|
“31r.
|
32023 R 1114: Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40), kif ikkoreġut mill-ĠU L, 2024/90275, 2.5.2024.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a)
|
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat Membru/(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.
|
|
(b)
|
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-ESMA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (l-EBA), il-Bank Ċentrali Ewropew (il-BĊE) u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b’mod partikolari qabel ma jieħdu kwalunkwe azzjoni.
|
|
(c)
|
Ir-referenzi għas-setgħat tal-EBA skont l-Artikoli 9 (5) u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31g ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.
|
|
(d)
|
Ir-referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikoli 9 (5), 17 u 19 tar-Regolament Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fil-punt 31i ta’ dan l-Anness u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.
|
|
(e)
|
Il-BĊE għandu jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tal-kompiti tagħha li toħroġ opinjonijiet skont l-Artikoli 17 (5),, 20 (5), 24 (2), 24 (3) u 25 (3) u tipprovdi stimi skont l-Artikolu 22(5) ta’ dan ir-Regolament. Il-BĊE u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jimmiraw li jaqblu dwar pożizzjoni komuni dwar il-kontenut tal-opinjoni.
Jekk ma tkunx tista’ tintlaħaq pożizzjoni komuni u l-BĊE ma jaqbilx mal-opinjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew mal-informazzjoni dwar l-estimi, huwa jista’ jissottometti opinjoni kuntrarja lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. F’każ bħal dan, il-President tal-BĊE jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jista’ jitlob lill-Partijiet Kontraenti biex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jittrattaha f'konformità mal-Artikolu 111 tal-Ftehim ŻEE li għandu japplika mutatis mutandis. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista’ f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess f'konformità mal-Artikoli 5 jew 111 ta’ dan il-Ftehim.
|
|
(f)
|
Minkejja l-adattamenti (k), (l), (n), (p) u (q), il-BĊE għandu joħroġ opinjonijiet skont l-Artikoli 17(5), 20(5), 24(2), 24(3) u 25(3) u jipprovdi stimi skont l-Artikolu 22(5) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati taż-ŻEE-EFTA fejn it-token irreferenzjat ma’ assi jirreferi għall-Euro. F’każijiet bħal dawn, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma għandhiex toħroġ opinjoni.
|
|
(g)
|
Deċiżjonijiet, deċiżjonijiet interim, talbiet, revoki ta’ deċiżjonijiet u miżuri oħra tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 43(2), 44(3), 56(1), 57(3), 103(1), 104(1), 117, 122(1), 123(3), 124(5), 125, 130(1), 131(1), 132(1), u 137(1) għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jiġu adottati abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-EBA jew mill-ESMA, skont il-każ, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
|
|
(h)
|
Meta r-Regolament jirreferi għall-banek ċentrali nazzjonali, għandu, fir-rigward tal-Liechtenstein, jirreferi għall-Ministeru tal-Finanzi fil-Liechtenstein.
|
|
(i)
|
Fl-Artikoli 6, 19, 51, 67, 98, 109 u 128, il-kliem ‘liġi tal-Unjoni jew nazzjonali’ għandu jiġi sostitwit b’ ‘dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE jew tal-liġi nazzjonali’.
|
|
(j)
|
Fl-Artikoli 14(1) u 34(6) u fil-punt 33 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, il-kliem ‘l-istandards xierqa tal-Unjoni’ għandhom jiġu sostitwiti bi ‘l-istandards xierqa skont il-Ftehim ŻEE’.
|
|
(k)
|
Fl-Artikolu 17(5):
|
(i)
|
fl-ewwel subparagrafu, il-kliem ‘u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’;
|
|
(ii)
|
fit-tieni u t-tielet subparagrafi, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
|
(l)
|
Fl-Artikolu 20:
|
(i)
|
fil-punt 4, il-kliem ‘u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 5, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara ‘BĊE’.
|
|
|
(m)
|
Fl-Artikolu 21(4), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(n)
|
Fl-Artikolu 22(5), il-kliem ‘jew, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(o)
|
Fl-Artikolu 23(2), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(p)
|
Fl-Artikoli 24(2) u (3), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(q)
|
Fl-Artikolu 25:
|
(i)
|
fl-ewwel subparagrafu tal-punt 3, il-kliem ‘jew, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’;
|
|
(ii)
|
fit-tieni subparagrafu tal-punt 3 u fil-paragrafu 4, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’
|
|
|
(r)
|
Fl-Artikolu 43(2), (6) u (7) il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(s)
|
Fl-Artikolu 43(4), il-kliem ‘u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(t)
|
Fl-Artikolu 43(5), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
‘Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li token irreferenzjat ma’ assi jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 f’konformità mal-punt 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 4, lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
L-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 6.’.
|
|
(u)
|
Fl-Artikolu 43(8):
|
(i)
|
fl-ewwel subparagrafu, il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu:
‘Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 1 f’konformità mal-punt 2, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-tokens irreferenzjati ma’ assi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 4, lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
L-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz ta’ deċiżjoni għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 9.’.
|
|
|
(v)
|
Fl-Artikolu 43(9) u (10), il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘EBA’.
|
|
(w)
|
Fl-Artikolu 44(1), il-kliem ‘u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(x)
|
F'Artikolu 44(2) għandhom jiddaħħlu s-sotto-paragrafi li ġejjin:
‘Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha bbażata fuq il-programm tal-operazzjonijiet dwar jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jissodisfax jew huwiex probabbli li jissodisfa mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u lill-bank ċentrali tal-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit l-emittent li japplika, u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(4), lill-BĊE jew lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz ta’ deċiżjoni għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 3.’.
|
|
(y)
|
Fl-Artikolu 44(3), il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(z)
|
Fl-Artikolu 44(4), il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(za)
|
Fl-Artikolu 45(4), il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(zb)
|
Fl-Artikolu 56(1), (5) u (6) il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(zc)
|
Fl-Artikolu 56(3), il-kliem ‘u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’.
|
|
(zd)
|
Fl-Artikolu 56(4), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
‘Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li token tal-flus elettroniċi jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) f’konformità mal-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 3, lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
L-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 5.’.
|
|
(ze)
|
Fl-Artikolu 56(7), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(zf)
|
Fl-Artikolu 56(8):
|
(i)
|
fl-ewwel subparagrafu, il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu:
‘Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, meta l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkonkludi li ċerti tokens tal-flus elettroniċi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1), f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni biex ma tibqax tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt 3, lill-BĊE jew lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
L-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u l-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-EBA sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 9.’.
|
|
|
(zg)
|
Fl-Artikolu 56(9) u (10), il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(zh)
|
Fl-Artikolu 57:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘u, fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘BĊE’;
|
|
(ii)
|
is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 2:
‘Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha bbażata fuq il-programm tal-operazzjonijiet tal-emittent dwar jekk it-token tal-flus elettroniċi jissodisfax jew huwiex probabbli li jissodisfa mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA domiċiljari tal-emittent, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, lill-BĊE u fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(3), lill-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat taż-ŻEE kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni sabiex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-osservazzjonijiet qabel ma tħejji abbozz fid-dawl ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont il-punt 3.’.
|
|
(iii)
|
fil-punt 3, il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ token tal-flus elettroniċi maħruġ minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(iv)
|
fil-punt 4, il-kliem ‘jew, tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘tal-EBA’.
|
|
(v)
|
fil-punt 4, il-kliem ‘jew, fir-rigward ta’ emittenti ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘lill-EBA’.
|
|
(vi)
|
fil-punt 5, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
|
(zi)
|
Fl-Artikolu 59(2), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
‘Huma għandu jkollhom il-post ta’ ġestjoni effettiva tagħhom fiż-ŻEE u mill-inqas wieħed mid-diretturi għandu jkun residenti fiż-ŻEE jew fl-Iżvizzera.’.
|
|
(zj)
|
Fl-Artikolu 73(1), il-kliem ‘l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni’ għandhom jiġu sostitwiti bi ‘standards tal-protezzjoni tad-data skont il-Ftehim ŻEE’.
|
|
(zk)
|
Fl-Artikolu 95:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘ESMA’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 4, il-kliem ‘u, fejn tkun involuta awtorità kompetenti ta’ Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘l-EBA u l-ESMA’;
|
|
(iii)
|
fil-punt 5, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward ta’ spezzjoni jew investigazzjoni fi Stat tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘ESMA’ u ‘EBA’.
|
|
|
(zl)
|
Fl-Artikolu 100, il-kliem ‘atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew nazzjonali’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE jew atti leġiżlattivi nazzjonali’.
|
|
(zm)
|
Fl-Artikoli 103, 104 u 105, il-kliem ‘il-liġi tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘il-Ftehim ŻEE’.
|
|
(zn)
|
Fl-Artikolu 103(1) sa (7), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘l-ESMA’.
|
|
(zo)
|
Fl-Artikolu 104 (1) sa (7), il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(zp)
|
Fl-Artikolu 110:
|
(i)
|
fil-punt 4, il-kliem ‘jew, skont il-każ, mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘fuq inizjattiva proprja’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 5, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-ESMA’.
|
|
|
(zq)
|
Fl-Artikolu 111:
|
(i)
|
fil-punt 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘sat-30 ta’ Ġunju 2024’ għandu jinqara ‘sat-30 ta’ Ġunju 2025’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 3, il-kliem ‘liġi tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE’.
|
|
|
(zr)
|
Fl-Artikolu 117:
|
(i)
|
fl-ewwel subparagrafu tal-punt 1, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti maħruġa minn emittent stabbilit fi Stat tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
fit-tieni subparagrafu tal-punt 1 u fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
|
(zs)
|
Fl-Artikolu 119(2):
|
(i)
|
għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
‘(n)
|
l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’
|
;
|
|
(ii)
|
is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:
‘Il-parteċipazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-kulleġġi għandha, f’każijiet li jikkonċernaw emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbiliti barra mill-Istati tal-EFTA, tkun fuq bażi volontarja.’.
|
|
|
(zt)
|
Fl-Artikolu 120, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-EBA’.
|
|
(zu)
|
Fl-Artikolu 121, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.
|
|
(zv)
|
Fl-Artikolu 122:
|
(i)
|
il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘l-EBA’;
|
|
(ii)
|
fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-punt (g) tal-punt 3 għandu jinqara kif ġej:
‘tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.’.
|
|
|
(zw)
|
Fl-Artikolu 123:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘jew, fil-każ ta’ emittent soġġett għal investigazzjoni stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-EBA’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘Uffiċjali tal-EBA u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati li jassistu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw f’investigazzjonijiet fuq talba tal-EBA.’ ; |
|
(iii)
|
fil-punti 2, 3, 4, 5, 6 u fl-ewwel sentenza tal-punt 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘l-EBA’ għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(iv)
|
it-tieni sentenza tal-punt 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:
‘Id-Deċiżjoni tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 132 u d-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA f'konformità mal-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.’ ; |
|
(v)
|
fit-tieni sentenza tal-punt 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-fajl tal-EBA’ għandu jsir ‘il-fajl tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(vi)
|
it-tielet sentenza tal-punt 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:
‘Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-EFTA f'konformità mal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.’.
|
|
|
(zx)
|
Fl-Artikolu 124:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘jew, fil-każ ta’ emittenti stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-EBA’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-ESMA.’ ; |
|
(iii)
|
fil-punti 2 sa 10 u fl-ewwel sentenza tal-punt 11, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘EBA’ għandu jsir ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(iv)
|
fil-punt 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘L-uffiċjali tal-EBA u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati jassistu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan l-Artikolu u jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fi spezzjonijiet fuq il-post fuq talba tal-EBA.’ ; |
|
(v)
|
it-tieni sentenza tal-punt 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandha tinqara kif ġej:
‘Id-Deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tispeċifika d-data li fiha għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 132 kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-EFTA f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.’ ; |
|
(vi)
|
fit-tieni sentenza tal-punt 11, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-fajl tal-EBA’ għandu jinqara ‘il-fajl tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(vii)
|
it-tielet sentenza tal-punt 11 għandha, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, tinqara kif ġej:
‘Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-EFTA f'konformità mal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.’.
|
|
|
(zy)
|
Fl-Artikolu 125:
|
(i)
|
il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘tal-EBA’;
|
|
(ii)
|
il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-EBA’.
|
|
|
(zz)
|
Fl-Artikolu 128, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘l-EBA’.
|
|
(zza)
|
Fl-Artikolu 129:
|
(i)
|
il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-ewwel użu tal-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
il-kliem ‘, għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara t-tieni użu tal-kelma ‘EBA’;
|
|
(iii)
|
il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara t-tielet u r-raba’ użu tal-kelma ‘EBA’.
|
|
|
(zzb)
|
Fl-Artikolu 130:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘jew fil-każ ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 2, il-kliem ‘jew fil-każ ta’ emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(iii)
|
il-punt 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘l-EBA’ għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(iv)
|
fil-paragrafi 4 u 5, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(v)
|
fil-punt 6, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika kwalunkwe miżura meħuda skont il-paragrafi 1 u 2 lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA responsabbli għall-ksur mingħajr dewmien żejjed u għandha tikkomunika dik il-miżura lill-awtoritajiet kompetenti, lill-EBA kif ukoll lill-Kummissjoni. L-EBA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiddivulgaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħhom fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, sakemm tali divulgazzjoni ma tipperikolax serjament l-istabbiltà finanzjarja jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandux ikun fih data personali.’ ; |
|
(vi)
|
fil-punt 7, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘Id-divulgazzjoni mill-EBA u mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA lill-pubbliku tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA msemmija fil-punt 6, għandha tinkludi d-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-EFTA;
|
|
(b)
|
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat rieżami u li tispeċifika li tali rieżami ma għandux effett sospensiv;
|
|
(c)
|
dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli li l-Qorti tal-EFTA tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f'konformità mal-Artikolu 40 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.’.
|
|
|
|
(zzc)
|
Fl-Artikolu 131:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘jew, fil-każ ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 2, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-ewwel użu tal-kelma ‘EBA’;
|
|
(iii)
|
fil-punt 2, il-kliem ‘u, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara t-tieni użu tal-kelma ‘EBA’.
|
|
|
(zzd)
|
Fl-Artikolu 132:
|
(i)
|
il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
il-kliem ‘jew, skont il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘deċiżjoni tal-EBA’.
|
|
|
(zze)
|
Fl-Artikolu 133:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandu jiddetermina l-allokazzjoni tal-ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’ ; |
|
(iii)
|
fil-punt 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘Meta id-deċiżjoni li ma jiġux imposti multi jew ħlasijiet ta’ penali tittieħed mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, din għandha tinforma lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-EFTA kkonċernat u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.’.
|
|
|
(zzf)
|
Fl-Artikolu 134:
|
(i)
|
fil-punt 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘Meta, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha skont l-Artikolu 117, ikun hemm raġunijiet ċari u dimostrabbli biex wieħed jissuspetta li kien hemm jew li se jkun hemm ksur kif elenkat fl-Anness V jew VI, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex jinvestiga l-kwistjoni wara konsultazzjonijiet mal-EBA. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tal-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti kkonċernati u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u mill-EBA.’ ; |
|
(ii)
|
fil-paragrafi 4, 5 u 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(iii)
|
fil-paragrafi 7 u 9, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘tal-EBA’;
|
|
(iv)
|
fil-punt 8, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-test wara l-kliem ‘l-Artikolu 135,’, għandu jinqara kif ġej:
‘l-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddeċiedi jekk twettaqx ksur kif elenkat fl-Anness V jew VI mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti soġġett għall-investigazzjoni u, f’każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 130 jew timponi multa f’konformità mal-Artikolu 131.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni u l-fajls kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu.’ ; |
|
(v)
|
fil-punt 11, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘l-EBA’ għandha ssir ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.
|
|
|
(zzg)
|
Fl-Artikolu 135:
|
(i)
|
fil-punt 1, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
‘Qabel ma tħejji kwalunkwe abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 130, 131 jew 132, l-EBA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għal investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu wara s-sejbiet tagħha. L-EBA għandha tibbaża l-abbozzi tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għal tali investigazzjoni kellhom l-opportunità li jikkummentaw.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikolu 130, 131 jew 132 biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.’ ; |
|
(ii)
|
fil-punt 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
‘It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-punt 1 ma għandhomx japplikaw jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-istabbiltà finanzjarja jew għad-detenturi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur. F’każ bħal dan, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tadotta deċiżjoni interim, u l-persuni kkonċernati għandhom jingħataw l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tittieħed id-deċiżjoni.’ ; |
|
(iii)
|
fil-punt 3, il-kliem ‘il-fajl tal-EBA’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘il-fajl tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’;
|
|
(iv)
|
fil-punt 3, il-kliem ‘id-dokumenti preparatorji interni tal-EBA’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘id-dokumenti preparatorji interni tal-EBA u tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.
|
|
|
(zzh)
|
Fl-Artikolu 137(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
‘Fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti tariffi mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fuq l-istess bażi bħat-tariffi imposti fuq emittenti oħrajn ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3.
L-ammonti miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandhom jiġu mgħoddija lill-EBA mingħajr dewmien żejjed.’.
|
|
(zzi)
|
Fl-Artikolu 138:
|
(i)
|
il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’;
|
|
(ii)
|
il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:
‘5. Qabel ma jiddelegaw kompitu, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-EBA għandhom jikkonsultaw lil xulxin.’.
|
|
|
(zzj)
|
Fl-Artikolu 149:
|
(i)
|
fil-punt 1, il-kliem ‘jew f’data magħżula skont il-liġi nazzjonali mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [nn/ssss] ta’ [xahar/sena] (Din id-deċiżjoni)’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘Unjoni’;
|
|
(ii)
|
fil-punt 2, il-kliem ‘30 ta’ Diċembru 2024’ għandu jinqara ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [nn/ssss] ta’ [xahar/sena] (Din id-deċiżjoni) jew data magħżula skont il-liġi nazzjonali mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru [nn/yyyy] ta’ [xahar/sena] (Din id-deċiżjoni)’;
|
|
(iii)
|
il-paragrafi 3 u 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ma għandhomx japplikaw.
|
|
|
(zzk)
|
Fil-punt 76 tal-Anness V u fil-punt 35 tal-Anness VI l-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EBA’.”
|
|