|
22.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 35/2017
tat-3 ta' Frar 2017
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1769]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Ġappun għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/753/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' Singapor għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (2) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/754/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju ta' Ħong Kong għal kontropartijiet ċentrali għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (3) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/755/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Awstralja għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (4) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2038 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tar-Repubblika tal-Korea għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (5) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2039 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (6) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2040 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' numru ta' provinċji tal-Kanada għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (7) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2041 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (8) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2042 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Iżvizzera għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (9) jenħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“31bcaa. |
32014 D 0752: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/752/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Ġappun għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 55). |
|
31bcab. |
32014 D 0753: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/753/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' Singapor għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 58). |
|
31bcac. |
32014 D 0754: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/754/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju ta' Ħong Kong għal kontropartijiet ċentrali għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 62). |
|
31bcad. |
32014 D 0755: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/755/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Awstralja għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 66). |
|
31bcae. |
32015 D 2038: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2038 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tar-Repubblika tal-Korea għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 25). |
|
31bcaf. |
32015 D 2039: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2039 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 29). |
|
31bcag. |
32015 D 2040: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2040 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' numru ta' provinċji tal-Kanada għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 32). |
|
31bcah. |
32015 D 2041: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2041 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 38). |
|
31bcai. |
32015 D 2042: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2042 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 42).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/752/UE, 2014/753/UE, 2014/754UE, 2014/755/UE, (UE) 2015/2038, (UE) 2015/2039, (UE) 2015/2040, (UE) 2015/2041 u (UE) 2015/2042, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2016 tat-30 ta’ Settembru 2016 (10), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 55.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 58.
(3) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 62.
(4) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 66.
(5) ĠU L 298, 14.11.2015, p. 25.
(6) ĠU L 298, 14.11.2015, p. 29.
(7) ĠU L 298, 14.11.2015, p. 32.
(8) ĠU L 298, 14.11.2015, p. 38.
(9) ĠU L 298, 14.11.2015, p. 42.
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.