1.5.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/22


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA

ta' l-1 ta' Mejju 2004

li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/489/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' l-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (Att ta' Adeżjoni ta' l-2003), u b' mod partikolari l-Artikolu 46(1) u (2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 46(1) u (2)(a) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jipprovdi għall-ħatra ta' għaxar imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-mandat ta' ħamsa minn dawk l-imħallfin jintemm fis-6 ta' Ottubru 2006. Dawn l-imħallfin jintgħażlu bix-xorti. Il-mandat ta' l-imħallfin l-oħra jintemm fis-6 ta' Ottubru 2009.

(2)

Għaxar imħallfin addizzjonali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandhom għalhekk jiġu maħtura, skond l-Artikolu ta' hawn fuq u wara li jkunu ttellgħu bix-xorti kif previst fih,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2006:

 

Sur Jiří MALENOVSKÝ

 

Sur George ARESTIS

 

Sur Egils LEVITS

 

Sur Pranas KŪRIS

 

Sur Anthony BORG-BARTHET

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sas-6 ta' Ottubru 2009:

 

Sur Uno LÕHMUS

 

Sur Endre JUHÁSZ

 

Sur Jerzy MAKARCZYK

 

Sur Marko ILEŠIČ

 

Sur Ján KLUČKA

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, l-1 ta' Mejju 2004

A. ANDERSON

Il-President