<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-219/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0219</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:89">EU:C:2022:89</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220210">10.2.2022</DATE> – Kawża C‑219/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Terminu ta’ preskrizzjoni)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20220210">10 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Kollokament ta’ ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/71/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal amministrazzjoni tajba</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑219/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200512">12 ta’ Mejju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200526">26 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">LM</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Österreichische Gesundheitskasse,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, N. Jääskinen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal LM, minn P. Cernochova, Rechtsanwältin,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, J. Schmoll u C. Leeb, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs, M. Van Regemorter u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u P. J. O. Van Nuffel, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 41(1) u tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn LM u l-Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (l-Awtorità Amministrattiva tad-Distrett ta’ Hartberg-Fürstenfeld, l-Awstrija) dwar il-multa li ġiet imposta fuqu minn din tal-aħħar minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi previsti mid-dritt Awstrijak fil-qasam tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 96/71/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431 u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 16, p. 66</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, irrispettivament mil-liġi li tkun tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg, l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu lill-ħaddiema stazzjonati fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg li jkopru il-kwistjonijiet li ġejjin, fl-Istati Membri fejn ix-xogħol hu mwettaq, huma stabbiliti:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>skond liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi,</P></ITEM></LIST></P><P>u/jew</P><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>bi ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ li kienu ddikjarati universalment applikabbli fis-sens tal-paragrafu 8, sa fejn jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fl-Anness:</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ir-rati minimi ta’ ħlas, li jinkludu rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mixxogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ rati minimi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 1(ċ) huwa definit mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem jiġi stazzjonat.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ non-konformità mad-Direttiva</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2014/67/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ir-Regolament tal-IMI<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 159, p. 11</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu biss rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll meħtieġa sabiex jiżguraw monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva u d-Direttiva [96/71], dment li dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA><P>Għal dawn il-finijiet l-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jimponu l-miżuri li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>obbligu li jinżammu jew ikunu disponibbli […] riċevuti tal-paga, reġistri tal-ħinijiet li jindikaw il-bidu, it-tmiem u l-ħin totali tax-xogħol tal-ġurnata u prova ta’ ħlas ta’ pagi jew kopji ta’ dokumenti ekwivalenti […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>obbligu li d-dokumenti msemmija taħt punt (b) jitwasslu, wara l-perijodu ta’ stazzjonament, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti, fi żmien perijodu ta’ żmien raġonevoli;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7i(5) u (7) tal-Arbeitsvertragsrechts-Anpassungsgesetz (il-Liġi li Temenda l-Liġi tal-Kuntratti tax-Xogħol, BGBl., 459/1993), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>AVRAG<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007I.005"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dak li, bħala persuna li timpjega, jimpjega ħaddiem jew impjegah mingħajr ma ħallsu tal-inqas ir-remunerazzjoni prevista skont il-liġi, id-dispożizzjonijiet regolamentari jew il-ftehim kollettiv, bl-eċċezzjoni tal-elementi ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3) tal-Liġi Federali Awstrijaka dwar is-Sistema Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali, huwa ħati ta’ reat amministrattiv u huwa suġġett għal multa imposta mill-awtorità amministrattiva tad-distrett. Ir-remunerazzjoni insuffiċjenti li tkopri b’mod kontinwu diversi perijodi ta’ ħlas tagħti lok għal reat amministrattiv uniku. […] Jekk mhux iktar minn tliet ħaddiema huma kkonċernati mir-remunerazzjoni insuffiċjenti, il-multa titla’ għal kull ħaddiem għal somma ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, u fil-każ ta’ reċidiva, minn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>. Jekk iktar minn tliet ħaddiema huma kkonċernati, il-multa għal kull ħaddiem tvarja minn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, u fil-każ ta’ reċidiva, minn EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007I.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>It-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni (proċeduri legali) (previst fl-Artikolu 31(1) tal-Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi) huwa ta’ tliet snin li jibdew jiddekorru mid-data tal-eżiġibbiltà tar-remunerazzjoni. Fil-każ ta’ remunerazzjoni insuffiċjenti li tkopri diversi perijodi ta’ ħlas b’mod kontinwu, it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-proċeduri legali fis-sens tal-ewwel sentenza jibda jiddekorri mid-data tal-eżiġibbiltà tar-remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-aħħar perijodu ta’ ħlas tas-salarju insuffiċjenti. It-terminu ta’ preskrizzjoni tas-sanzjonijiet (previst fl-Artikolu 31(2) tal-Liġi dwar is-Sanzjonijiet Amministrattivi) huwa f’dan il-każ ta’ ħames snin. Fir-rigward tal-pagamenti eċċezzjonali, it-termini msemmija fl-ewwel żewġ sentenzi jibdew jiddekorru mill-aħħar tas-sena kalendarja kkonċernata (it-tielet sentenza tal-paragrafu 5).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>GVAS s. r. o., kumpannija stabbilita fis-Slovakkja, ikkollokat diversi ħaddiema fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Abbażi ta’ konstatazzjonijiet magħmula waqt kontroll li sar fid‑<DATE ISO="20160619">19 ta’ Ġunju 2016</DATE>, l-Awtorità Amministrattiva tad-Distrett ta’ Hartberg-Fürstenfeld imponiet multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">6600</FT> fuq LM, fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant ta’ GVAS, abbażi tal-Artikolu 7i(5) tal-AVRAG, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, fir-rigward ta’ erba’ ħaddiema kkollokati, ta’ obbligi fil-qasam tar-remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Dik id-deċiżjoni ġiet innotifikata lil LM fl‑<DATE ISO="20200220">20 ta’ Frar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>LM ippreżenta rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża li għandha dubji dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-Artikolu 7i(7) tal-AVRAG, li jipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għall-allegat reat fil-konfront ta’ LM skont l-Artikolu 7i(5) tal-AVRAG. Hija tqis li tali terminu huwa<?PAGE NO="5"?> partikolarment twil fir-rigward ta’ reat minuri ta’ dritt kriminali amministrattiv imwettaq b’negliġenza u li ma huwiex ċert li persuna tista’ tiddefendi ruħha b’mod xieraq, b’mod partikolari meta din id-difiża sseħħ kważi ħames snin wara l-allegati fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Steiermark) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[L-Artikolu] 6 tal-[KEDB] kif ukoll [l-Artikolu] 41(1) u t-tieni paragrafu [tal-Artikolu] 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni li tipprevedi b’mod imperattiv terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin f’każ ta’ reat ta’ negliġenza f’proċeduri kriminali amministrattivi?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja u fuq l‑ammissibbiltà tat‑talba għal deċiżjoni preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak u dak Belġjan isostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-KEDB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jorbtu lil Stati Membri f’kuntest li ma jaqax fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>EOS Matrix</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:986">EU:C:2019:986</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula sa fejn din tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-KEDB, iżda l-Qorti tal-Ġustizzja għandha min-naħa l-oħra ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkorrispondi, kif jippreċiżaw l-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), għall-Artikolu 6(1) tal-KEDB (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210202">2 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Consob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑481/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:84">EU:C:2021:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Awstrijak jikkontesta l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dan il-gvern iqis li din it-talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa jsostni, minn naħa, li l-motivazzjoni tad-domanda hija qasira u essenzjalment tirrigwarda l-proporzjonalità tal-pieni, filwaqt li d-domanda magħmula tirrigwarda t-terminu ta’ preskrizzjoni previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludix espożizzjoni tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba u dawk tad-dritt nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ talba mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>INPS (Allowances tat-twelid u tal-maternità għad-detenturi ta’ permess uniku)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:659">EU:C:2021:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi, skont l-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura, l-espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’din il-kawża, billi tesponi d-dubji li hija għandha dwar il-kompatibbiltà tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, il-qorti tar-rinviju ssemmi r-raġunijiet li wassluha sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tidentifika, bħala dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu, fil-fehma tagħha, interpretazzjoni, l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, dispożizzjoni din li tikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huma intiżi li japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn dawn is-sitwazzjonijiet (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju ma tesponix liema dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża li timplimenta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari li din il-kawża sseħħ f’kuntest ta’ kollokament ta’ ħaddiema u li t-terminu ta’ preskrizzjoni previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonċerna reat relatat mar-remunerazzjoni insuffiċjenti ta’ ħaddiema kkollokati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda s-sanzjoni imposta minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu relatat mar-rata ta’ salarju minimu previst fil-punt (ċ) tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex tiġi żgurata l-osservanza tan-nukleu ta’ regoli obbligatorji ta’ protezzjoni minima, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din d-direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, indipendentement mil-liġi applikabbli għar-relazzjoni tax-xogħol, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi transnazzjonali, l-impriżi għandhom jiggarantixxu lill-ħaddiema kkollokati fit-territorju tagħhom il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ impjieg li jikkonċernaw l-oqsma elenkati f’din id-dispożizzjoni, fosthom, ir-rati ta’ salarju minimu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Isbir</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑522/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:711">EU:C:2013:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla lill-Istati Membri l-kompitu li jiddeterminaw is-sanzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jirriżulta mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissanzjona r-remunerazzjoni insuffiċjenti ta’ ħaddiema kkollokati u li tiffissa t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għal dan ir-reat, tikkostitwixxi implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta. Minn dan isegwi li, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, dawn l-inidikazzjonijiet huma suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita rabta bejn il-Karta, li għaliha tirreferi l-qorti tar-rinviju, u din il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju ssodisfat l-obbligi msemmija fl-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domanda magħmula għandha tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli li tgħinha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha u, f’din il-perspettiva, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li l-qorti tar-rinviju fformulat domanda billi għamlet riferiment biss għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li hija adita biha, irrispettivament minn jekk hija għamlitx jew le riferiment għalihom fit-test tad-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-kumpless tal-elementi pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad‑deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi ta’ dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170307">7 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>X u X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑638/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:173">EU:C:2017:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-punti 28 u 29 ta’ din is-sentenza, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissanzjona r-remunerazzjoni insuffiċjenti ta’ ħaddiema kkollokati u li tistabbilixxi t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għal dan ir-reat, tiddetermina s-sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu relatat mar-rata ta’ salarju minimu previst fil-punt (ċ) tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 u għalhekk tikkostitwixxi implimentazzjoni tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 41 tal-Karta, li għalih tirreferi l-qorti tar-rinviju, ma huwiex rilevanti sabiex din tingħata kjarifiki fil-kuntest tal-kawża prinċipali. Fil-fatt, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li din ma hijiex indirizzata lill-Istati Membri, iżda biss lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201124">24 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Minister van Buitenlandse Zaken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/19 u C‑226/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:951">EU:C:2020:951</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minħabba f’hekk, għandu wkoll jitfakkar li d-dritt għal amministrazzjoni tajba, sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta jirrifletti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni intiż li japplika għall-Istati Membri meta dawn jimplimentaw dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201124">24 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Minister van Buitenlandse Zaken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/19 u C‑226/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:951">EU:C:2020:951</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrispondi d-domanda preliminari fid-dawl ta’ dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta u fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni relatat mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għal nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi relatati mar-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla lill-Istati Membri l-kompitu li jiddeterminaw is-sanzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-eżekuzzjoni tal-obbligu relatat mar-rata ta’ salarju minimu previst fil-punt (ċ) tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-istess direttiva ma tistabbilixxix regoli ta’ preskrizzjoni fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tad-Direttiva 96/71, b’mod partikolari tal-Artikolu 3 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, tali modalitajiet jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Dawn madankollu ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas għandhom jitmexxew b’mod li jirrendu fil-prattika impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/19 u C‑259/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:578">EU:C:2020:578</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Whiteland Import Export</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:47">EU:C:2021:47</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-Istati Membri huma obbligati wkoll, meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, li jiżguraw ir-rispett tad-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>État belge (Elementi sussegwenti għad-deċiżjoni ta’ trasferiment)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:270">EU:C:2021:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, l-osservanza ta’ dan il-prinċipju titlob li r-regola kkonċernata tapplika mingħajr distinzjoni għall-proċeduri bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk ibbażati fuq ksur tad-dritt intern li jkollhom għan u kawża simili (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Sachsen-Anhalt (Remunerazzjoni tal-Uffiċjali u Mħallfin)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑773/18 sa C‑775/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:125">EU:C:2020:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mit-talba għal deċiżjoni preliminari bl-ebda mod ma jirriżulta li t-terminu ta’ preskrizzjoni previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikser dan il-prinċipju. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika kull ksur eventwali tal-imsemmi prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-prinċipju ta’ effettività, għandu jiġi enfasizzat li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw, f’kull każ, protezzjoni effettiva tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li jiggarantixxu l-osservanza, minn naħa, ta’ prinċipju li jeżiġi li d-destinatarji ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-interessi tagħhom b’mod sinjifikattiv għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jressqu l-fehmiet tagħhom b’mod utli f’dak li jirrigwarda l-elementi li fuqhom l-amministrazzjoni jkollha l-intenzjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, tad-dritt ta’ kull persuna li l-kawża tagħha tinstema’ b’mod ġust, pubbliku u f’terminu raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>The Trustees of the BT Pension Scheme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑628/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:687">EU:C:2017:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ispas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑298/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:843">EU:C:2017:843</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, li jagħmel parti integrali mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, stabbilit f’din id-dispożizzjoni, inkwantu huwa korollarju, bħal, b’mod partikolari, l-prinċipju ta’ kontradittorju, tal-kunċett stess ta’ smigħ xieraq, jimplika l-obbligu li kull parti tingħata l-possibbiltà raġonevoli li tippreżenta l-kawża tagħha, inkluż il-provi tagħha, f’kundizzjonijiet li ma jpoġġuhiex f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ sostanzjali meta mqabbla mal-avversarju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Glencore Agriculture Hungary</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑189/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:861">EU:C:2019:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 35 ta’ din is-sentenza, leġiżlazzjoni li tissanzjona r-remunerazzjoni insuffiċjenti ta’ ħaddiema kkollokati u li tistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għal tali reat hija intiża sabiex tiżgura l-osservanza tal-obbligu relatat mar-rata ta’ salarju minimu previst fil-punt (ċ) tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, in-natura transkonfinali ta’ sitwazzjoni ta’ kollokament ta’ ħaddiema u tal-proċeduri għal tali reat tista’ tirrendi relattivament kumpless ix-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u b’hekk tiġġustifika l-iffissar ta’ terminu ta’ preskrizzjoni suffiċjentement twil sabiex l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jipproċedu legalment kontra u jissanzjonaw tali reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza mogħtija, mid-Direttiva 96/71, lill-obbligu relatat mar-rata ta’ salarju minimu, jista’ jkun raġonevolment mistenni mill-fornituri tas-servizzi li jikkollokaw ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru li huma jżommu l-provi relatati mal-ħlas tas-salarji lil dawn il-ħaddiema għal diversi snin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2014/67 espressament jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jobbligaw lill-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jipprovdu ċerti dokumenti, fosthom il-provi tal-ħlas tas-salarji, wara l-perijodu ta’ kollokament, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, f’terminu raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fiż-żewġ punti preċedenti, ma jidhirx li huwa irraġonevoli li, minħabba l-effett ta’ terminu ta’ preskrizzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom ikunu obbligati li jżommu u li jipproduċu l-provi ta’ ħlas tas-salarji għal perijodu ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iffissar ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għal reat relatat mar-remunerazzjoni insuffiċjenti ta’ ħaddiema kkollokati ma jidhirx li huwa ta’ natura li jesponi lil operatur ekonomiku diliġenti għar-riskju li ma jkunx f’pożizzjoni li jesprimi b’mod utli l-perspettiva tiegħu fir-rigward tal-elementi li fuqhom l-amministrazzjoni għandha l-intenzjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha li tissanzjonah għat-twettiq ta’ tali reat u lanqas għal dak li ma jkunx f’pożizzjoni li jippreżenta l-kawża tiegħu, inklużi l-provi tiegħu, quddiem qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta u fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni relatat mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għal nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi relatati mar-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni relatat mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għal nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi relatati mar-remunerazzjoni tal-ħaddiema kkollokati.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>