<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑401/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0401</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:223">EU:C:2013:223</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20130411">11.4.2013</DATE> — KAWŻA C-401/11</P><P>SOUKUPOVÁ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>FAEGG</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1257/1999</KEYWORD><KEYWORD>Appoġġ għall-iżvilupp rurali</KEYWORD><KEYWORD>Appoġġ għal irtirar kmieni</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li tittrasferixxi li għandha tal-anqas 55 sena, mingħajr ma tkun laħqet l-età ta’ irtirar fil-mument tat-trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>età ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi età ta’ irtirar li tvarja skont is-sess kif ukoll, għan-nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-401/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Blanka Soukopová</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerstvo zemědělství,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, li qed jaġixxi bħala l-President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts, G. Arestis (Relatur), J. Malenovský u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Soukupová, minn J. Tomášek, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u G. von Rintelen kif ukoll minn Z. Malůšková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391), kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Soukupová, bidwija, u l-Ministerstvo zemědělství (il-Ministeru tal-Agrikoltura Ċek), dwar iċ-ċaħda tat-talba tagħha għall-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ appoġġ fit-trasferiment antiċipat ta’ impriża agrikola.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Din id-Direttiva għandha tgħodd għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-iskemi statutorji li jipprovdu protezzjoni kontra r-riskji li ġejjin:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>anzjanità,</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>assistenza soċjali, sal-punt li hija maħsuba li żżid jew tieħu l-post ta’ l-iskemi msemmija f’(a).<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jeskludu mill-għan tagħha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-iffissar ta’ età tal-pensjoni sabiex jingħataw pensjonijiet ta’ l-anzjanità u rtirar u l-konsegwenzi li jistgħu jiġu minnhom għall-benefiċċji l-oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-vantaġġ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ skemi tal-pensjoni tax-xjuħ [xjuħija] mogħtija lill dawk il-persuni li rabbew t-tfal; il-ksib ta’ drittijiet għal benefiċċji wara perijodi ta’ waqfien mix-xogħol minħabba it-trobbija tat-tfal;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom minn żmien għall-ieħor jeżaminaw il-kwistjonijiet li tħallew barra skont il-paragrafu 1 u jaċċertaw, fid-dawl ta’ l-iżviluppi soċjali fil-kwistjoni konċernata, jekk hemmx ġustifikazzjoni biex jinżammu l-eskluzzjonijiet konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 23 tar-Regolament Nru 1257/1999 tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l-]irtirar kmieni mix-xogħol tal-biedja għandu jkun inkuraġġit sabiex tittejjeb il-vijabbiltà ta’ oqsma agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-premessa 40 ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari għandhom jiġu sostnuti l-miżuri intiżi sabiex titneħħa l-inugwaljanza u sabiex tkun imħeġġa l-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-irgiel u n-nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-ħdax-il inċiż tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi li l-appoġġ għal żvilupp rurali, li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tal-biedja u l-konverżjoni tagħhom, jistgħu jikkonċernaw it-tneħħija tal-inugwaljanza u tal-promozzjoni ta’ opportunitajiet ugwali għall-irgiel u n-nisa, b’mod partikolari billi jingħata appoġġ lil proġetti mibdija u implementati min-nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt il-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 1257/1999, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Irtirar kmieni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sostenn [appoġġ] għal irtirar kmieni mill-biedja tista’ tikkontribwixxi għal dawn l-oġġettivi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>biex jipprovdi dħul għal bdiewa anzjani li jiddeċiedu li jieqfu mill-biedja,</P></ITEM><ITEM><P>biex jinkoraġġixxi t-tibdil ta’ dawn il-bdiewa anzjani minnn bdiewa li jkunu jistgħu itejbu, fejn meħtieġ, il-vijabbiltà ekonomika tal-kumplament tal-oqsma agrikoli,</P></ITEM><ITEM><P>li jassenja mill-ġdid l-art għal użu mhux agrikolu meta din ma tkunx tista’ tkun maħduma skont il-kondizzjonijiet sodisfaċenti tal-vijabbiltà ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dak li jittrasferixxi l-azjenda għandu:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>iwaqqaf l-attività kollha kummerċjali definittivament; hu jista’, b’danakollu, ikompli b’xogħol tal-biedja li ma jkunx kummerċjali jew li jżomm l-użu tal-bini,</P></ITEM><ITEM><P>ma jkunx ta’ anqas minn 55 sena imma ma jkunx għadu laħaq l-età ta’ irtirar fiż-żmien tat-trasferiment, u</P></ITEM><ITEM><P>ikun ipprattika l-biedja l-10 snin ta’ qabel it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(2) tal-istess regolament jistabbilixi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-durata ta’ l-irtirar kmieni m’għandhiex teċċedi il-perijodu totali ta’ 15-il sena għal dak li jittrasferixxi u 10 snin għal ħaddiem tal-biedja. M’għandhiex tkompli aktar wara l-għeluq tal-75 sena ta’ dak li jittrasferixxi u ma tmurx aktar mill-età normali ta’ l-irtirar tal-ħaddiem.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ dak li jittrasferixxi l-pensjoni normali ta’ l-irtirar għandha titħallas mill-Istat Membru, sostenn [appoġġ] għal irtirar kmieni għandu jingħata bħala suppliment billi jitqies l-ammont tal-pensjoni nazzjonali ta’ l-irtirar.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Ċeka</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont ir-Regolament Nru 1257/1999, fis-<DATE ISO="20050126">26 ta’ Jannar 2005</DATE>, ir-Repubblika Ċeka adottat, id-digriet governattiv Nru 69/2005, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-sussidju rigward il-waqfien kmieni ta’ attività agrikola minn imprenditur agrikolu (nařízení vlády č. 69/2005 Sb., o stanovení podmínek pro poskytování dotace v souvislosti s předčasným ukončením provozování zemědělské<?PAGE NO="4"?> činnosti zemědělského podnikatele). Skont l-Artikolu 1(1), dan id-digriet governattiv għandu l-għan li jagħti sussidji fil-kuntest tal-programm għall-appoġġ tal-waqfien kmieni ta’ attivitajiet agrikoli minn imprenditur agrikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(b) tal-imsemmi digriet governattiv, il-parteċipazzjoni għal dan il-programm hija suġġetta għall-kundizzjoni li, fil-ġurnata meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huwa jkun diġà laħaq l-età ta’ mill-inqas 55 u fil-ġurnata li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huwa ma jkunx laħaq l-età mitluba li tintitolah għal pensjoni tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1) u (2) tal-Liġi Nru 155/1995, dwar l-assigurazzjoni tal-pensjoni (zákon č. 155/1995 Sb., o důchodovém pojištění), fil-verżjoni tagħha applikabbli għal-kawża prinċipali, li jirreferi għalih l-imsemmi Artikolu 3(1)(b) kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-età tal-irtirar hija</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>60 sena għall-irġiel,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għan-nisa</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>sa 53 sena jekk rabbew tal-inqas 5 itfal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>sa 54 sena jekk rabbew tal-inqas 3 jew 4 itfal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>sa 55 sena jekk rabbew 2 itfal,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>sa 56 sena jekk rabbew tifel wieħed, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>sa 57 sena jekk il-persuni assigurati jkun laħqu din l-età sal-<DATE ISO="19951231">31 ta’ Diċembru 1995</DATE>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ persuni assigurati li jilħqu l-limiti ta’ età stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="19960101">1 ta’ Jannar 1996</DATE> sal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, l-età tal-irtirar hija ddeterminata billi jiżdied għax-xahar li matulu l-persuna assigurata tkun laħqet dan il-limitu, xahrejn għall-irġiel, u erba’ xhur għan-nisa, għal kull sena ċivili, anki jekk mibdija, għall-perijodu bejn il-<DATE ISO="19951231">31 ta’ Diċembru 1995</DATE> sad-data fejn il-limiti ta’ età stabbiliti fil-paragrafu 1 jintlaħqu, u hija kkunsidrata bħala l-età tal-irtirar l-età milħuqa matul ix-xahar hekk determinat fid-data li ċ-ċifra tagħha tikkorrispondi għad-data tat-twelid tal-persuna assigurata; jekk ix-xahar hekk iddeterminat ma jkunx jinkludi tali ġurnata, tiġi kkunsidrata bħala l-età tal-irtirar l-età milħuqa fl-aħħar ġurnata tax-xahar hekk iddeterminat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B. Soukupová hija bidwija mwielda fl-<DATE ISO="19470124">24 ta’ Jannar 1947</DATE> u li rabbiet żewġt itfal. Fl-<DATE ISO="20040524">24 ta’ Mejju 2004</DATE>, hija laħqet l-età li tagħtiha dritt għal pensjoni ta’ rtirar, skont l-Artikolu 32(1) u (2) tal-Liġi Nru 155/1995.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, B. Soukupová ressqet, għand il-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu, talba għal parteċipazzjoni fl-iskema ta’ appoġġ fl-irtirar kmieni ta’ bdiewa mix-xogħol tal-biedja.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, din it-talba ġiet miċħuda, skont l-Artikolu 3(1)(b) tad-digriet governattiv Nru 69/2005, minħabba li, fid-data meta tressqet din it-talba, B. Soukupová kienet laħqet l-età meħtieġa sabiex ikollha d-dritt għall-pensjoni tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B. Soukupová ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Ministerstvo zemědělství (il-Ministeru tal-Agrikoltura), li ċaħdu permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070412">12 ta’ April 2007</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B. Soukupová kkontestat din l-aħħar deċiżjoni billi ressqet rikors quddiem il-Městský soud v Praze (il-qorti muniċipali ta’ Praga). F’dan ir-rikors, hija sostniet li l-Artikolu 3(1)(b) tad-digriet governattiv Nru 69/2005 kien jikkontradiċi t-tielet inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1257/1999, peress li dan ir-regolament isemmi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-eta’ ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, filwaqt li l-imsemmi digriet gorvernattiv isemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>l-età mitluba li tintitolah għal pensjoni tal-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Filwaqt li invokat in-natura diskriminatorja tal-kundizzjoni prevista f’dan l-Artikolu 3 minħabba li l-età meħtieġa għad-dritt għal pensjoni ta’ rtirar, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 3, hija stabbilita b’mod differenti għall-irġiel u għan-nisa u li, barra minn hekk, tvarja għan-nisa skont in-numru ta’ tfal imrobbija, B. Soukupová talbet interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-eta’ ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-imsemmi regolament, li ma tkunx diskriminatorja fil-konfronti ta’ ċerti applikanti. Fil-fatt, hija tirreleva li, skont il-leġiżlazzjoni Ċeka, in-nisa li rabbew l-ikbar numru ta’ tfal jibbenefikaw oġġettivament minn terminu iqsar sabiex iressqu talba ta’ parteċipazzjoni għall-imsemmija skema ta’ appoġġ għat-trasferiment antiċipat minn dak li jibbenefikaw minnu l-irġiel jew in-nisa li rabbew inqas tfal.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, il-Městský soud v Praze annullat l-imsemmija deċiżjoni tal-Ministerstvo zemědělství, billi kkunsidrat li ma kinitx teżisti raġuni leġittima li tippermetti li tkun iġġustifikata distinzjoni bejn bidwi raġel u bidwi mara f’dak li jikkonċerna s-sussidji agrikoli. Għaldaqstant, din eskludiet kull interpretazzjoni suxxettibbli li twassal għal differenzi fit-trattament mhux ġustifikati bejn l-applikanti. Barra minn hekk, hija ddeċidiet li l-limitu ta’ età li jippermetti l-parteċipazzjoni għall-iskema ta’ appoġġ fit-trasferiment antiċipat tal-attività agrikola ta’ imprenditur agrikolu għandha tiġi kkunsidrata l-età normali ta’ irtirar, iddeterminata bl-istess mod għall-applikanti kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Ministerstvo zemědělství appella minn din is-sentenza quddiem in-Nejvyšší správní soud (il-qorti amministrattiva suprema). Fl-appell tiegħu, il-ministeru sostna li r-Regolament Nru 1257/1999 ma jipprovdix dispożizzjonijiet preċiżi f’dak li jikkonċerna l-limitu ta’ età inferjuri tal-applikanti. Huwa sostna li l-epressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>età ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament, u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>l-età mitluba li tintitolah għal pensjoni tal-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fis-sens tal-Artikolu 32 tal-Liġi Nru 155/1995, kellhom xebh sinjifikanti. L-imsemmi ministeru sostna li, għall-finijiet tad-determinazzjoni b’mod preċiż u oġġettiv tal-età normali ta’ rtirar, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 11, kien ġie deċiż li din l-età tiġi ddefinita, fl-ordinament ġuridiku intern, skont l-imsemmi Artikolu 32. Il-Ministerstvo zemědělství rreleva wkoll li metodu ta’ ffissar tal-età normali ta’ rtirar identiku kien ġie stabbilit fid-dokument tal-iskema intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Pjan orizzontali ta’ żvilupp rurali tar-Repubblika Ċeka għall-perijodu 2004-2006<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li ġie approvat kemm mill-Gvern ta’ dan l-Istat Membru, permezz tad-Deċiżjoni Nru 671, tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, kif ukoll mill-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2004 CZ 06G DO 001, tat-<DATE ISO="20040903">3 ta’ Settembru 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji fir-rigward tad-dritt ta’ B. Soukupová li tipparteċipa għall-iskema ta’ appoġġ għat-trasferiment antiċipat ta’ attività ta’ impriża agrikola, prevista mid-digriet governattiv Nru 69/2005, u peress li qieset neċessarju li tingħata, f’dan ir-rigward, risposta f’dak li jikkonċerna kemm l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>età ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1257/1999, kif ukoll fir-rigward tal-kwistjoni jekk id-dritt tal-Unjoni jippermettix li ssir distinzjoni, fl-evalwazzjoni ta’ talba għall-parteċipazzjoni f’din l-iskema, bejn l-applikanti, skont is-sess tagħhom u skont kemm rabbew tfal, in-Nejvyšší správní soud iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>Nistgħu ninterpretaw il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>età ta’ l-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament [Nru 1257/1999], bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>l-età neċessarja sabiex jinkiseb id-dritt għall-pensjoni tax-xjuħ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tal-applikant konkret skont id-dritt nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-età ta’ l-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> fil-mument tat-trasferiment tal-attività agrikola, tiġi ddeterminata b’mod differenti għall-applikanti individwali skont is-sess tagħhom u n-numru tat-tfal li rabbew, huwa konformi mad-dritt u mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, liema kriterji għandha tikkunsidra l-qorti nazzjonali meta tinterpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-età ta’ l-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> fiż-żmien tat-trasferiment ta’ attività agrikola taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament [Nru 1257/1999]?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domandi, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji ġenerali tagħha ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni li, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ rtirar tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-età mitluba li tintitolah għal pensjoni tal-irtirar, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>età ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1257/1999, tiġi ddeterminata b’mod differenti skont is-sess tal-applikant tal-għajnuna għall-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura u, fir-rigward tal-applikanti nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija mill-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel xejn jiġi rrelevat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1257/1999, il-mekkaniżmu ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura, fis-sens ta’ dan ir-regolament, għandu l-għan li jikkontribwixxi, b’mod partikolari, sabiex joffri dħul lill-bdiewa ta’ ċertu età li jiddeċiedu li jittrasferixxu l-attività agrikola u sabiex tiġi nkoraġġuta s-sostituzzjoni ta’ dawn il-ħaddiema xjuħ bi bdiewa li jistgħu jtejbu, skont il-każ, il-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet li jibqa’. Dan l-aħħar għan jinsab ukoll fil-premessa 23 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li din l-għajnuna għall-irtirar kmieni tikkostitwixxi inċentiv ekonomiku intiż sabiex iħeġġeġ lill-bdiewa xjuħ jittrasferixxu definittivament l-attività agrikola tagħhom iktar kmieni milli kieku kienu jagħmlu f’ċirkustanzi normali u, għalhekk, sabiex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni strutturali tas-settur agrikolu, sabiex tiġi ggarantita aħjar il-vijabbiltà tal-attivitajiet agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura previst mir-Regolament Nru 1257/1999 jikkostitwixxi strument tal-Politika Agrikola Komuni, iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG), li huwa intiż sabiex jiggarantixxi l-vijabbiltà tal-attivitajiet agrikoli, u mhux ta’ benefiċċju ta’ sigurtà soċjali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għalkemm, ċertament, l-iffissar tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>età ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1257/1999 jaqa’, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni mid-dritt tal-Unjoni, taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, xorta jibqa’ l-fatt li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, dawn l-Istati ma jistgħux jibbenefikaw mid-differenza ta’ trattament li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 79/7 jawtorizzahom iżommu fil-qasam tal-iffissar tal-età ta’ irtirar fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi kkunsidrat, minħabba dan ir-referiment għal kunċett mhux armonizzat, bħala li kien awtorizzat mill-imsemmija Stati, fl-implementazzjoni tal-imsemmi regolament, sabiex jadotta miżuri li jiksru l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll id-drittijiet fundamentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/03" PAGE.ECR="I-5769" YEAR="2006">C-540/03, Ġabra p. I-5769</REF.DOC.ECR>, punti 22 u 23).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrelevat li l-premessa 40 tar-Regolament Nru 1257/1999 tirrakkomanda li jiġu appoġġjati l-miżuri intiżi li jneħħu l-inugwaljanzi u sabiex tiġi nkoraġġuta l-ugwljanza tal-opportunitajiet għall-irġiel u n-nisa. Għaldaqstant, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, fil-kuntest tal-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura mogħti abbażi tal-imsemmi regolament, huwa importanti li tiġi żgurata ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel u, għaldaqstant, li tiġi pprojbita kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1257/1999, l-Istati Membri għandhom l-obbligu, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li josservaw il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 20, 21(1) u 23 tal-imsemmija Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni jeħtieġu li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, National Farmers’ Union <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/95" PAGE.ECR="I-4559" YEAR="1997">C-354/95, Ġabra p. I-4559</REF.DOC.ECR>, punt 61; tal-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>, Grootes, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/09" PAGE.ECR="I-11285" YEAR="2010">C-152/09, Ġabra p. I-11285</REF.DOC.ECR>, punt 66; kif ukoll tal-<DATE ISO="20110301">1 ta’ Marzu 2011</DATE>, Association belge des Consommateurs Test-Achats <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/09" PAGE.ECR="I-773" YEAR="2011">C-236/09, Ġabra p. I-773</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-bdiewa xjuħ nisa u rġiel huma f’sitwazzjonijiet paragunabbli fir-rigward tal-għan intiż mill-appoġġ għall-irtirar kmieni previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1257/1999, li huwa intiż sabiex iħeġġeġ lil dawn il-bdiewa, indipendentement mis-sess tagħhom u min-numru ta’ tfal li rabbew, li jittrasferixxu definittiament l-attivitajiet agrikoli tagħhom b’mod prematur, sabiex tiġi ggarantita b’mod aħjar il-vijabbiltà tagħhom, kif jirriżulta mill-punt 24 ta’ din is-sentenza. L-imsemmija bdiewa, kemm irġiel kif ukoll nisa, jistgħu jitolbu tali appoġġ, sakemm, kif jeżiġi l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament, ikunu ttasferixxew definittivament kull attività agrikola b’finijiet kummerċjali wara li jkunu eżerċitaw din l-attività matul l-aħħar għaxar snin qabel it-trasferiment u għandhom tal-inqas 55 sena, mingħajr ma jkunu laħqu l-età ta’ rtirar normali fil-mument tal-imsemmi trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet huwa kontra d-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali tagħha ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni li l-imsemmija sitwazzjonijiet jiġu trattati b’mod differenti, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, minħabba l-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet tal-iskema nazzjonali ta’ rtirar tal-Istat Membru kkonċernat, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>età ta’ rtirar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1), tar-Regolament Nru 1257/1999, hija stabbilita b’mod differenti skont is-sess tal-applikant għall-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura u fir-rigward tal-applikanti nisa, skont in-numru ta’ tfal li tkun rabbiet il-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan id-dritt u dawn il-prinċipji jinkisru jekk jiġi aċċettat li jkunu trattati b’mod sfavorevoli u mhux oġġettivament iġġustifikat l-applikanti għal dan l-appoġġ għall-irtirar kmieni li jaqgħu, minħabba s-sess tagħhom u, fir-rigward tal-applikanti nisa, minħabba n-numru ta’ tfal li rabbew, taħt kategorija ta’ bdiewa li għalihom din l-età, stabbilita mill-imsemmija dispożizzjonijiet tal-iskema nazzjonali tintlaħaq iktar kmieni milli mill-applikanti li jaqgħu taħt kategorija oħra ta’ bdiewa. F’dan il-każ, l-applikanti li jaqgħu taħt din it-tieni kategorija għandhom terminu itwal sabiex iressqu t-talba tagħhom għall-appoġġ, b’mod li huma privileġġjati, mingħajr raġuni oġġettiva, meta mqabbla ma’ dawk li jaqgħu taħt l-ewwel kategorija, li huma suġġetti, għal talba tal-istess natura, għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal dan l-appoġġ iktar restrittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha l-effett li persuna, bħal B. Soukupová, li titrasferixxi l-attività agrikola tagħha f’età li taqa’ bejn l-età normali ta’ rtirar iddeterminata minn din il-leġiżlazzjoni skont is-sess tagħha kif ukoll skont in-numru ta’ tfal li rabbiet u l-età normali ta’ rtirar stabbilita mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-bdiewa rġiel, ma tistax tibbenefika mill-appoġġ għall-irtirar kmieni u jkollha d-drittijiet tagħha limitati sabiex tirċievi, għall-bqija ta’ ħajjitha, pensjoni ta’ rtirar ta’ livell inferjuri għall-imsemmi appoġġ, meta bidwi raġel li jittrasferixxi l-attività agrikola fl-istess età bħall-imsemmija persuna jista’, hu, jibbenefika minn tali appoġġ għal tul totali għal ħmistax-il sena jew sakemm jagħlaq 75 sena skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 1257/1999, wara tnaqqis tal-pensjoni ta’ rtirar imħallsa mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Gvern Ċek u dak Pollakk, differenza fit-trattament, bħal dik li tagħmel il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi oġġettivament iġġustifikata. Fil-fatt, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għanijiet tat-trasformazzjoni strutturali tas-settur agrikolu intiżi mill-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-bidja mogħti abbażi tar-Regolament Nru 1257/1999 jistgħu manifestament jintlaħqu mingħajr ma l-Istati Membri jirrikorru għal trattament diskriminatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta tiġi kkonstatata diskriminazzjoni, kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, u sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu l-ugwaljanza fit-trattament, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tista’ tiġi żgurata biss bl-għoti lill-persuni tal-kategorija żvantaġġata tal-istess vantaġġi li jibbenefikaw minnhom il-persuni tal-kategorija privileġġata (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19990126">26 ta’ Jannar 1999</DATE>, Terhoeve, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-18/95" PAGE.ECR="I-345" YEAR="1999">C-18/95, Ġabra p. I-345</REF.DOC.ECR>, punt 57, u tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Landtová, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-399/09" PAGE.ECR="I-5573" YEAR="2011">C-399/09, Ġabra p. I-5573</REF.DOC.ECR>, punt 51). Il-persuna żvantaġġata għandha titqiegħed fl-istess sitwazzjoni bħall-persuna li tibbenefika mill-vantaġġ inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċendenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li ma huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji ġenerali tagħha ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni li, skont dispożizzjonijiet tal-iskema nazzjonali ta’ irtirar tal-Istat Membru kkonċernat relatati mal-età neċessarja għal dritt għal pensjoni ta’ rtirar, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>età ta’ irtirar<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 1257/1999, tiġi ddeterminata b’mod differenti skont is-sess tal-applikant għall-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura u, fir-rigward tal-applikanti nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija mill-persuna kkonċernata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel u għat-tieni domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ma huwiex konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji ġenerali tagħha ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni li, skont dispożizzjonijiet tal-iskema nazzjonali ta’ rtirar tal-Istat Membru kkonċernat relatati mal-età neċessarja għal dritt għal pensjoni ta’ rtirar, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>età ta’ rtirar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE>, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, tiġi ddeterminata b’mod differenti skont is-sess tal-applikant għall-appoġġ għall-irtirar kmieni mill-agrikoltura u, fir-rigward tal-applikanti nisa, skont in-numru ta’ tfal imrobbija mill-persuna kkonċernata.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>