25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2009

tal-24 ta’ April 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/42/KE tat-3 ta’ April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kosmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Annessi II u III ma dan għal progress tekniku (2), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 136, 24.5.2008, p. 52 għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f’punt 1 (Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II mal-Ftehim:

“—

32008 L 0042: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/42/KE tat-3 ta’ April 2008 (ĠU L 93, 4.4.2008, p. 13), kif rettifikata mill-ĠU L 136, 24.5.2008, p. 52.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/42/KE, kif ikkorreġuti mill-ĠU L 136, tat-24.5.2008, p. 52, fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-25 ta’ April 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.

F’isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 130, 28.5.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 93, 4.4.2008, p. 13.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati