European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3008

27.5.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1070 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1081, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja

(C/2025/3008)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1070 (2) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1081 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 u fir-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-30 ta' Jannar 2026 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1485.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj.

(2)   ĠU L, 2025/1070, 27.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1070/oj.

(3)   ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.

(4)   ĠU L, 2025/1081, 27.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1081/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3008/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)