European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4244

31.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.12090 – AEA / BCI / PAVE AMERICA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4244)

1.   

Fit-22 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AEA Investors LP (“AEA”, l-Istati Uniti),

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

Pave America Holding, LLC (“Pave America”, l-Istati Uniti).

AEA u BCI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pave America kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

AEA hija parti minn grupp ta’ investiment ta’ ekwità privata, u l-attività kummerċjali primarja tagħha hija l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet għal fondi privati, l-istrutturar tat-tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ mezzi ta’ investiment, permezz tas-sħab ġenerali tal-fondi tagħha, u l-ġestjoni u d-disponiment ta’ tali investimenti biex jinħolqu redditi għall-investituri fil-fondi privati tagħha,

—

BCI hija aġent tal-Gvern ta’ British Columbia fil-Kanada, li f’isem il-klijenti tagħha, tinvesti f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inkluż introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli u ipoteki kummerċjali,

—

Pave huwa kuntrattur tal-asfalt u tal-pavimentar tal-konkrit fl-Istati Uniti, attiv esklussivament fl-Istati Uniti. Huwa jipprovdi soluzzjonijiet ta’ manutenzjoni għat-toroq lokali u l-parkeġġi tal-karozzi, kif ukoll, l-installazzjonijiet tal-pavimentar u l-asfalt/il-konkos mill-ġdid ta’ toroq lokali, parkeġġi għall-karozzi u bankini.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12090 — AEA / BCI / PAVE AMERICA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4244/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)