Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0025 - 0026
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 39/2002 tad-19 ta' April 2002 li temenda l-Anness XVIII (Is-Saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u trattament egwali għall-iġiel u n-nisa) taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 159/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1]. (2) Id-Directive 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/655/KEE tikkonċerna s-sigurtà minima u l-ħtiġijiet tas-saħħa għal l-użu ta' tgħamir ta' xogħol minn ħaddiema waqt ix-xoghol (it-tieni Diretiva ndividwali fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) of Directive 89/391/EEC) [2] għandha tkun inkorportafil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE) ta' l-Anness XVIII tal-Ftehim: "- 32001 L 0045: Id-Direttiva 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 195, tad-19.7.2001, p. 46)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2000/45/KE fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' April 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 2002. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 38. [2] ĠU L 195, tad-19.7.2001, p. 46. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------