Official Journal L 378 , 23/12/1992 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 47 P. 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 3714/92 tat-22 ta’ Diċembru 1992 li jemenda ċerti Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali wżata għal prodotti agrikoli [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3208/89 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) ta’ l-istess Regolament, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1235/89 [4], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 9 (3) ta’ l-istess Regolament, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jdaħħal miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti barranin Franċiżi [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) ta’ l-istess Regolament, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Ażores u il-Madeira li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti prodotti agrikoli [6] u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ta’ l-istess Regolament, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli [7] u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) ta’ l-istess Regolament, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2505/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [8] jiddisponi għal subdiviżjoni għal tjur ħajjin ta’ l-ispeċi Gallus domesticus li ma jeċċedux il-185 g koperti mill-kodiċi NM subtitolu 0105 11 u għal fwied bix-xaħam frisk jew imkessaħ kopert bis-subintestatura 0207 31 b’effett mill-1 ta’ Jannar 1993; Billi l-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar il-Bajd u l-Laħam tat-Tjur, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 572/73 tas-26 ta’ Frar 1973 li jistabbilixxi l-prodotti tal-bajd u tal-laħam tat-tjur eliġibbli għall-iffissar minn qabel ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni [9], il-kodiċi NM 01051100 qed jiġi b’dan sostitwit bil-kodiċi NM 010511. 2. Fl-Artikoli 1(1) u 5 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75, il-kodiċi NM 02073100 qed jiġi b’dan sostitwit bil-kodiċi NM 020731. 3. Fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2778/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu tat-taxxa u l-prezz fis-sieqja tal-laħam tat-tjur [10], il-kodiċi NM 01051100 qed jiġi b’dan sostitwit bil-kodiċi NM 0105 11. 4. Fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3011/79 tal-20 ta’ Diċembru 1979 li jiffissa l-koeffiċjenti għall-kalkolu tat-taxxi fuq prodotti derivati mil-laħam tat-tjur u t-tħassir tar-Regolament Nru 199/67/KEE [11], il-kodiċi NM 02073100 qed jiġi b’dan sostitwit bil-kodiċi NM 020731. 5. Il-kodiċi NM ex01051100 qed jiġi b’dan sostitwit bil-kodiċi NM ex010511 - fl-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91, - fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 1600/92 u Nru 1601/92, - fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1726/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li jistabbilixxi regoli implimentattivi dettaljati dwar miżuri speċifiċi għall-fornitura ta’ prodotti mis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur lill-Azores u lil Madeira [12], - fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1729/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li jistabbilixxi regoli implimentattivi dettaljati dwar miżuri speċifiċi għall-fornitura ta’ prodotti mis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur lill-Gżejjer Kanarji [13], - fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2826/92 tad-29 ta’ Settembru 1992 li jistabbilixxi regoli implimentattivi dettaljati dwar miżuri speċifiċi għall-fornitura ta’ prodotti mis-setturi tal-bajd, tal-laħam tat-tjur u tal-fniek lid-dipartimenti barranin Franċiżi [14], Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 34, 9.12.1979, p. 2. [2] ĠU L 312, 27.10.1989, p. 5. [3] ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. [4] ĠU L 128, 11.5.1989, p. 29. [5] ĠU L 356, 24.12.1991, p. 1. [6] ĠU L 173, 27.6.1992, p. 1. [7] ĠU L 173, 27.6.1992, p. 13. [8] ĠU L 267, 14.9.1992, p. 1. [9] ĠU L 56, 1.3.1973, p. 6. [10] ĠU L 282, 1.11.1975, p. 84. [11] ĠU L 337, 29.12.1979, p. 65. [12] ĠU L 179, 1.7.1992, p. 99. [13] ĠU L 179, 1.7.1992, p. 107. [14] ĠU L 285, 30.9.1992, p. 10. --------------------------------------------------