02022R0114 — MT — 28.01.2022 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/114 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” (ĠU L 019 28.1.2022, p. 11) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/114
tas-26 ta’ Jannar 2022
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0025436-0000 lil Sumitomo Chemical Agro Europe SAS biex tqiegħed l-istess prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” fis-suq u għall-użu, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-17 ta’ Frar 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2026.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
SchwabEX-Guard
Prodott tip 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0025436-0000
Numru tal-ass R4BP: EU-0025436-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem kummerċjali tal-prodott
|
Isem kummerċjali |
SchwabEX-Guard |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Sumitomo Chemical Agro Europe SAS |
|
Indirizz |
Parc d’ Affaires de Crécy 10 A, rue de la Voie Lactée, 69370 Saint Didier au Mont d’Or Franza |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0025436-0000 |
|
|
Numru tal-ass R4BP |
EU-0025436-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Is-17 ta’ Frar 2022 |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-30 ta’ Ġunju 2026 |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
L-isem tal-manifattur |
McLaughlin Gormley King Company (MGK) |
|
L-indirizz tal-manifattur |
8810 10th Avenue North, MN 55427 Minneapolis Istati Uniti |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
McLaughlin Gormley King Company, 4001 Peavey Road, MN 55318 Chaska Istati Uniti |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza/i attiva/i
|
Sustanza attiva |
(E)-1-(2-Kloro-1,3-tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina (Klotijanidin) |
|
L-isem tal-manifattur |
Sumitomo Chemical Co. Ltd. |
|
L-indirizz tal-manifattur |
27-1, Shinkawa 2-chome, Chuo-ku, 104-8260 Tokyo Ġappun |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Sumitomo Chemical Company LTD, Oita Works, 2200, Tsurusaki, Oita City„ 870-0106 Oita Ġappun |
|
Sustanza attiva |
Piriprossifen |
|
L-isem tal-manifattur |
Sumitomo Chemical Co. ltd. |
|
L-indirizz tal-manifattur |
27-1, Shinkawa 2-chome, Chuo-ku, 104-8260 Tokyo Ġappun |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Sumitomo Chemical Company LTD, Misawa Works, Aza-Sabishirotaira, Oaza-Misawa, Misawa„ 033-0022 Aomori Ġappun |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
Klotijanidin |
(E)-1-(2-Kloro-1,3-tijażol-5-ilmetil)-3-metil-2-nitrogwanidina |
Sustanza attiva |
210880-92-5 |
433-460-1 |
0,526 |
|
Piriprossifen |
4-fenossifenil (RS)-2-(2- piridilossi) propil etere |
Sustanza attiva |
95737-68-1 |
429-800-1 |
0,515 |
|
Aċidu aċetiku |
Aċidu etanoiku |
Sustanza mhux attiva |
64-19-7 |
200-580-7 |
0,3 |
|
Sorbat tal-potassju |
potassju (E,E)- eża-2,4-dijenoat |
Sustanza mhux attiva |
24634-61-5 |
246-376-1 |
0,5 |
2.2. Tip ta’ formulazzjoni
RB — Lixka (lest għall-użu)
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
JEKK FUQ IL-ĠILDA:Baħbaħ b’ħafna ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda:Ikkonsulta tabib. Ilbes ingwanti protettivi. Evita r-rilaxx fl-ambjent. Armi il-kontenitur fi skont ir-regolamenti lokali. Iġbor it-tixrid. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I)
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Uża # 1 — Użu Professjonali — Lixka RTU
|
Tip ta’ Prodott |
TP 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
|
Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Insettiċida |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Blattella germanica Isem komuni: Wirdiena Ġermaniża Stadju tal-iżvilupp: Nymphs Isem xjentifiku: Blattella germanica Isem komuni: Wirdiena Ġermaniża Stadju tal-iżvilupp: Adulti Isem xjentifiku: Supella longipalpa Isem komuni: Wirdiena brown-banded Stadju tal-iżvilupp: Nymphs Isem xjentifiku: Supella longipalpa Isem komuni: Wirdiena brown-banded Stadju tal-iżvilupp: Adulti Isem xjentifiku: Blatta orientalis Isem komuni: Wirdiena Orjentali Stadju tal-iżvilupp: Nymphs Isem xjentifiku: Blatta orientalis Isem komuni: Wirdiena Orjentali Stadju tal-iżvilupp: Adulti Isem xjentifiku: Periplaneta americana Isem komuni: Wirdiena Amerikana Stadju tal-iżvilupp: Nymphs Isem xjentifiku: Periplaneta americana Isem komuni: Wirdiena Amerikana Stadju tal-iżvilupp: Adulti |
|
Qasam tal-użu |
Indoor Fi qsim u xquq, jew f’postijiet moħbija inaċċessibbli għall-bnedmin jew għall-annimali domestiċi: wara r-refriġeraturi, l-armarji u l-ixkafef, taħt it-tagħmir tal-kċina, f’kaxxi tal-kontroll elettriku, fi spazji vojta u kanali u taħt it-tagħmir għall-kmamar tal-banju, eċċ. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: applikazzjoni lixka Deskrizzjoni dettaljata: Lixka b’ġell insettiċida lesta għall-użu (RTU) għall-kontroll tal-wirdien fl-iġjene pubblika |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: SchwabEX-Guard għandu jiġi applikat bħala numru ta’ tikek b’dijametru ta’ madwar 4 mm (kull tikka tinkludi lixka ta’ madwar 0,032 g). F’każijiet ta’ infestazzjoni severa, fejn hemm speċi akbar ta’ wirdien (B. orientalis jew P. americana), f’żoni li huma partikolarment maħmuġin jew b’ħafna imbarazz jew fejn sorsi alternattivi ta’ ikel ma jistgħux jiġu eliminati kompletament, għandha tintuża r-rata ogħla ta’ applikazzjoni (eż. 2 tikek minflok tikka 1 għal kull m2 f’każ ta’ infestazzjoni ħafifa). Dilwizzjoni (%): 0 Numru u ħin tal-applikazzjoni: — Infestazzjoni ħafifa 1 — 2 (0,032–0,064 g) tikek kull m2 — Infestazzjoni medja 3 — 6 (0,096–0,192 g) tikek kull m2 — Infestazzjoni kbira 6 — 10 (0,192–0,320 g) tikek kull m2 In-numru massimu ta’ applikazzjonijiet annwali hu ta’ 11. |
|
Kategorija/i tal-utenti |
Professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Siringa ta’ 30 g Polipropilen (PP) Għatu ta’ fuq bil-kamin tal-Polietilen ta’ Densità Għolja (HDPE) |
4.1.1. Istruzzjonijiet għall-użu speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu
5. DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU ( 1 )
5.1. Istruzzjonijiet għall-użu
Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu u rrispetta/segwi l-istruzzjonijiet kollha mogħtija.
Tesponix il-qtar tal-lixka għad-dawl tax-xemx jew għas-sħana (eż. radjatur).
Ir-reċipjent tal-plastik mimli minn qabel li fih SchwabEX-Guard huwa maħsub għall-użu bil-planġer ipprovdut jew b’apparat speċifiku għall-applikazzjoni tal-lixka li huwa komuni għall-industrija tal-kontroll tal-pesti. Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-applikatur.
Injetta l-lixka fi xquq u qsim, fi spazji vojta, jew f’postijiet moħbija inaċċessibbli għall-bnedmin jew għall-annimali domestiċi fejn l-insetti jistgħu jgħixu, jieklu u jnisslu. Żoni bħal dawn ġeneralment ikunu sħan/umdi u mudlama (wara r-refriġeraturi, l-armarji u l-ixkafef, taħt it-tagħmir tal-kċina, f’kaxxi tal-kontroll tal-elettriku, fi spazji vojta u kanali u taħt it-tagħmir għall-kmamar tal-banju, eċċ.). Hu rakkomandat li qabel it-trattament, ikun hemm spezzjoni jew qbid biex tiġi kkonfermata l-infestazzjoni. Kun żgur li kwalunkwe sors alternattiv tal-ikel jitneħħa u t-tqegħid tal-lixka jiġi kkonċentrat bħala tikek individwali f’siti fejn ikun hemm attività ta’ wirdien. Il-prodott għandu jiġi applikat biss f’żoni inaċċessibbli għat-tfal u għall-annimali domestiċi.
Tapplikax SchwabEX-Guard fejn jiġi f’kuntatt mal-ilma jew f’żoni li jitnaddfu b’mod regolari. Tipikament il-wirdien imut ftit sigħat wara għalf wieħed ta’ SchwabEX-Guard. Fil-bini infestat, il-wirdien mejjet normalment jidher fi żmien 24 siegħa mit-trattament.
Neħħi l-għatu miż-żennuna, miss il-parti ta’ fuq tal-wiċċ li jkun se jiġi trattat, u imbotta ’l isfel fuq il-planġer. Erġa’ poġġi l-għatu fuq id-dispensur wara li jitlesta t-trattament.
Il-lixka teħel ma’ uċuħ mhux żejtnija jew mingħajr trab u tibqa’ flessibbli u tattira l-wirdien bit-togħma tagħha sakemm ikunu jistgħu jarawha.
Iż-żoni trattati għandhom jiġu eżaminati viżwalment wara ġimgħa sa ġimagħtejn. Fejn l-ewwel infestazzjoni kienet qawwija, jista’ jkun hemm bżonn tat-tieni applikazzjoni ta’ SchwabEX-Guard jekk l-ewwel trattament ikun ġie kkunsmat u jkun għad hemm wirdien ħaj.
Hija rakkomandata t-tieni spezzjoni viżwali tat-tqegħdin tal-lixka 2-4 ġimgħat wara l-ewwel trattament. Applika mill-ġdid meta l-lixka ma tkunx għadha tidher, skont il-livell ta’ infestazzjoni (ħafifa, medja jew qawwija). Issostitwixxi l-lixka qabel ma tiġi kkunsmata kompletament biex iżżomm il-wirdien milli jerġa’ lura.
Informa lid-detentur tar-reġistrazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv.
It-tixrid u r-residwi li fihom il-prodott jeħtieġ li jitneħħew bħala skart kimiku.
Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li l-ġell jiġi ddepożitat fuq uċuħ esposti. Jekk il-ġell jiġi f’kuntatt ma’ wiċċ espost, neħħi l-ġell b’xugaman tal-karta u naddaf iż-żona b’wipes imxarrbin li jintremew wara l-użu.
Matul iż-żjarat ta’ segwitu, spezzjona t-tqegħid tal-lixka u applika mill-ġdid meta jkun meħtieġ.
Tpoġġix lixka f’postijiet li jinħaslu regolarment, peress li l-lixka titneħħa bil-ħasil. Tużax dan il-prodott fi jew fuq tagħmir elettriku fejn teżisti l-possibbiltà ta’ periklu ta’ xokk. Evita l-kuntatt mat-tessuti u l-ħwejjeġ, peress li l-lixka tista ttebba’.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju
Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għall-kimiċi waqt il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott (il-materjal tal-ingwanti għandu jiġi speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott).
Tapplikax lixka f’żoni fejn ikunu ntużaw insettiċidi ripellanti mingħajr ma tnaddaf sew il-wiċċ b’tixju mxarrba li tintrema wara l-użu. Tapplikax insettiċidi ripellanti wara l-applikazzjoni tal-lixka.
Tapplikax direttament fuq jew qrib l-ikel, l-għalf jew ix-xorb, jew fuq uċuħ jew għodda li x’aktarx jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel, l-għalf, ix-xorb u l-annimali.
Tixrid jew fdal li jkun fih il-prodott għandu jitneħħa bħala skart kimiku.
Evita li tqiegħed ġell fuq drappijiet jew twapet billi jista’ jtebba’ xi materjali assorbenti. Sabiex jiġu evitati t-tbajja’, il-lixka esposta għandha titnaddaf immedjatament b’wipes imxarrbin li jintremew wara l-użu.
Il-materjal tat-tindif għandu jintrema bħala skart solidu.
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent
Dan il-prodott bijoċidali fih clothianidin, li huwa perikoluża għan-naħal.
Deskrizzjoni tal-miżuri tal-ewwel għajnuna
Kuntatt mal-ġilda: Neħħi l-ilbies kontaminat minnufih u aħsel il-ġilda b’sapun u ilma. Fittex attenzjoni medika jekk l-irritazzjoni tippersisti wara l-ħasil.
Kuntatt mal-għajnejn: Jekk ikun hemm sintomi; laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkun faċli biex tneħħihom. Ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.
Inġestjoni: Jekk jinbela’: Jekk ikun hemm sintomi, ċempel ĊENTRU GĦAL KONTRA L-VELENU jew tabib.
Jekk jinġibed man-nifs: mhux applikabbli.
L-iktar sintomi u effetti importanti, kemm akuti kif ukoll imdewmin
L-għajnejn: Jista’ jikkawża irritazzjoni temporanja tal-għajnejn.
Miżuri ta’ emerġenza biex jiġi protett l-ambjent
Evita r-rilaxx tal-prodott fl-ambjent.
5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu
Il-kontenituri/l-imballaġġ vojt biss għandu jintbagħat għar-riċiklaġġ.
Dan l-imballaġġ għandu dejjem jintrema skont il-leġiżlazzjoni tar-rimi tal-iskart u kull rekwiżit tal-awtorità lokali reġjonali.
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ipproteġi mill-ġlata. Aħżen ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Żmien tal-ħżin: Sentejn.
6. INFORMAZZJONI OĦRA
( 1 ) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.