikun il-każ, jew fiż-żamma milli jinkiseb dak il-vantaġġ jew fl-irtirar tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ ħlas lura ta’ vantaġġ indebitament riċevut permezz ta’ prattika irregolari ma jikkostitwixxix sanzjoni, iżda huwa s-sempliċi konsegwenza tal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba tal-vantaġġ li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kienu ġew maħluqa artifiċjalment, fatt li jirrendi indebitu l-vantaġġ riċevut u li għaldaqstant jiġġustifika l-obbligu li dan jitħallas lura (ara s-sentenza Pometon, C‑158/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:349">EU:C:2009:349</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tranżazzjonijiet involuti fi prattika abbużiva għandhom jiġu ddefiniti mill-ġdid mill-qorti tar-rinviju b’mod li terġa tiġi stabbilita s-sitwazzjoni hekk kif kienet tkun teżisti fin-nuqqas tat-tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu l-prattika abbużiva (ara, b’analoġija, is-sentenza Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑255/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:121">EU:C:2006:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 94).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>B’hekk, operatur li poġġa ruħu artifiċjalment f’sitwazzjoni li tippermettilu jibbenefika indebitament mit-tariffa preferenzjali għall-importazzjoni tal-banana huwa marbut li jħallas id-dazji relatati mal-prodotti kkonċernati, mingħajr preġudizzju, jekk ikun il-każ, għas-sanzjonijiet amministrattivi, ċivili jew kriminali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza Christodoulou <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑116/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:825">EU:C:2013:825</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għat-tieni parti tat-tielet domanda għanda tkun li l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali timplika li l-operatur li poġġa ruħu artifiċjalment f’sitwazzjoni li tippermettilu jibbenefika indebitament mit-tariffa preferenzjali għall-importazzjoni tal-banana huwa marbut li jħallas id-dazji relatati mal-prodotti kkonċernati, mingħajr preġudizzju, jekk ikun il-każ, għas-sanzjonijiet amministrattivi, ċivili jew kriminali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2362/98, tat-<DATE ISO="19981028">28 ta’ Ottubru 1998</DATE>, li jistabbilixxi metodi għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 f’dak li jikkonċerna s-sistema ta’ importazzjoni ta’ banana fil-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1632/2000, tal-<DATE ISO="20000725">25 ta’ Lulju 2000</DATE>, moqri fid-dawl tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li tgħid li aġent ekonomiku għandu jeżerċita attività kummerċjali bħala importatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>f’ismu stess u b’mod indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> hija meħtieġa mhux biss għar-reġistrazzjoni ta’ dan l-aġent bħala operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni iżda anki biex dan ikun jista’ jżomm din il-kwalità fid-dawl tal-importazzjoni tal-banana fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previsti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 404/93, tat-<DATE ISO="19930213">13 ta’ Frar 1993</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 2362/98, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bihom operatur ġdid jixtri, bl-intermedjarju ta’ operatur ieħor irreġistrat bħala ġdid, merkanzija mingħand operatur tradizzjonali qabel l-importazzjoni tagħha fl-Unjoni, u wara jbigħha mill-ġdid lil dan l-operatur tradizzjonali, permezz tal-istess intermedjarju, wara li jkun importaha fl-Unjoni, meta dawn it-tranżazzjonijiet ikunu jikkostitwixxu prattika abbużiva, liema ħaġa għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali timplika li l-operatur li poġġa ruħu artifiċjalment f’sitwazzjoni li tippermettilu jibbenefika indebitament mit-tariffa preferenzjali għall-importazzjoni tal-banana huwa marbut li jħallas id-dazji relatati mal-prodotti kkonċernati, mingħajr preġudizzju, jekk ikun il-każ, għas-sanzjonijiet amministrattivi, ċivili jew kriminali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>