28.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8670 — CDPQ/GE/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 368/06)

1.

Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada),

—

GE Capital Aviation Services Limited (“GECAS”, l-Irlanda/l-Istati Uniti tal-Amerika), ultimament ikkontrollata minn General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Einn Volant Aircraft Leasing Holdings Ltd (“EVAL”, l-Irlanda).

CDPQ u GE jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EVAL.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CDPQ: investitur istituzzjonali fil-ġestjoni ta’ fondi li huma primarjament għal pensjonijiet pubbliċi u parapubbliċi u pjanijiet tal-assikurazzjoni.

—   għal GE: attivitajiet wiesa’ u diversifikati, inkluża GECAS li hija attiva fil-kiri tal-ajruplani kummerċjali mad-dinja kollha u fl-industrija finanzjarja.

—   għal EVAL: l-akkwist u l-kiri ta’ ajruplani.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8670 — CDPQ/GE/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.