|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/250 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2009
(2011/614/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0052/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0129/2011), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 15.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2009
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0052/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fit-2 ta’ Frar 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (4) tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0129/2011), |
|
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari, |
|
B. |
billi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi twaqqfet biex ittejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini bil-għan fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi iktar effikaċi u sikuri, |
|
C. |
billi l-Impriża Konġunta tinsab f'fażi ta’ tnedija u kienet għadha ma stabbilixxietx bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi tagħha ta’ rappurtaġġ finanzjarju sa tmiem l-2009; |
Implimentazzjoni tal-baġit
|
1. |
Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien jinkludi EUR 82 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 82 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jirrikonoxxi wkoll li r-rati ta’ użu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet kienu ta’ 97 % u 1 % rispettivament; |
|
2. |
Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta għadha fil-perjodu ta’ tnedija; jinsab imħasseb, madankollu, li r-rata tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienet biss ta’ 1 %; |
Kontribut tal-membri
|
3. |
Jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-preżentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-membri fil-kontijiet skont il-gwida tal-Kummissjoni; |
|
4. |
Jistieden, barra minn hekk, lill-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa dispożizzjonijiet dwar is-sħubija u l-kofinanzjament u, b'mod partikolari, dwar:
|
Sistemi ta’ kontroll intern
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tlesti l-implimentazzjoni tas-sistemi tagħha ta’ kontroll intern u ta’ informazzjoni finanzjarja; |
|
6. |
Jitlob lill-Impriża Konġunta, barra minn hekk, tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha referenza speċifika għas-setgħat tas-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) bħala l-Awditur Intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-entitajiet tal-Komunità; |
|
7. |
Iqis, b'mod partikolari, li r-rwol tal-IAS bħala Awditur Intern għandu jkun li jagħti parir lill-Impriża konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda; iqis li huwa essenzjali li l-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-Direttur Eżekuttiv tagħha u li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet; |
|
8. |
Huwa tal-fehma li, minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-kumplessità tal-kompiti fdati lilha, l-Impriża Konġunta għandha tistabbilixxi kumitat ta’ verifika, li jkun jirrapporta direttament lill-Bord Governattiv; |
Nuqqas ta’ ftehim ospitanti
|
9. |
Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tikkonkludi malajr ftehim ospitanti mal-Belġju dwar l-uffiċji, il-privileġġi, l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandhom jiġu pprovduti mill-Belġju lill-Impriża Konġunta kif previst skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbilixxi l-Impiża Konġunta. |
(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 15.