|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/6 |
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2011/C 228/06
Il-High Court of Ireland [Il-Qorti Għolja tal-Irlanda]
FIL-KAWŻA TA’ IRISH NATIONWIDE BUILDING SOCIETY (“INBS”) U FIL-KAWŻA TAL-ATT TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU (STABILIZZAZZJONI) 2010
Il-High Court of Ireland fl-1 ta’ Lulju 2011 adottat Ordni ta’ Trasferiment skont it-Taqsima 34 tal-Att skont it-termini li ġejjin:
It-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-INBS kif stipulati fl-imsemmija Ordni b'effett immedjat lill-Anglo-Irish Bank Corporation Limited, istituzzjoni ta' kreditu liċenzjata fl-Irlanda. Il-Qorti ddikjarat inter alia li l-Ordni ta' Trasferiment u kull waħda mill-partijiet li hemm fiha, hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.
Skont it-Taqsima 36 tal-Att, tista' tintbagħat applikazzjoni għat-twarrib tal-Ordni ta' Trasferiment skont il-kundizzjonijiet stipulati fiha, lill-High Court of Ireland, fl-indirizz Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, Ireland mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta' ħidma wara li tkun ingħatat l-Ordni ta' Trasferiment. Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell mill-Ordni ta' Trasferiment quddiem is-Supreme Court mingħajr il-kunsens tal-High Court.
Il-kopji sħaħ tal-Ordni jinsabu disponibbli fl-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika fl-indirizz: listroomhighcourt@courts.ie