|
14.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/30 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 10418 — EFMS/Goldman Sachs/Parexel)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 417/09)
1.
Fil-5 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT IX, ikkontrollata minn EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu); |
|
— |
The Goldman Sachs Group (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Parexel International Corporation (“Parexel”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata esklużivament minn Parexel Investment Holdings, L.P., li min-naħa tagħha hija kkontrollata esklużivament minn fondi mogħtija minn Pamplona Investment Partners, L.P. |
EFMS and Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Paraxel kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Goldman Sachs hija ditta globali għall-investiment bankarju, għall-ġestjoni tat-titoli u tal-investiment. |
|
— |
L-EFMS huwa fond ta’ investiment EQT li jfittex li jagħmel investimenti primarjament fl-Ewropa, b’enfasi fuq l-Ewropa tat-Tramuntana, |
|
— |
Parexel iwettaq servizzi ta’ esternalizzazzjoni bijofarmaċewtika li jipprovdu sett komprensiv ta’ soluzzjonijiet tal-Fażi minn I sa IV għall-kumpaniji bijofarmaċewtiċi tad-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M. 10418 — EFMS/Goldman Sachs/Parexel
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).