2002R2343 — MT — 01.01.2014 — 002.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 2343/2002

tad-19 ta' Diċembru 2002

dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

(ĠU L 357, 31.12.2002, p.72)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008

  L 181

23

10.7.2008

►M2

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013

  L 328

42

7.12.2013




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 2343/2002

tad-19 ta' Diċembru 2002

dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

It-TITOLU I

MATERJA TAS-SUĠĠETT

It-TITOLU II

PRINĊIPJI TAL-BUDGET

Il-Kapitolu 1

Prinċipji ta' unita u ta' eżatezza tal-budget

Il-Kapitolu 2

Prinċipju ta' annwalita

Il-Kapitolu 3

Prinċipju ta' ekwilibriju

Il-Kapitolu 4

Prinċipju ta' unità ta' kontijiet

Il-Kapitolu 5

Prinċipju ta' universalita‘

Il-Kapitolu 6

Prinċipju ta' speċifikazzjoni

Il-Kapitolu 7

Prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba

Il-Kapitolu 8

Prinċipju tat-trasparenza

It-TITOLU III

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BUDGET

Il-Kapitolu 1

Stabbiliment tal-budget

Il-Kapitolu 2

Struttura u presentazzjoni tal-budget

It-TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET

Il-Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-Kapitolu 2

Atturi finanzjarji

Sezzjoni 1

Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet

Sezzjoni 2

Uffiċċjal li jawtorizza

Sezzjoni 3

Uffiċjal tal-kontijiet

Sezzjoni 4

Amministratur tal-flus akkont

Il-Kapitolu 3

Responsabbilta’ ta' l-atturi finanzjarji

Sezzjoni 1

Regoli Ġenerali

Taqsima 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali awtorizzanti u għall-uffiċjali awtorizzanti b’delega jew sottodelega’

Sezzjoni 3

Regoli li jgħoddu għall-uffiċċjal tal-kontijiet u għall-amministraturi tal-flus akkont

Il-Kapitolu 4

Operazzjonijiet ta' dħul

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Sezzjoni 2

Stimi ta' ammonti dovuti

Sezzjoni 3

Stabbiliment ta' ammonti dovuti

Sezzjoni 4

Awtorizzazzjoni għall-irkupru

Sezzjoni 5

Irkupru

Sezzjoni 6

Dispożizzjonijiet li jgħoddu għal miżati u spejjeż

Il-Kapitolu 5

Operazzjonijet ta' nfiq

Sezzjoni 1

Infiq ta' impenni

Sezzjoni 2

Validazzjoni ta' l-infiq

Sezzjoni 3

Awtorizzazzjoni ta' nfiq

Sezzjoni 4

Ħlas ta' spejjeż

Sezzjoni 5

Limiti ta' żmien għal operazzjonijiet ta' nfiq

Il-Kapitolu 6

Sistemi ta' l-Informatika

Il-Kapitolu 7

Awditur intern

It-TITOLU V

KSIB

TITOLU VA

PROĠETTI B’IMPLIKAZZJONIJIET SINJIFIKANTI FUQ IL-BAĠIT

TITOLU VB

ESPERTI

It-TITOLU VI

KONĊESSJONIJIET MOGĦTIJA MILL-KOMUNITÀ

It-TITOLU VII

PRESENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U ŻAMM TAL-KOTBA

Il-Kapitolu 1

Presentazzjoni tal-kontijiet

Il-Kapitolu 2

Żamm tal-kotba

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet Komuni

Sezzjoni 2

Kontijiet Ġenerali

Sezzjoni 3

Kontijet tal-budget

Il-Kapitolu 4

Inventarju tal-propjeta

It-TITOLU VIII

VERIFIKA ESTERNA U RILAXX

Il-Kapitolu 1

Verifika esterna

Il-Kapitolu 2

Rilaxx

It-TITOLU IX

DISPOSIZZJONIJET TRANSITORJI U FINALI



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju lijgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 185(1) tiegħu ( 1 ),

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kunsill (2) ,

Wara li kkunsidraw il-Fehma tal-Qorti ta' l-Awdituri (2) ;

Billi:

(1)

L-entitajiet tal-Komunità stabbiliti biex jagħmlu xi attivitajiettal-Komunità għandhom personalita legali u għalhekk il-budget tagħhom stess li jkun irregolat b'regoli finanzjarji speċifiċi.

(2)

Biex tkun żgurata ċertu konsistenza f'dawn ir-regolamenti meta mqabblin mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (“ir-Regolament Finanzjarju Ġenerali” minn hawn ‘il quddiem) u skond l-Artikolu 185(1) ta' dak ir-Regolament, dan ir-Regolament Finanzjarju strutturali jrid jippreskrivi r-regoli li jirregolaw l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-iskrutinju tal-budget ta' l-entitajiet imsemmijin tal-Komunità li tassew jirċievu konċessjonijiet mill-budget tal-Komunità (“entitajiet tal-Komunità” minn hawn ‘il quddiem). Kull waħda mill-entitajiet tal-Komunità taddotta r-regoli finanzjarji tagħha minn fuq dan ir-Regolament Finanzjarju strutturali, li, kif indikat fl-Artikolu 185 imsemmi hawn fuq, jistgħu jinbidlu mir-Regolament Finanzjarju strutturali skond il-ħtiġiet tat-treġija speċifiċi ta' dawk l-entitajiet, iżda bil-kunsens tal-Kummissjoni biss.

(3)

Dan ir-Regolament Finanzjarju strutturali, bħar-Regolament Finanzjarju ġenerali, jgħid biss il-prinċipji ġenerali u r-regoli bażiċi li jirregolaw il-qasam tal-budget ikkonċernat, filwaqt li dawn l-entitajiet jistgħu sussegwentement jaddottaw disposizzjonijet iddettaljati biex ir-regolamenti finanzjarji tagħhom jinftehmu aħjar.

(4)

L-erba' prinċipji fondamentali tal-liġi tal-budget (unita', universalita', speċifikazzjoni, annwalita') u l-prinċipji ta' l-ekwilibriju, unita' tal-kontijiet, treġija finanzjarja tajba u tat-trasparenza iridu jkunu riaffermati għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-budget.

(5)

Hu meħtieġ li l-poteri u r-responsabbiltajiet tal-uffiċċjal tal-kontijiet, l-awditur intern u l-uffiċċjali li jawtorizzaw ikunu ddefiniti. L-imsemmija l-aħħar għandhom responsabbilta sħiħa tal-ħidmiet kollha ta' dħul u infiq li jsiru taħt l-awtorita' tagħhom u għandhom jiżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, ukoll bi proċedimenti dixxiplinari fejn meħtieġ.

(6)

Bħall-istituzzjonijiet, dawn l-entitajiet tal-Komunità ma jistgħux jisilfu flus, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(7)

Il-funzjoni tal-verifika interna fl-entitajiet tal-Komunità irid jagħmilha l-awditur intern tal-Kummissjoni, li għalhekk ikun dak li jiggarantixxi l-konsistenza tas-sistema u l-mod kif taħdem skond l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(8)

L-iskeda biex ikun stabbilit il-budget, biex ikunu ppreżentati l-kontijiet u biex jingħata r-rilaxx iridu jkunu allineati fuq id-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, u l-awtorita responsabbli li tagħti r-rilaxx lill-entitajiet tal-Komunità trid tkun l-istess bħal tal-budget ġenerali (l-Artikolu 185(2) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali)

(9)

Ir-regoli għaż-żamm tal-kotba applikati għall-entitajiet tal-Komunità iridu jħallu li ssir konsolidazzjoni mal-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet, u għal dan il-għan iridu jkunu addottati mill-uffiċċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali il-ġdid.

(10)

Skond l-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-pjan ta' stabbiliment issa jrid jingħata lill-awtorita tal-budget għall-approvazzjoni.

(11)

Kull entità jista' jkollha aċċess għall-panel imsemmi fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali stabbilit mill-Kummissjoni biex jeżamina irregolaritajiet ħalli tkun titsta' ssir evalwazzjoni simili ta' każi identiċi.

(12)

Minħabba li jirċievu konċessjoni imħallsa mill-budget tal-Komunità, l-entitajiet tal-Komunità iridu jżommu strettament l-istess ħtiġiet ta' l-istituzzjonijiet għall-għoti ta' appalti u konċessjonijiet pubbliċi, sakemm dawn l-appalti u konċessjonijiet huma awtorizzati mill-Istrumenti li jistabbilixxu dawn l-entitajiet; għaldaqstant tkun biżżejjed referenza għad-disposizzjonijet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(13)

Bħall-istituzzjonijiet, l-entitajiet tal-Komunità jistgħu, biex jagħmlu l-kompiti li jingħatawlhom, Iħaddmu entitajiet tas-settur privat esterni biss fejn meħtieġ u mhux għal kompiti li jinvolvu xi missjoni tas-servizz pubbliku jew l-użu ta' xi poteri ta' ġudizzji diskrezjonali, biex ikun garantit li kull entità hi marbuta li tagħti rendikont ta' għemilha fl-implimentazzjoni tal-budget tagħha u żżomm ma' l-għanijiet li ngħatat meta ġiet magħmula.

(14)

Bħala appoġġ għat-talbiet biex jitħallsu s-sussidju tal-Komunità, l-entitajiet tal-Komunità iridu jbassru d-dħul u l-infiq, u l-fondi li l-Komunitajiet iħallsu għal dak is-sussidju iridu jagħtu imgħax għal benefiċju tal-Komunitajiet.

(15)

Irid ikun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi biex jorganizzaw il-ġbir ta' miżati u spejjeż, li huma waħda mir-riżorsi ta' dawn l-entitajiet.

(16)

Minħabba l-ħtiġiet statutorji ġejjin mill-istrumenti li jistabbilixxu l-entitajiet tal-Komunità, il-proċedura biex ikunu ppreżentati l-kontijiet trid tkun addottata u ssir dispożizzjoni biex il-bord ta' treġija jagħti fehmtu dwar il-kontijiet.

(17)

L-istruttura l-ġdida tal-budget addottata fir-Regolament Finanzjarju ġenerali trid tintuża ukoll mill-entitajiet tal-Komunità sakemm dan hu ġġustifikat bin-natura ta' l-attivitajiet tagħhom.

(18)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali li għandhom jiddaħħlu f'dan ir-regolament huma biss dawk li jgħoddu għall-entitajiet tal-Komunità.

B'mod partikolari dan ir-Regolament għalhekk m'għandux jinkludi d-dispożizzjonijiet relatati ma' meddiet ta' attivita li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-entitajiet tal-Komunità, il-metodi varji ta' implimentazzjoni li jagħmlu l-kunċett ta' esternalizzazzjoni u t-tagħrif dwar il-budget li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Barra minn hekk, uħud biss mill-kategoriji ta' dħul assenjat fir-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jitqiesu u, finalment, il-proċedura għat-trasferiment ta' l-appropjazzjonijiet u l-istabbiliment tal-budget iridu jkunu inqas iddettaljati u inqas kumplessi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

Artikolu 27

▼M2 —————

▼M1

4.  Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena l-entità Komunitarja għandha tibgħat lill-Kummissjoni u l-awtoritrà tal-baġit dawn id-dokumenti li ġejjin:

(a) abbozz ta' programm ta' ħidma tagħha;

(b) verżjoni aġġornata tal-pjan multiannwali tagħha dwar il-persunal, stabbilit skond il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni;

(ċ) informazzjoni dwar l-għadd ta’ uffiċjali, persunal temporanju u b’kuntratt kif definit mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' Impjegati Oħrajn (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolamenti tal-Persunal”) għas-snin n-1 u n u kif ukoll stima għas-sena N+1;

(d) informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet in-natura li jingħataw mill-Pajjiż Membru ospitanti lill-entità Komunitarja;

(e) stima tal-bilanċ tal-kont tar-riżultati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 għas-sena N-1.

▼M2 —————

▼M1

7.  Il-bord ta' ġestjoni jaddotta l-baġit u l-pjan ta' stabbiliment. Dawn isiru definittivi wara l-addozzjoni finali tal-baġit li tgħid l-ammont tas-sussidju u tal-pjan ta' stabbiliment u jekk ikun meħtieġ, il-baġit u l-pjan ta' stabbiliment ikunu rranġati skond il-ħtieġa.

▼M2 —————



▼B

Artikolu 40

▼M1

1.  L-uffiċjal awtorizzanti għandu jirrapporta lill-bord ta’ ġestjoni dwar il-qadi ta’ dmirijietu fil-forma ta’ rapport ta’ attività annwali, flimkien ma’ l-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta veduta reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma' oqsma ta' dħul u nfiq definiti

Ir-rapport ta’ attività annwali għandu jindika r-riżultati ta' l-operazzjonijiet tiegħu b'riferenza għall-għanijiet stabbiliti, ir-riskji marbuta ma' dawn l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta' kontoll intern. L-awditur intern skond it-tifsira ta' l-Artikolu 71 għandu jqis ir-rapport ta' ħidma annwali u kwalunkwe informazzjoni oħra identifikata.

▼B

2.  Sa mhux iktar tard mil-15 ta' Ġunju ta' kull sena, il-bord ta' treġija jibgħat analiżi u evalwazzjoni tar-rapport annwali ta' l-uffiċċjal li jawtorizza dwar is-sena finanzjarja ta' qabel, lill-awtorita tal-budget u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Din l-analiżi u evalwazzjoni tkun inkluża fir-rapport annwali ta' l-entità tal-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-istrument kostitwenti.

▼M2 —————



( 1 ) ĠU L 248, 15.9.02, p. 1.

( 2 ) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.