Official Journal L 240 , 23/09/2000 P. 0014 - 0018
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2000 li tistabilixxi l-metodi ta’iċċekkjar veterinarju għal prodotti minn pajjiżi barra l-Komunità destinati għall-introduzzjoni fiż-żoni ħielsa, fl-mħażen ħielsa, fl-mħażen doganali jew operaturi li jissuplixxu mezzi mal-fruntieri ta’ trasport bil-baħar (notifikata taħt id-dokument numru C(2000) 2532) (Test ta’ rilevanza għaż-ŻEE) (2000/571/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organiżazzjoni t’Iċċekkjar veterinarju dwar prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], u partikularment l-Artikoli 12(12) u 13(6) ta’ l-istess, Billi: (1) Id-Direttiva 97/78/KE tistabilixxi kondizzjonijiet għall-kontrolli ta’ prodotti t’oriġini annimaleska li jkunu ntrodotti fil-Komunità f’postijiet t’ispezzjoni fuq il-fruntiera, sabiex jipproteġu s-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika. (2) Kunsinni ta’ prodotti ppreżentati għall-introduzzjoni fiż-żoni ħielsa, fil-warehouses ħielsa, jew fil-warehpuses doganali jistgħu jkunu ammessi biss jekk il-persuna responsabbli għat-tagħbija tkun iddikjarat bil-quddiem jekk il-prodotti humiex ultimament għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa jew għal xi skop t’użu ieħor. (3) Prodotti li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-Komunità jistgħu jkunu ppreżentati għad-dħul f’mħazen fiż-żoni ħielsa, f’mħazen ħielsa jew f’mħazen doganali, u għad-dispożizzjonar ta’ mezzi tal-qsim tal-fruntieri tat-trasport bil-baħar, u billi dawn il-prodotti jirrapreżentaw riskju addizzjonali kemm għas-saħħa ta’ l-annimali kif ukoll għal dik umana fil-Komunità, huma għandhom għalhekk, ikunu suġġetti għal kontrolli addizzjonali biex jassiguraw l-immanuvrar korrett tal-prodotti matul it-trasport, il-ħżin u t-twassil tagħhom ħalli jkun evitat li l-prodotti jkunu mwiegħda fis-suq tal-Komunità. (4) Sabiex tikkontrolla u tippermetti traċċjabilita effettiva ta’ kunsinni ta’ prodotti mhux konformi, d-dettalji għall-użu taċ-ċertifikati differenti permessi fid-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ċċarati kif ukoll għandhom ikunu ċari l-kondizzjonijiet għall-immarkar ta’ tali kunsinni waqt il-ħżin biex jippermettu identifikazzjoni meta jkun meħtieġ. (5) Il-veterinarju uffiċċjali fuq il-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għandu jassigura l-Iġjene u s-sigurta ta’ prodotti mhux konformi li jinġarru lejn u minn mħażen qabel l-approvazzjoni tad-dispaċċ, u fil-każ ta’ moviment għal mħażen fi Stat Membru ieħor li l-awtorita kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun awtorizzat il-maħżen tad-destinazzjoni biex jaċċetta dan it-tip ta’ prodott. (6) l-imħazen f’liema l-prodotti mhux konformi jkunu mwassla u storjati għandhom ikunu taħt il-kontroll ta’ l-awtorita’ kompetenti u registri effettivi għandhom jinżammu biex jippermettu traċċjabilita tat-tali prodotti kollha li jgħaddu mill-imħazen. (7) L-Iċċekkjar li għandu jsir mill-veterinarju uffiċċjali dwar prodotti mhux konformi meta l-prodotti jkunu daħlu jkunu storjati jew waslu biex Iħallu l-mħazen, kif ukoll l-estent ta’ xi qsim ta’ konsinni permess waqt il-ħażna, għandu jkun iċċarat. (8) Il-proċess ta’ notifika u dettalji taċ-ċertifikazzjoni li għandha takkumpanja l-konsinni mibgħuta minn operaturi li jissuplixxu direttament lil mezzi tal-qsim tal-fruntiera ta’ trasport tal-baħar, għandhom ikunu stipulati sabiex jassiguraw sistema effettiva ta’ kontroll sal-punt tal- kunsinna. (9) L-operaturi li jissuplixxu mezzi li jaqsmu l-fruntieri tat-trasport bil-baħar u xi mħazen li huma jużaw għandhom ikunu taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorita’ kompetenti. (10) Il-miżuri li hemm provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Attwali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Il-prodotti kollha li ma jilħqux il-kondizzjonijiet tal-Komunità li jiġu ammessi taħt superviżjoni doganali u mgħoddija lejn jew minn jew storjati f’imħażen f’żoni ħielsa, mħażen ħielsa jew mħazen doganali għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/78/KE, maħruġ mill-veterinarju uffiċċjali. 2. Fid-deroga mill-paragrafu 1 Iċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE għandu jintuża biex jakkumpanja l-kunsinni kollha ta’ prodotti mhux konformi mibgħuta minn maħżen għal mezzi ta’ trasport bil-baħar tal-qsim tal-fruntieri direttament jew via maħżen speċjalment approvat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE. 3. Fil-każ ta’ prodotti mhux konformi li jintbagħtu minn post ta’ l-ispezzjoni tal-fruntiera għal mezzi ta’ trasport tal-baħar tal-qsim tal-fruntiera, il-kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn żewġ ċertifikati, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE. 4. Dokumenti veterinarji oriġinali jew ċertifikati li jaslu ma’ kunsinni ta’ prodotti mhux konformi minn pajjiżi barra l-Komunità għandhom jibqgħu mal-kunsinna. Waqt l-iċċekkjar li hemm referenza għalih fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 97/78/KE il-veterinarju uffiċċjali għandu jagħmel kopji ta’ dawn id-dokumenti veterinarji biex jinżammu fil-post ta’l-ispezzjoni fuq il-fruntiera. 5. Consignments of non-conforming Prodotti Sular in warehouses must always be marked on each unit Kunsinni ta’ prodotti mhux konformi maħżuna f’mħazen għandhom ikunu mmarkati fuq kull unita bin-numru uniku taċ-ċertifikat korrispondenti li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/78/KE, biex jgħin fl-identifikazzjoni. 6. Fejn kunsinna ta’ prodotti mhux konformi tkun maqsuma f’żewġ partijiet jew iktar f’maħżen fiż-żona ħielsa, f’maħżen ħieles jew f’maħżen doganali, il-veterinarju uffiċċjali għandu joħroġ ċertifikat ġdid għal kull parti tal-kunsinna. Biex tkun permessa traċċjabilita’, iċ-ċertifikati ġodda kollha maħruġa għandhom ikunu irreferuti għaċ-ċertifikat oriġinali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/78/KE li jkun wasal fil-maħżen mal-prodotti. Dan Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jinżamm mill-veterinarju uffiċċjali. Artikolu 2 It-trasport tal-kunsinni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, lejn jew mill-imħażen approvati taħt l-Artikoli 12(4)(b) jew 13(1) tad-Direttiva 97/78/KE, għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: - il-veterinarju uffiċċjali tal-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għandu jkun sodisfatt jekk ikun hemm bżonn billi jikkuntattja l-awtorita’ kompetenti rilevanti, li l-awtorita’ kompetenti għall-postijiet tad-destinazzjoni tkun approvat il-maħżen fiż-żona ħielsa, il-maħżen ħielsa, il-maħżen doganali jew l-operatur li jforni l-mezzi tat-trasport bil-baħar li jaqsmu l-fruntieri biex jaċċettaw dan it-tip ta’ prodott li ma jissodisfax ir-regoli tal-Komunità - l-awtorita’ kompetenti responsabbli għall-postijiet tad-dispaċċ għandha tinforma lill-awtorita’ kompetenti responsabbli għall-postijiet tad-destinazzjoni bil-mezzi tan-network Animo, - is-siġilli wżati u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(7) u (8) tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu tali li jkunu miksura fl-istess ħin ta’ kwalunkwe ftuħ tal-vettura jew tal-kontejner, - il-mezzi ta’ trasport bl-art użati għat-trasferiment ta’ prodotti mhux konformi għandhom ikunu mnaddfa u disinfettati wara l-użu fejn meħtieġ, - il-kunsinni għandhom jaslu fid-destinazzjoni mistqarra tagħhom fi żmien massimu ta’ 30 jum mid-dispaċċ jew il-materja għandha tkun irreferuta lill-awtoritajiet doganali għal iktar investigazzjoni. Artikolu 3 1. Mħażen approvati skond l-Artikolu 12(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE għandhom flimkien mal-kondizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu talinqas: - ikunu taħt il-kontroll ta’ l-awtorita’ kompetenti, - jkollhom disponibbli l-faċilitajiet tal-fax u t-telefon għall-użu tal-veterinarju uffiċċjali. 2. Ir-reġistri tad-dħul u d-dispaċċi li hemm referenza għalih fl-Artikolu 12(4)(b), it-tielet indent, tad-Direttiva 97/78/KE biex jinżamm f’maħżen approvat għandu jassigura traċċjabilita’ tal-kunsinni u rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet ta’ materjal li jidħol u jħalli l-maħżen. Barra minn hekk l-informazzjoni speċifikata fi 12(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE ir-reġistri għandhom jinkludu d-dettalji li ġejjin: - il-pajjiż ta’ l-oriġini u sussegwentement il-post t’ispezzjoni tal-fruntiera tal-wasla, għal kunsinni li jidħlu, - in-numru ta’ referenza uniku taċ-ċertifikat korrispondenti li hemm referenza għalih jew fl-Artikolu 5(1) inkella fl-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE, għal kull kunsinna, - in-numru ta’ referenza u l-indirizz tal-maħżen tad-destinazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(c) tad-Direttiva 97/78/KE (jekk applikabbli), - il-vapur tad-destinazzjoni, jew il-pajjiż barra l-Komunità tad-destinazzjoni u l-post t’ispezzjoni tal-fruntiera tal-ħruġ (jekk applikabbli). Artikolu 4 Il-veterinarju uffiċċjali jew persuni li jaħdmu taħt is-superviżjoni tiegħu għandhom jassiguraw li fl-mħażen approvati taħt l-Artikolu 12(4)(b) tad-Direttiva 97/78/KE, u fil-każ ta’ kunsinni ta’ prodotti li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-Komunità li: - li l-kunsinni kollha mwassla fil-warehouse jkunu suġġetti għal iċċekkjar dokumentarju, - Iċċekkjar dokumentarju u t’identita’ għandhom isiru fuq kunsinni waqt il-ħażna u qabel il-ħruġ biex ikunu vverifikati is-sors u d-destinazzjoni, - id-dispaċċi kollha tal-kunsinni mill-mħażen ikunu awtorizzati, - meta kunsinna tinqasam, l-ippakkjar ta’ subunitajiet individwali li jiffurmaw kull parti tal-kunsinna tibqa’ bla tinbidel. L-awtorita’ kompetenti tista’ wkoll tagħmel iċċekkjar fiżiku jekk ikun meħtieġ fuq il-prodotti kollha irreferuti hawn fuq u mwassla lil, maħżuna fi jew mibgħuta minn mħażen fiż-żoni ħielsa, imħażen ħielsa jew mħażen doganali, fejn ikun hemm suspett ta’ riskju għas-saħħa ta’ l-annimali u l-bniedem. Artikolu 5 1. Kwalunkwe postijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(c) jew 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorita’ kompetenti. 2. Id-dokument veterinarju li hemm referenza għalih fl-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE għandu jkun ibbażat fuq il-mudell fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Ċertifikat wieħed jista’ jintuża għal kunsinna li jkun fiha prodotti derivati minn kunsinni t’oriġini differenti, bħal fiċ-ċertifikat mudell fl-Anness. 3. In-notifika lill-awtorita’ kompetenti tal-punt ta’ l-oriġini li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 13(2)(b) tad-Direttiva 97/78/KE għandha tkun permezz taċ-ċertifikat deskritt hawn fuq. Fejn kunsinna tkun iddestinata għal port fi Stat Membru differenti, kopja taċ-ċertifikat riferut għalih hawn fuq għandha tkun trasmessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-port tad-destinazzjoni. Mat-twettiq tat-twassli tal-prodotti abbord il-mezzi tat-trasport tal-baħar iċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jkun kontraffirmat minn uffiċċjal ta’ l-awtorita’ kompetenti jew minn uffiċċjal rappreżentattiv tal-kaptan tat-trasport bil-baħar, u rritornat lill-veterinarju uffiċċjali bħala prova tat-twassil. Artikolu 6 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE [2] hija għalhekk revokata. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Settembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. [2] ĠU L 9, tal-15.1.1993, p. 42. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------