|
11.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/558
tal-20 ta' Marzu 2018
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-18 ta' Lulju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1401 (2), li testendi l-kariga tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni tal-EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-21 ta' Awwissu 2018. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1342 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK u li testendi l-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(4) |
Fis-26 ta' Frar 2018, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala l-Kap tal-EUBAM Libya jiġi estiż mit-22 ta' Awwissu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni tal-EUBAM Libya huwa b'dan estiż mit-22 ta' Awwissu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Awwissu 2018.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1401 tat-18 ta' Lulju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2017) (ĠU L 199, 29.7.2017, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 60).