European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5303

12.10.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2261, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2262 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan

(C/2026/5303)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet jew korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2261 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2262 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/2147 jeħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jridu jirrapportaw fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147.


(1)   ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.

(2)   ĠU L, 2026/2261, 9.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2261/oj.

(3)   ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.

(4)   ĠU L, 2026/2262, 9.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2262/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5303/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)